Minħabba li sirt naf li l-ADT tat permess lill-kunsilli lokali ta' l-Iklin u n-Naxxar biex jagħmlu toroq arterjali importanti - No entry for heavy vehicles except to render a service, public transport vehicles and for access- tista' tikkonferma li ċerti arranġamenti f'San Ġwann, bħal Naxxar Road, se jibqgħu jgħoddu u li l-lokal ta' San Ġwann mhux se jibla dawn it-tip ta' vetturi, b'konsegwenza ta' dawn l-arranġamenti ġodda?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li l-ADT tilqa’ dejjem talbiet li jistgħu jtejbu t-traffiku u anke jipproteġu l-eżiġenzi taċ-ċittadin.
F’dan il-każ, l-ADT dejjem tagħmel bi prova ċerti talbiet meta dawn ikunu fis-sustanza loġiċi u pertinenti biex isolvu xi problema. Vetturi ta’ ċertu toqol jiġu pprojbiti minn aċċess fejn dan jista’ jtejjeb it-traffiku kif ukoll l-aspett ta’ sigurtà tal-lokal.
Wieħed irid jikkunsidra wkoll li ma jistax jagħmel
policy
li din tista' tiġi applikata kull ħin u kull mument għaliex f’kull deċizjoni wieħed irid jieħu ukoll in konsiderazzjoni r-regolamentazzjoni tat-
traffic flow
fl-inħawi. Huwa minnu wkoll li jista' jiġi pprojbit l-aċċess għall-ċertu ħin tal-ġurnata għall-vetturi kbar bl’eċċezzjoni meta dawn ikunu qed jagħtu servizz.
Għaldaqstant, kull darba li l-Awtorita’ jkollha dawn it-tip ta’ talbiet qed tikkunsidrhom u jekk hu possibbli iddaħal sistema ta’ prova.
Il-parti mhux żviluppata faċċata ta' Triq Indri Grima, fis-Swatar, Msida hija earmarked bħala zona ta' żvilupp?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-mappa Nru 29 tad-Dokument "Local Plans - Rationalisation of Development Boundaries", li ġie approvat mill-parlament f’Lulju li għadda.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li l-ebda taxxa, tariffa jew miżata ma ddaħħlet jew ġiet riveduta matul l-2006 mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, id-dipartimenti jew l-enti li jaqgħu taħtu.
Tista' l-Ministru tgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnha, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtha matul is-sena 2006? Tista' tindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Ministeru tiegħi ma rriveda l-ebda taxxa jew tariffa.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2006 ma kienx hemm tibdil fit-taxxi, tariffi jew miżati mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent u l-entitajiet tiegħu.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali tagħha u tas-second car tagħha matul is-sena 2006?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li matul l-2006 l-ispiża għall-manutenzjoni/tiswijiet tal-karozza uffiċjali tiegħi kienet Lm723.27.
Rigward is-second car, din hi mikrija u l-ammont tal-kirja jinkludi wkoll l-imsemmija spejjeż.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (BORG, TONIO)
L-informazzjoni dwar id-dekasteru tiegħi hija s-segwenti:-
Ninsab infurmat mir-Reġistru Pubbliku li fis-Sezzjoni taż-Żwiġijiet, permezz ta' LN 161 ta' l-2006 kienu riveduti t-tariffi taż-żwiġijiet b'forma ċivili fejn iż-żewġ għarajjes ikunu residenti barra minn Malta. Għaldaqstant peress li jkunu meħtieġa proċeduri ulterjuri ta' verifika, b'seħħ minn Lulju 2006 qed jitħallas dritt addizzjonali ieħor ta' għaxar liri, jiġifieri;
Jekk il-koppja jgħixu barra minn Malta u ċ-ċerimonja taż-Żwieġ issir fir-Reġistru taż-Żwieġ, it-tariffa minn
Lm20
ġiet riveduta għal
Lm30
.
Jekk il-koppja jgħixu barra minn Malta u ċ-ċerimonja taż-żwieġ issir f'post ieħor li mhux fir-Reġistru taż-Żwieġ, it-tariffa minn
Lm30
ġiet riveduta għal
Lm40
.
_____________________________________
Ninsab infurmat li mill-1 ta' Diċembru 2006, id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta' l-Expatriates beda joħroġ permessi uniformi ta' residenza (Uniform Residence Permits) lill-ċittadini minn pajjiżi terzi, bi ħlas ta' Lm10 kull permess (għal perijodu ta' sena jew anqas).
Dan ix-xogħol qabel kien isir mit-Taqsima tal-Pulizija ta' l-Immigrazzjoni u l-ħlas imsemmi kien diġa' jinġabar minn din it-Taqsima. Kien hemm xi każijiet fejn persuni minn ċerti pajjiżi kienu jħallsu inqas minn Lm10. Mill-1 ta' Diċembru 2006 ġie deċiż li l-ħlas għandu jkun Lm10 għal kull ċittadin li ġej minn pajjiż terz.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tieghi ma għolliex jew raħħas taxxi, tariffi jew miżati matul l-2006.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi fil-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-entitajiet li jaqgħu taħtu l-uniċi tariffi li ġew riveduti matul l-2006 kienu dawk ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, li peress li huma ta' natura kummerċjali ma jkunx prudenti li jiġu pubblikati.
Tista' l-Ministru tgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi matul l-2005 u l-2006? Min huma l-persuni li huma ntitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-ammonti ta' flus li tħallsu f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi matul l-2005 u l-2006 kienu Lm3136,95 u Lm3630,05 rispettivament.
Ma narax li hija prudenza li nsemmi l-ismijiet fil-Parlament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali tiegħu u tas-second car tiegħu matul is-sena 2006?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li l-ispiża għall-manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali tal-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura matul is-sena 2006 kienet ta’ Lm1,310.82ċ.
Rigward is-second car, fuq din ma kien hemm l-ebda spiża fuqha għaliex tinżamm ġewwa garage.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali tagħha u tas-second car tagħha matul is-sena 2006?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-ispiża għal manutenzjoni/repairs matul l-2006 kienet ta' Lm37.98 u dan għall-karozza tiegħi biss peress li ma kienx hemm second car.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali tiegħu u tas-second car tiegħu matul is-sena 2006?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-ispiża għall-manutenzjoni / tiswija tal-karozza uffiċjali tal-Ministru matul is-sena 2006 kienet ta' Lm2,750.92c.
Ma kienx hemm infieq fuq manutenzjoni / tiswija tat-tieni karozza tiegħu matul is-sena 2006