Jista' l-Ministra jara li tingħata priorita' u urġenza lit-talba ta' għadd kbir ta' residenti ta' Triq ta' Xmiexi, Msida sabiex jitkomplew it-tentattivi li kien hemm fil-passat sabiex tinfetaħ it-triq li tinfed ma' Triq San Alwigi, l-Imsida għaliex f'kaz ta' emerġenza r-residenti ġieli damu 'l fuq minn 25 minuta jistennew ambulanza tasal, filwaqt li ir-residenti jinsabu tant izolati li lanqas jistgħu jwasslu it-tfal l-iskola meta tagħmel ix-xita u ma jkunx possibbli li wieħed jinzel mit-taraġ dejjaq fi tmiem it-triq minħabba l-ilmijiet li jkun hemm?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministra jara li jsir xi ħaġa dwar il-parkeġġ fi Triq it-Torri, l-Imsida li qed joħloq inkonvenjent regolari lit-traffiku li jkun nieżel jew tielgħa speċjalment fir-rush hours ta' filgħodu u wara nofsinhar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Traffic Management Unit irriżulta li fl-aħħar ittra li ntbgħatet mit-Taqsima lill-Kunsill Lokali Msida ġie ssuġġerit li l-parkeġġ fi Triq it-Torri jitħalla li jsir fuq naħa waħda biss. It-Taqsima ma rċevietx l-ebda risposta mill-Kunsill rigward tali suggeriment għaldaqstant it-taqsima bagħtet korrispondenza oħra lill-Kunsill f’dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jara li titnaddaf il-parking area li hemm ħdejn il-bring-in sites qrib Triq it-Torri, l-Imsida u jitħalla spazju għal parking għar-residenti li jistgħu jkunu effettwati? Dan l-immaniġġjar aħjar ta' traffiku jista' itaffi l-inkonvenjent li qegħdin isaqqfu wiċċhom magħhom ir-residenti effettwati, b'mod partikolari minn numru 27 sa 47, Triq it-Torri, Msida kif ukoll il-vetturi li juzaw din it-triq.
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22836 u jgħid kemm tmur lura fiż-żmien l-aktar applikazzjoni qadima għall-operazzjoni ta' hip replacement?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-dewmien fuq waiting list għal hip replacement tvarja minn kunsulent għall-ieħor. L-itwal stennija hija ta' ħames snin pero hemm raġunijiet mediċi għal dan id-dewmien.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22837 u jgħid x'inhuma l-operating costs attwali tas-sistema park and ride?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-operating costs attwali tal-Park & Ride kienu jammontaw għal Lm27,678.55 (Lm10,052.66 f’Novembru u Lm17,625.89 f’Diċembru).
Huwa stmat li bl-introduzzjoni tas-CVA (
Controlled Vehicular Access
) f’Marzu, l-ispiża fix xhur ta’ wara tonqos għal madwar Lm9,500 (fix-xhar).
Għargħur — Triq Santa Katerina - Fawran ta' Drenaġġ
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22955 u jgħid x'passi ħadet il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma biex tirrimedja l-problema ta' fawran tad-drenaġġ fi Triq Santa Katerina, l-Għargħur meta għandi għaliex nifhem illi kellhom jittieħdu passi ta' rimedju madwar sena ilu - fi Frar 2006?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma diġa bdiet tagħmel ix-xogħol neċessarju biex tirrimedja din il-problema.
Dan ix-xogħol huwa mistenni li jkun lest fi żmien erba' ġimgħat oħra.
Tista' l-awtorita' dwar it-trasport tikkonsidra li tressaq it-traffic lights fin-naħa ta' fuq ta' Naxxar Road, San Ġwann aktar 'l isfel għall-quddiem CIMBA Upholsterers minħabba li ħafna sewwieqa qed jabbużaw mis-side road li hemm qrib id-dwal preżenti biex jaqbżu t-traffic lights - kultant bi speed imdaqqas?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjal tat-Traffic Management Unit irriżulta li tali pelican crossing ġiet implimentata fil-post tul Naxxar Road fejn l-aktar li jaqsmu n-nies minħabba l-ħwienet li hemm u l-pożizzjoni tal-flats residenzjali li jiġġeneraw ammont sostanzjali ta’ pedestrians. Għaldaqstant mhux irrakkomandat li tali pelican crossing titressaq aktar ‘l isfel.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jsir reklutaġġ fil-ġejjieni qarib fid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili, speċjalment fejn tidħol il-fire fighting section billi bħalissa d-dipartiment spiss jirrikorri għas-servizz ta' għadd ta' voluntiera?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili permezz ta' Regolamenti li saru għal dan il-għan, waqqaf Korp tal-Voluntiera u qiegħed jagħti taħriġ u jħaddem għadd ta' voluntiera sabiex jassistu lid-Dipartiment kemm f'xogħol normali kif ukoll f'każ ta' diżastri. L-iskop huwa illi diversi persuni minn kull qasam tal-ħajja jiffurmaw parti minn dan id-Dipartiment bħalma jsir f'diversi pajjiżi oħra Ewropej. Ir-riżultat ta' dan l-eżerċizzju huwa ta' sodisfazzjoni kbir u pubblikament nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li ssieħbu f'dan il-Korp tal-Voluntiera.
Qatt ma kien l-iskop ta' dan il-Korp Volontarju li jitwaqqaf sabiex ma jiġux ingaġġati nies ġodda mad-Dipartiment.
Tista' tiġi proċessata l-applikazzjoni għall-għajnuna materjali u allowance finanzjarja għal persuna minn San Ġwann li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ġiet iċċertifikata minn speċjalista li tbati mill-inkontinenza?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant applikat mall-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ għall-Karta ta’ l-Identita’ Speċjali, liema Karta nħarġitilha.
Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi speċifikament għal talba għas-servizz relatat ma’ inkontinenza, nitolbu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Minħabba l-inkonvenjent ikkawżat għar-residenti ta' Triq Santa Katerina fil-Għargħur, il-gvern għandu ħsieb li jirrivedi d-deċiżjoni li tillimita l-aċċess għat-triq għar-residenti, għall-bdiewa lokali kif ukoll għall-impjegati tal-kamra tan-nar billi teknikament kull karozza li tidħol biex tipprovdi servizz għandha r-riskju li taqla' ċitazzjoni? Jikkonferma l-Ministru dak li ġie rrappurtat fil-media lokali li d-deċiżjoni ġiet mehuda fuq livell ta' Kabinett?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Għargħur — Triq Santa Katerina - fawran ta' drenaġġ
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadet il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma biex tirrimedja l-problema ta' fawran tad-drenaġġ fi Triq Santa Katerina, l-Għargħur meta għandi għaliex nifhem illi kellhom jittieħdu passi ta' rimedju madwar sena ilu - fi Frar 2006?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Għargħur — Triq Dun Salvatore Zarb - sleeping policeman
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi possibbilta' li tiġi kkonsidrata l-introduzzjoni ta' sleeping policeman fi Triq Dun Salvatore Zarb, fil-Għargħur?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Traffic management Unit irriżulta li ma kien hemm ebda talba mill-Kunsill Lokali Għargħur tali Round Topped Road Hump. It-Traffic Management Unit ser jikkuntattja lill-Kunsill rigward din it-talba.
Tista' issir zebra crossing fi Triq Dun Salvatore Zarb li tisbokka għal Triq Caravaggio, fil-Għargħur?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Traffic Management Unit irriżulta li ma kien hemm l-ebda talba mill-Kunsill Lokali Għargħur għal tali zebra crossing.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22578 dwar il-housing case H19974, tistax tgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar dan il-każ serju u prekarju kif ukoll x'irriżulta minn xi spezzjonijiet li seta' għamel id-dipartiment tad-djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-ispezzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant għad trid issir.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tmur lura fiż-żmien l-aktar applikazzjoni qadima għall-akkwist ta'
qabar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li skond ir-records li jinżammu l-aktar applikazzjoni li ilha pendenti għal qabar fiċ-ċimiterju ta' l-Addolorata, għandha d-data ta' l-għaxra ta' Diċembru 1991.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22782, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm hemm applikanti għal postijiet vakanti ta' second secretaries fil-Malta Diplomatic Service? Kemm hemm postijiet vakanti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' applikanti għall-eżami tas-Second Secretaries fil-Ministeru tal-Affarijiet Baaranin huwa ta' 87.
Dwar in-numru ta' postijiet vakanti għal dan il-post nitlob l-Onor. Membru jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.