Legislature:
Category:
Reset
Active:

Inċineratur tal-Biċċerija

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra liema proċedura intużat biex jinxtara l-inċineratur tal-Biċċerija? Kienet saret sejħa għall-offerti? Meta sar dan u x'kien irriżulta minnha? Kemm kienet in-nefqa totali fuq dan il-proġett, kif ukoll in-nefqa biex dan l-inċineratur jibda jilqa' skart ieħor minbarra l-biċċerija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-inċineratur tal-Marsa kien inxtara wara li lejn tmiem l-2003 kienet ħarġet sejħa għall-offerti taħt il-proċeduri tal-Ħames Protokoll Taljan. Id-ditta Taljana Gruppo Barbieri & Tarozzi S.p.a. rebħet dan il-kuntratt u l-letter of acceptance ħarġet f'Lulju 2004. Il-proġett ta' l-inċineratur tal-biċċerija sewa 10,444,450 Ewros, liema spiża ġiet iffinanzjata mill-Protokoll stess. In-nefqa biex dan l-inċineratur jieħu skart ieħor għadha qegħda tiġi negozjata.

Carers — Night duty disturbance allowance

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23443 u jgħid jekk ħaddiema carers fi djar ta' l-anzjani tas-sorijiet humiex intitolati għal night duty disturbance allowance skond il-liġi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ impjegati fis-settur privat, inkluż il-kategorija ta’ mpjegati ndikati fil-Mistoqsija, ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta’ tad-dekasteru tiegħi.

Istallazzjoni ta' lift

Question

Tista' tiġi rikunsidrata mill-ġdid t-talba rifjutata għall-istallazzjoni tal-lift f'housing estate, li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament, minħabba li hemm residenti ibatu bil-qtugħ tan-nifs u anke mix-xjatika?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li ġimgħa qabel id-data ta’ din il-Mistoqsija, il-Bord tad-Diżabilita’ fi ħdan l-Awtorita’ tad-Djar irreveda d-deċiżjoni originali u approva l-istallar tal-lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant. Ninsab infurmata wkoll li l-applikanti mistennija jiġu nfurmati b’dan bil-miktub.

San Gwann — Stallazzjoni ta' lift

Question

Jista' jiġi kkonsidrat l-istallazzjoni ta' liftfl-indirizz li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, minħabba r-raġunijiet mediċi varji on file inkluż ċertifikati ta' speċjalisti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni għal stallar ta’ lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant waslet għand l-Awtorita’ tad-Djar ix-xahar l-ieħor. Ninsab infurmata wkoll li din l-applikazzjoni ser tiġi kkunsidrata mill-Bord tad-Diżabilita’, imwaqqaf fi ħdan l-Awtorita’, aktar tard ix-xahar id-dieħel.

Kontijiet tat-telephone

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi matul l-2005 u l-2006? Min huma l-persuni li huma ntitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23537.

Wires tad-dawl ma' gallarija

Question

Tista' l-Enemalta tieħu passi biex ma tħallix wires ta' l-elettriku jgħaddu mill-gallarija ta' post li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għaliex il-mod kif jinsabu għaddejjin qed jagħmilha diffiċli biex ir-residenta tagħlaq il-gallarija konċernata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret, l-overhead lines ma jidhrux li huma ta’ periklu pero jekk ir-residenti jixtiequ li dawn jiċċaqalqu għandhom japplikaw l-Enemalta permezz ta’ formola apposta.

Skejjel ta' l-Istat — Child care centres

Question

Il-gvern għandu xi ħsieb li jintroduċi sistema ta' child care centres għat-tfal ta' l-għalliema fl-iskejjel pubbliċi bħala għajnuna għal dawk l-għalliema li għandhom uliedhom żgħar fl-eta'?

Response (GALEA, LOUIS)

L-introduzzjoni ta' childcare centres fl-iskejjel għadha qed titfassal u meta tibda, tibda fuq bazi ta' skema pilota.

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga u jieħu passi ta' rimedju dwar il-problema ta' flowing ta' drenaġġ li hemm qrib Triq G. Borg Olivier San Giljan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sar xogħol ta' manutenzjoni s-sena l-oħra fuq il-mina tad-drenaġġ li hemm fi Triq il-Kbira, San Ġiljan. Dan ix-xogħol sar biex meta tagħmel ix-xita ma jkunx hemm leakages minn ġo fiha li jista' jispiċċa fid-djar li hemm fi Triq Borġ Olivier. Bħalissa ma jidhirx li hemm problema.
Leg 10 PQ #23652 Sitting 499 2007-02-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Zjara ministerjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown dettaljat tan-nefqa (inkluż akkomodazzjoni u biljetti ta' l-ajru) fuq iz-zjara ministerjali tiegħu u tad-delegazzjoni tiegħu fl-Awstralja is-sena li għaddiet għal Commonwealth Games?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Is-sena li għaddiet m’għamilt ebda żjara għall-Commonwealth Games. Iż-żjara tiegħi u tad-delegazzjoni tiegħi kienet żjara fl-Emirati Għarab Magħqudin (U.A.E.), f’Singapore, fil-Malasja u f’ħamest ibliet fl-Awstralja. Kelli laqgħat bilaterali fl-erba’ pajjiżi li żort u f’Singapore u l-Emirati Għarab Magħqudin iffirmajt Trattati dwar it-Taxxa Doppja tant essenzjali għas-settur tas-Servizzi Finanzjarji f’Malta. Fl-Awstralja kelli laqgħat mal-Komunitajiet, u membri ta’ Clubs Soċjali u Assoċjazzjonijiet Kummerċjali, Maltin-Awstraljani f’Melbourne, Sydney, Canberra, Adelaide u Perth. F’Perth żort ukoll il-Monument li hemm għal Child Migrants u tkellimt mar-rappreżentanti tagħhom. Kelli wkoll laqgħat bilaterali u lunch uffiċjali mal-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Awstraljan, Alexander Downer. Attendejt ukoll iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tal-Commonwealth Games in rappreżentanza ta’ Malta li bħalissa hija c-Chair-in-Office tal-Commonwealth. In-nefqa totali għal din iż-żjara f’erba’ pajjiżi, inkluż ħamest ibliet fl-Awstralja kienet ta’ Lm19,033 li jitqassmu hekk: Biljetti ta’ l-ajru – Malta – Dubai – Melbourne – Canberra - Sydney – Adeliade – Perth –Singapore – Kuala Lumpur – Dubai – Malta Lm10,549 Akkomodazzjoni Lm 6,010 Subsistance allowance għad-delegazzjoni (eskluż il-Ministru li ma għandux allowances) Lm 748 Spejjeż oħra Lm 1,726

Belt Valletta — Parking bays

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-Belt Valletta hemm parking bays riżervati għal min għandu l-blue sticker? Kemm minnhom huma riservati b'numru partikolari fuqhom u kemm le? Jidhirlux li huwa xieraq li jkun hemm bay riżervata qrib sew tal-Qorti biex jiġi facilitate access għal min ikollu problema ta' mobilita' u jsib ruħu mħarrek xhud jew irid imur il-Qorti għal bzonn ieħor?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima ta’ l-Immaniġjar tat-Traffiku li jibdew mis-sena 1999, irriżulta li kien hemm approvazzjoni waħda għal Reserved Parking for Blue Badge Holders fil-car park ta’ quddiem il-Bank Ċentrali. Iżda mhux eskluż li kien hemm approvazzjoni qabel is-sena 1999. L-ebda’ wahda mir- Reserved Parking for Blue Badge Holders ma jkollha numru ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi minħabba li tali faċilita’ hija waħda komunali. It-Taqsima ta’ l-Immaniġjar tat-Traffiku qed tirreferi lill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta din it-talba ta’ l-Onorevoli Interpellant għall- Reserved for Blue Badge Holders biswit il-Qorti.
Leg 10 PQ #23658 Sitting 499 2007-02-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

International Mediterranean Tourism Market

Question

Malta ser ikollha stand fit-12th International Mediterranean Tourism Market li ser isir f'Iżrael fil-ġejjieni qarib?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu mhux ser ikollha stand fit-12th International Mediterranean Tourism Market li ser isir f'Iżrael fil-ġejjieni qarib.

Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2006? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 20028. L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għall-kumplament tas-sena 2006 qiegħda titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Gharghur — Triq Santa Katerina

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 23249 u 22954 u jgħid: Minħabba l-inkonvenjent ikkawżat għar-residenti ta' Triq Santa Katerina fil-Għargħur, il-gvern għandu ħsieb li jirrivedi d-deċiżjoni li tillimita l-aċċess għat-triq għar-residenti, għall-bdiewa lokali kif ukoll għall-impjegati tal-kamra tan-nar billi teknikament kull karozza li tidħol biex tipprovdi servizz għandha r-riskju li taqla' ċitazzjoni? Jikkonferma l-Ministru dak li ġie rrappurtat fil-media lokali li d-deċiżjoni ġiet mehuda fuq livell ta' Kabinett?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 23249.

Kontijiet tat-telephone

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 23257, jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi matul l-2005 u l-2006?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-nefqa f'kontijiet tat-telefon ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi kienet Lm6,348 fit-2005 u Lm6,283 fit-2006.

Kontijiet tat-telephone

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23252 u jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi matul l-2005 u l-2006? Min huma l-persuni li huma ntitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra Tabelli A u B għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament u li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Fir-rigward tat-tieni parti ma narax li hija prudenza li nsemmi l-ismijiet fil-Parlament.
Leg 10 PQ #23596 Sitting 498 2007-02-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Konsulenti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23268, jista' l-Ministru jgħid x'kien jitratta r-rapport ta' konsulenza tal-KPMG dwar il-Libja?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Dan ir-rapport kien jittratta materji relatati mas-sistemi legali taż-żewġ pajjiżi dwar investiment u kummerċ u x'jista' jsir biex dawn jittejbu. Dan is-suġġett issa hu materja għall-Working Group li ġie mwaqqaf b'riżultat tal-kummissjoni konġunta li ltaqgħat fi Tripli l-ġimgħa li għaddiet.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Uffiċjali governattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi fil-ministeru tiegħu u fid-dekasteri li jaqgħu taħtu matul l-2005 u l-2006? Min huma l-persuni li huma ntitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li matul l-2005 tħallsu Lm766.77 f'kontijiet tat-telephone ta' residenżi ta' uffiċjali governattivi fil-Ministeru tiegħi filwaqt li fl-2006 tħallsu Lm1210.98. Ma narax li hija prudenża li nsemmi l-ismijiet fil-Parlament.

Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23274 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2006? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Imsida — Triq ta' Xmiexi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23058 u cioe'jara li tingħata priorita' u urġenza lit-talba ta' għadd kbir ta' residenti ta' Triq ta' Xmiexi, Msida sabiex jitkomplew it-tentattivi li kien hemm fil-passat sabiex tinfetaħ it-triq li tinfed ma' Triq San Alwigi, l-Imsida għaliex f'kaz ta' emerġenza r-residenti ġieli damu 'l fuq minn 25 minuta jistennew ambulanza tasal, filwaqt li ir-residenti jinsabu tant izolati li lanqas jistgħu jwasslu it-tfal l-iskola meta tagħmel ix-xita u ma jkunx possibbli li wieħed jinzel mit-taraġ dejjaq fi tmiem it-triq minħabba l-ilmijiet li jkun hemm?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-twegiba ghal din il-mistoqsija tinghata f'seduta ohra.

Kontijiet tat-Telephone

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23261 u cioe' jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi matul l-2005 u l-2006? Min huma l-persuni li huma ntitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru 23261.