Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23254 u jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi matul l-2005 u l-2006? Min huma l-persuni li huma ntitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif komplet kif meħtieġ għat-tweġiba li rrid nagħti għadu ma wasalx kollu fl-uffiċju tiegħi.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 23060 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li titnaddaf il-parking area li hemm ħdejn il-bring-in sites qrib Triq it-Torri, l-Imsida u jitħalla spazju għal parking għar-residenti li jistgħu jkunu effettwati? Dan l-immaniġġar aħjar ta' traffiku jista' itaffi l-inkonvenjent li qegħdin isaqqfu wiċċhom magħhom ir-residenti effettwati, b'mod partikolari minn numru 27 sa 47, Triq it-Torri, Msida kif ukoll il-vetturi li jużaw din it-triq.
Response (BORG, TONIO)
Bħal ma jaf l-Onor. Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23260 u jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi matul l-2005 u l-2006? Min huma l-persuni li huma ntitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fl-2005 tħallsu Lm4,402 f'kontijiet tat-telephone ta' residenti ta' uffiċjali governattivi u fl-2006 tħallsu Lm3,981.
Ma narax li hija prudenza li nsemmu l-ismijiet fil-Parlament.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23265 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2006? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nagħmel referenza għar-risposta li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 23265.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew turisti f'pajjiżna fl-2005 u fl-2006 u kemm minnhom żaru l-Belt Valletta, l-Imdina u l-Kottonera sena b'sena?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi fl-2005 ġew 1,170,610 turisti f'Malta. Skond l-aħħar statistika li ħarġet minn Jannar sa Diċembru 2006 ġew Malta 1,124,233 turisti.
Il-persentaġġ ta' turisti li żaru l-Belt Valletta, l-Imdina u l-Kottonera fl-2005 u fl-2006 huwa kif ġej:
Valletta
Mdina
Kottonera
2005
1,056,213
(90.2%)
813,125
(69.5%)
325,666
(27.8%)
2006
1,019,607
(90.7%)
785,542
(69.9%)
315,561
(28.1%)
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw sensji xahar b'xahar f'Ottubru, Novembru u Diċembru 2006 u jgħid ukoll minn liema settur kienu ġejjin?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta’ persuni li ngħataw is-sensja u ġew jirreġistraw matul ix-xhur ta’ Ottubru, Novembru u Diċembru 2006 separament hu kif ġej :-
Ottubru – 207
Novembru – 254
Diċembru – 138
Informat ukoll li persuni li kienu qed jirregistraw ghax-xoghol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-registru minn Ottubru sa Dicembru 2006, u bdew jahdmu hu kif gej:-
F'Ottubru 2006 - 426
F'Novembru 2006 - 340
F'Dicembru 2006 - 181
Skond l-formoli ta l-impjieg li pprocessat l-ETC, in-numru ta' nies li bdew jahdmu f'Ottubru, f'Novembru u Dicembru 2006 hu kif ġej :-
F'Ottubru 2006 - 4,132
F'Novembru 2006 - 2,063
Il-figura għal
Dicembru 2006
għada qed tinħadem minħabba l-fatt li l-KXT għadha qed tirċievi l-formoli tal-impjieg ta' persuni li bdew jaħdmu f'dan ix-xahar. Il-figura totali tkun konkluża tlett xhur wara x-xahar partikulari, li f dan il-każ jkun Marzu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki u kumpanniji joperaw fl-oqsma industrijali ta' Ħ'Attard, Bulebel, Ħal Far, Kordin, Ħal-Luqa, Marsa, Mosta, Imrieħel, Ricasoli, San Ġwann, Ta' Dbieġi, Ħal Safi/Kirkop u Xewkija? Kemm hemm ħaddiema jaħdmu f'dawn l-oqsma industrijali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ fabbriki li joperaw mill-oqsma industrijali msemmija u amministrati mill-Malta Industrial Parks Ltd huma dawn:
Attard 18
Bulebel 89
Hal Far 55
Kordin 74
Luqa 110
Marsa 97
Mosta Technopark 24
Mriehel 24
Ricasoli Nil
San Gwann 63
Ta’ Dbiegi 18
Kirkop 2
Xewkija 31
Total: 605
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari, nitlob lill-Onor. Interpellant jaghmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kumpannija kienet megħjuna mill-MDC/Malta Enterprise sena b'sena mill-1999 sa l-2005 biex twaqqaf impriża f'Għawdex? Kemm kien l-investiment totali sena b'sena ta' dawn il-kumpanniji? Kemm ħaddiema qed iħaddmu llum?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji l-awtorita' dwar it-trasport aċċettat li tawtorizza parking bay qrib stop sign fi Triq Balliju Guttenberg, ma' Triq G. Ellul Mercer fis-Swatar, Msida?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima ta’ l-Immaniġjar tat-Traffiku ma nstabet l-ebda korrispondenza jew approvazzjoni għal Parking Bay li għaliha qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari. Minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali tat-Taqsima ta’ l-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li d-distanza bejn il-kantuniera u l-Parking Bay hija ta’ 7.5 metri. Din id-distanza hija aktar mill-5.0 metri stipulat bil-liġi u hemm double yellow lines fuq in-naħa l-oħra tat-triq u għalhekk hemm wisgħa biżżejjed. Tali parking bay ma tostakolax il-viżibilita’ u l-anqas ma tillimita il-movimenti tal-vetturi f’din il-junction. Ukoll l-iSTOP sign u road markings jidhru sewwa.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ex-ħaddiema tal-posta li jinsabu jaħdmu f'diversi dipartimenti tal-gvern għadhom jirċievu l-P3 tagħhom identifikati bħala senior postmenmeta dawn ilhom li nqatgħu minn dan ix-xogħol snin sħaħ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ex-impjegati tal-Maltapost li ġew lura mal-Gvern wara l-1 ta’ Novembru 2003 baqgħu iżommu l-istess nominklatura li kellhom qabel kienu qalbu minn Posta Ltd għal Maltapost iżda mill-aspett finanzjarju żammu l-istess salarju li kienu qed igawdu skond il-grad li kellhom mal-Maltapost.
Dawn l-arranġamenti saru bi ftehim bejn il-Unions rispettivi tal-ħaddiema u mal-MPO.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-forzi armati ta' Malta humiex qegħdin ikunu konformi mar-regolamenti tal-E-procurement rigward ix-xiri tal-computers jew parts tagħhom? Jista' jikkonferma jekk computers hux qegħdin jiġu mixtrija biċċiet u jingħaqdu minn nies ta' l-AFM stess? Jekk iva, jista' jikkonferma li dawn huma ta' l-istess specifications li joħroġ il-gvern kif elenkat mill-MITTS hardware specifications checklist? Fil-prattika, kif qiegħed jiġi regolat ix-xiri ta' dawn il-computers u parts? Qed ngħid dan għaliex għandi informazzjoni li l-ispecifications li għamilt riferenza għalihom mhumiex jiġu rispettati f'dawn iċ-ċirkostanzi.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-proċedura tal-e-procurement tistabilixxi kif wieħed għandu jitlob stimi, sew għal sistemi ta’ kompjuters sħaħ, kif ukoll għall-components li wieħed jista’ juża sabiex jammonta kompjuter.
Fil-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant il-proċedura msemmija ġiet esegwita u rispettata; tant hu hekk, li l-components bl-aktar prezz favorevoli ġew mixtrija biex jiġu mmuntati fil-kompjuters imsemmija.
Il-components jinxtraw skond l-ispeċifikazzjonijiet elenkati mill-MITTS fil-hardware specifications checklist u f’ċerti każi kienu anki ta’ kwalità aħjar. Tajjeb ukoll li wieħed isemmi li anki l-garanzija fuq il-biċċiet mixtrija ġew akkwistati aħjar minn dik li ġeneralment tiġi mogħtija fuq sistemi sħaħ.
Għaldaqstant, il-Forzi Armati jħossu li fil-każ imsemmi, apparti li l-ispeċifikazzjonijiet kienu aħjar minn dawk murija fiċ-checklist msemmija għall-prezzijiet aktar favorevoli, in-know-how u l-esperjenzi tan-nies li l-istess Armata rawmet tul dawn l-aħħar snin ġew utilizzati għall-vantaġġ ta’ l-istess Armata billi ġie akkwistat aktar b’inqas spejjeż.
Jista' l-Ministru jgħid x'deċiżjoni ħadet l-awtorita' dwar it-trasport dwar petizzjoni li ġiet mgħoddija lilha mis-sidien tal-ħwienet f'St. George's Road, San Ġiljan xi xhur ilu dwar il-possibbilta' ta' time parking (ta' madwar 30 minuta) b'mod partikolari fl-inħawi tal-ħwienet li hemm quddiem il-ġnien u ħdejn il-Wembley Garage u l-HSBC?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima ta' l-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta li l-petizzjoni li għaliha qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari qatt ma rċevewha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn lukandi llum f'Malta u Għawdex maqsuma skond il-kategorija li huma fiha? Kemm hawn sodod f'dawn il-lukandi maqsuma skond il-kategoriji li huma fiha?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2006? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli A u B għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament u li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, it-tariffi/miżati li ġew riveduti kienu fil-Forzi Armati ta’ Malta. Ir-reviżjoni kienet:
2005
(Lm – VAT inkluża)
2006
(Lm – VAT inkluża)
Servizz ta’ Sigurtà
3.80
3.86
Skorta ma’
Cash Van
23.93
24.31
Użu ta’
Cash Van
u Skorti
40.80
41.99
Fir-rigward tal-Ministeru tal-Finanzi, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella A li turi r-reviżjoni fir-rati ta’ l-MFSA, Lotteries and Gaming u d-Dipartimenti tad-Dwana.
Fl-aħħar baġit tħabbret reviżjoni fir-rati tat-taxxa (tax-bands). Ir-rati l-ġodda huma applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2007 u ser jirriżultaw fi tnaqqis fit-taxxa sa massimu ta’ Lm243 f’każ ta’ koppja b’komputazzjoni konġunta u massimu ta’ Lm155 f’każ ta’ komputazzjoni separata jew ta’ persuna waħidha. Ir-rati huma kif murija f’Tabella B li qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fl-aħħar baġit tħabbar ukoll li ser jingħata tnaqqis mill-income ta’ Lm400 għal spejjeż li ġenituri jagħmlu għal servizz ta’ childcare. Barra minn hekk, it-tnaqqis li jingħata lil ġenituri li t-tfal tagħhom jattendu skejjel privati ser jiżdied minn Lm300 għal Lm600 (kull wild fi skola sekondarja) u minn Lm200 għal Lm400 (kull wild fi skola primarja). Dawn il-miżuri wkoll huma applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2007.
Fl-2006 saru regolamenti dwar kif għandhom jiġu ntaxxati l-host families li jospitaw l-istudenti li jkunu qed jistudjaw Malta. Dawn kienu dejjem taxxabbli bħala negozju, jiġifieri riedu jippreżentaw Profit and Loss Account bid-dħul u l-ispejjeż. Ir-regolamenti l-ġodda jissimplifikaw il-metodu ta’ tassazzjoni u jagħtu tnaqqis ta’ Lm1000 mill-income u wkoll tnaqqis ieħor ta’ 65% tad-dħul li jirriżulta, biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż. Dawn ir-regoli bdew japplikaw mis-sena ta’ stima 2006.
Mis-sena bażi 2006 inbidlet ir-rata ta’ taxxa fuq l-income ta’ min jaħdem barra minn Malta. Dan l-income issa qed jiġi ntaxxat b’rata waħda ta’ 15%, iżda taxpayer jista’ jagħżel ir-rati normali tat-taxxa jekk jaqbillu hekk. It-taxxa fuq dan id-dħul qabel kienet ammont fiss fis-sena skond it-tip ta’ xogħol: Lm300 għal ħaddiem bla sengħa, Lm450 għal ħaddiem tas-sengħa, Lm500 għal technician, u Lm1000 għal min jipprovdi servizzi maniġerjali u professjonali.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li matul l-2006 kien hemm xi tibdil fit-tariffi tat-tags minn naħa tad-Direttorat tat-Trasport Pubbliku.
It-
tags
ta’ l-ADT jingħataw lil xufiera li jsuqu vetturi tat-trasport pubbliku u dawn kienu jinħarġu għall-prezz ta’ Lm2 l-waħda. Barra minn hekk kienu jitħallsu 75c oħra għall-ADT
Lanyard
(zigarella apposta biex tinżamm it
-tag
). Dawn it
-tags
kienu magħmula mill-kartun miksija bill-plastik u faċilment setgħu jiġu falsifikati.
Illum dawn it-
tags
inbidlu u qed jinħarġu forma ta’
tag
tal-plastik soda li hija aktar sikura u diffiċilment tista' tiġi kkupjata. Il-prezz tagħha huwa ta’ Lm5, li jinkludi il-
lanyard
, ir-ritratt, u plastik apposta biex tinżamm fiha it-
tag
. Dawn it-
tags
huma validi għal 5 (ħames) snin u mbagħad iridu jinbidlu.
Barra dawn t’hawn fuq, saru wkoll xi reviżżjonijiet fir-rati tal-liċenzji tat-triq ta’ vetturi li jintużaw għall-ġarr tal-merkanizija. Lista dettaljata ta’ dawn it-tibdiliet qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnha, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtha matul is-sena 2006? Tista' tindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li f’Settembru 2006, il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ introduċiet ħlas ta’ Lm5 ma’ l-applikazzjoni għall-Blue Sticker li jinħareg mill-Kummissarju tal-Pulizija. Dan il-ħlas qed jintuża biex il-Kummissjoni tixtri s-servizz ta’ tabib biex jiċċertifika li l-persuna li tapplika hija verament intitolata għall-Blue Sticker u permezz ta’ hekk qed ikun hemm aktar kontroll fuq il-ħruġ ta’ dawn il-permessi.
Ninsab infurmata wkoll li, matul l-2006, ma kien hemm ebda taxxa, tariffa jew miżata oħra li ddaħħlet jew ġiet riveduta mid-Dipartimenti, awtoritajiet, istituzzjonijiet jew aġenziji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.