Tista' l-Ministru tinvestiga każ ta' familja mill-Gżira li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament fejn omm b'żewġt itfal qed joqogħdu fi flat żgħir b'bedroom waħda?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' oħrajn simili.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jittieħdu passi mill-pulizija kontra sidien tat-trakkijiet li qegħdin spiss jużaw il-parking space tar-residenti tas-Swatar, kemm fi Triq Mons Arturo Bonnici kif ukoll fi Triq Balliju Guttenberg?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma hemm ebda restrizzjoni dwar il-parkeġġ ta' vetturi fit-toroq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Infurmat ukoll illi minn spezzjoni li għamlet il-Pulizija, ma irriżultax li kien hemm xi vetturi ipparkjati irregolarment.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li kien hemm diversi talbiet minn residenti ta' St Andrews housing project f'Pembroke biex jixtru d-dar tagħhom - li f'ċerti każi jmorru lura għas-sena 1998 - li għadhom kif ġew irrifjutati mill-awtorita' tad-djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li kienet deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Awtorita’ tad-Djar li d-djar u l-art tal-madwar, fil-lokalita’ ndikata mill-Onor. Interpellant, ma jinbigħux.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22484 u jgħid l-uffiċċju tal-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni minn kemm ilu li twaqqaf kemm sab każi fejn irriżulta li kien hemm korruzzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn mindu twaqqfet il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni, hi dehrilha li kien hemm tlett każi fejn irriżultalha li kien hemm provi ta' korruzzjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb għal dawn l-ilmenti dwar iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira:
li s-servizz pubbliku spiss qed ikun
slow
;
li ġieli jkun hemm ġranet fejn, minkejja li s-servizz pubbliku jkun estiż sa wara nofs inhar għal ċerti servizzi, joperaw bi skeleton staff għaliex allegatament ikun hemm staff li jitilqu qabel il-ħin?
X'inhuma l-working hours li fihom suppost iċ-ċentru jkun fully operational bil-complement sħiħ ta' l-istaff?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-Onor.Interpellant probabbli qed jirreferi għas-servizz tal-farmaċija fejn veru li dan l-aħħar kien kemmxejn slow minħabba d-decentraliżżazzjoni ta' ħafna mediċini li qabel il-pubbliku kien jiġborhom biss mill-isptar. Dan ukoll ġara minħabba li l-ammont ta' nies bil-kartuna s-safra dejjem qiegħed jiżdied. Għalhekk id-dipartiment tal-Kura Primarja, ftit tax-xhur ilu ħaseb biex itaffi ftit minn din il-problema u l-unika soluzzjoni li sab kien li joffri l-impjegati li jagħtu dan is-servizz , l-overtime. Saret ukoll sejħa għall-applikazzjonijiet biex jiġu ingaġġati iżjed spiżjara liema sejħa waslet biex japplika spiżjar wieħed biss.
Peress li mhux l-impjegati kollha setgħu jagħmlu l-overtime fuq bażi regolari, xi wħud minnhom jitilqu fil-ħin tas-soltu stipulat mid-dipartiment u jibqgħu jaħdmu biss dawk ta' l-overtime bħala skeleton staff.
Dawn huma l-ħinijiet tal-ftuħ ta' l-ispiżerija skond il-ġurnata u l-overtime:
Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa: 8.00a.m. sa 1.30p.m.
Tlieta u l-Ħamis: 8.00a.m. sa 3.00p.m. (fis-2.30p.m. jitilqu dawk l-impjegati li ma jaħdmux overtime)
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikanti għal postijiet vakanti ta' second secretaries fil-Malta Diplomatic Service? Kemm hemm postijiet vakanti?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond paragrafu 26 tas-sejħa għall-applikazzjonijiet maħruġa fil-Gażżetta tal-Gvern numru 17995 ta' l-14 ta' Novembru 2006, l-applikazzjonijiet intlaqgħu mid-Dipartiment ta' l-Eżamijiet, il-Furjana u ċ-Ċentru ta' l-Eżamijiet ġewwa Victoria, Għawdex. Dan il-Ministeru mhuwiex f'pożizzjoni li jgħid kemm applikaw.
Tista' l-ADT tikkonsidra t-talba ta' diversi residenti tas-Swatar biex kemm Triq Mons Arturo Bonnici kif ukoll Triq Balliju Guttenberg jiġu one-way minħabba l-konġestjoni tat-traffiku li spiss qed ikun hemm?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku irriżulta li ma kien hemm l-ebda talba mill-Kunsill Lokali ta’ l-Imsida sabiex Triq Mons Arturo Bonnici kif ukoll Triq Balliju Guttenberg isiru one-way. It-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku ser tikkuntatja lill-Kunsill Lokali rigward din il-proposta.
Tista' l-ADT tilqa' t-talba ta' diversi residenti tas-Swatar biex is-servizz tal-karozza tal-linja 169 mill-Belt ikun aktar spiss milli darba kull siegħa, speċjalment fil-ħinijiet tax-xogħol u ta' l-iskejjel?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li l-ADT qed tistenna mingħand l-ATP skeda ġdida b’servizz aktar frekwenti sabiex taqdi aħjar lir-residenti tas-Swatar kif ukoll il-‘Call Centre’ tal-HSBC fil-futur qarib.
Din l-iskeda ser tinħadem fuq bażi ta’ prova għall-tlett xhur u ser isir moniteraġġ sabiex wieħed jiddetermina l-vijabilita ta’ din l-iskeda.
Rigward postijiet tal-gvern fis-Swatar fi Triq Mons A Bonnici, x'qiegħed iżomm t-titlu ta' dawn il-postijiet milli jinqaleb fuq ir-residenti meta ċ-ċens tal-post ikkonċernat diġa' ġie mifdi, u speċifikament fil-każ li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Biex l-Awtorita’ tad-Djar tkun tista’ tittrasferixxi titolu legali ta’ proprjeta’ fuq benefiċjarju, qabel xejn, id-Dipartiment ta’ l-Artijiet irid jittrasferixxi lill-Awtorita’ t-titolu ta’ l-art li tkun mibnijja fuqha l-proprjeta’.
Ninsab infurmata li, fil-każ tal-postijiet li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant, inkluż dak speċifiku, it-trasferiment ta’ l-art għadu ma’ sarx u għalhekk l-Awtorita’ mhiex f’pożizzjoni li tiffinalizza l-kuntratti tat-trasferiment tal-proprjetajiet mal-benefiċjarji.
Tista' l-Ministru tikkonsidra t-talba miċħuda għall-istallazzjoni ta' lift fi Block E2 Ta' Xbiex HE fid-dawl tad-deterjorament tal-kondizzjoni fiżika ta' inkwilin fil-fond li n-numru tal-file tiegħu qed jintbagħat separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ser terġa' tikkunsidra l-każ u ser tibda billi tibgħat Occupational Therapist biex tassessja l-kundizzjoni ta' l-applikant.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-housing authority għandhiex il-ħsieb li tirrikonsidra ċ-ċaħda tat-talbiet għall-istallazzjoni tal-lifts fi blokki fejn l-appartamenti jkunu kollha nxtraw mill-inkwilini?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fejn l-appartamenti tal-Gvern fi blokka jinxtraw kollha mill-inkwilini, l-Awtorita’ tad-Djar tqis dik il-blokka bħala proprjeta’ privata u għalhekk m’hemmx ħsieb li l-Awtorita’ tirrikonsidra t-talbiet li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22418, ir-riferenza qed issir għall-ewwel nofs tat-triq biswit il-kulleġġ.
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Minn spezzjoni li saret fuq il-post minn ufficjali ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta fi Triq Swatar minn k/m Triq Sant’ Andrija sa k/m Triq Indri Grima, liema sezzjoni tat-triq hija fl-ewwel nofs biswit il-kullegg, ma nstabu l-ebda linji bojod li jipprojbixxu parkegg. L-uniku linji bojod li nstabu huma li gej:
·
Dashed centre line
abjad.
·
Dashed
linji ta’ parkegg fil-genb tat-triq.
Ritratti hawn annessi.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex ir-residenti ta' Trejqet Boxbox, Imsida jkunu jistgħu jaqsmu t-triq permezz ta' zebra crossing jew traffic lights kif ukoll fir-rigward tar-residenti ta' Triq Monsinjur Innoċenz Zammit, Imsida ħdejn Lautier, li jkunu jridu jaqsmu għall-universita', aktar u aktar biilli s-subway ftit li xejn tintuża minħabba l-istat li qiegħda fih u l-abbużi li ġieli jiġru?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li saret fuq il-post minn ufficjali ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta irrizulta li mhux rakkomandabbli li ssir pedestrian crossing minn hdejn Trejqet Boxbox li taqsam il-bypass ghal dawn ir-ragunijiet:
· Il-
bypass
tiehu ammont ta’ vetturi li jeccedi l-limitu ghall-installazzjoni ta’
pedestrian crossing
.
· Minhabba l-
85th Percentile Speed Limit
tat-triq m’ hemmx tulijiet ta’ vizibilità bizzejjed specjalment ghal vetturi li hergin mill-mini ta’ l-Università fid-direzzjoni lejn il-Marsa.
Ir-residenti ta’ Triq Mons Innocenz Zammit huma pprovduti bil-
pedestrian underpass
li hija l-aktar mod sikur ta’ kif persuni jistghu jaslu lejn l-Università.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-kondizzjonijiet biex wieħed japplika għall-home helper ta' l-anzjani? Hemm postijiet vakanti għal dan it-tip ta' xogħol?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex persuna tiġi kkunsidrata bħala kandidata biex tiġi msejħa għal Part Time Social Assistant (Home Helper) għandha tkun qed tirreġistra għax-xogħol ma l-Employment and Training Centre fuq kull lista, jiġifieri kemm fuq List 1,2 jew 3.
Vakanzi f'dan ix-xogħol ikollna regolarment, dejjem skond id-domanda għas-servizz mill-anzjani, kif ukoll il-vakanzi li jinħolqu mill-istess PTSAs (Termination of Employment).
National Euro Changeover Committee — Xiri ta' Computers
Question
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22309 u jgħid: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22182 dwar computers mixtrija minn National Euro Changeover Committee, jista' il-Prim Ministru jgħid mingħand min inkisbu quotations qabel ma waqgħet l-għażla fuq FGL information rigward tal-computers u laptops mixtrija fi Frar 2006?
X'kienu r-restrizzjonijiet ta' l-għażla u d-disponibbilta' li l-Prim Ministru rrifera għalihom fit-tweġiba tiegħu?
Rigward dawk mixtrija f'Ġunju 2006, jista' il-Prim Ministru jipprovdi l-e procurement RFQ? X'kienu l-ispecifications mitluba? Kemm kien hemm kumpanniji oħra li ttenderjaw għalihom? X'kienu l-prezzijiet ikkwotati? Fuq liema kriterju saret l-għażla finali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 22309
Billi f'mistoqsija parlamentari 22261 il-Prim Ministru rriferieni għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 22064, fejn il-Prim Ministru qalli li t-tagħrif għadu qed jinġabar, jista' jagħti dan it-tagħrif li huwa fl-interess pubbliku u li żgur ma jirrikjedix daqstant żmien biex jinġabar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 22064.
Tista' il-Ministru tinvestiga l-ilment ta' ċittadin mill-Gżira li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li kif ikkonfermat minn perit privat - li kopja taċ-ċertifikat tiegħu ġiet mgħoddija lid-dipartiment tad-djar - saritlu ħsara estensiva fir-residenza tiegħu minħabba demolition works li qed isiru fil-bini li minnu tagħmel parti r-residenza ta' l-istess persuna? B'riżultat ta' din il-ħsara ġew demolished ukoll it-toilets komunali li hemm bil-konsegwenza li r-residenti tħallew mingħajr faċilitajiet bażiċi. Filwaqt li nitlob lill-Ministru tintervjeni mad-dipartiment konċernat sabiex il-persuna imsemmija tiġi kkonsidrata għall-akkomodazzjoni alternattiva, nitlob ukoll li ssirlu spezzjoni tal-fond li joqgħod fih.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant, li saret fis-27 ta’ Novembru 2006, qed jiġi verifikata.
Ninsab infurmata wkoll li hekk kif titlesta din il-verifika, l-applikazzjoni mistennija tkun riferuta biex issir l-ispezzjoni meħtieġa mill-aktar fis possibbli.
B'riferenza għall-applikazzjoni għal qabar datata 8 ta' Frar 2005 ta' persuna minn San Ġwann li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jindika fiex qiegħda fil-waiting list u kemm hu t-total ta' talbiet pendenti għall-oqbra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna riferuta għandha applikazzjoni pendenti għal qabar fiċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata li ġġib id-data 8 ta' Frar, 2005 u għandha numru ta' riferenza DH/39/2005/18. Għalkemm l-applikazzjoni mill-persuna kkonċernata saret fl-2005, din hija meqjusa bħala applikazzjoni riċenti. Bħal ma jsir fil-każijiet kollha meta jkun hawn oqbra għall-allokazzjoni l-persuna tkun infurmata meta jasal it-turn tagħha.
In-numru totali ta' talbiet pendenti għall-oqbra fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata, preżentament huwa 2934.
L-aħħar darba li tqassmu l-oqbra ġewwa l-Addolorata kien fl-1991.
Tista' il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tinvestiga l-ilment ta' persuna minn San Ġwann li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tal-billing eċċessiv tal-konsum ta' l-ilma li rċieva in konnessjoni ma' kont Nru. 495110170?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li billi l-konsum ta' l-ilma reġistrat fil-post indikat mill-Onor. Interpellant kien wieħed iktar minn normal, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kkuntatjat lill-konsumatur biex issir spezzjoni fuq il-post.
Madankollu l-konsumatur stess talab li din l-ispezzjoni tkun posposta għal data li tkun konvenjenti għalih.