Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ilu jservi fil-kariga ministerjali preżenti kemm kien hemm chairmen ta' kumitati, korporazzjonijiet, enti, awtoritajiet, aġenziji u korpi parastatali li jaqgħu taħtu li rriżenjaw jew talbu espressament li ma jiġux kkonsidrati mill-ġdid għall-kariga li kienu qegħdin jokkupaw? Min kienu u fejn kienu qegħdin iservu? Jista' jagħti d-dati ta' kull każ applikabbli?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-perijodu indikat, l-unika riżenja kienet dik taċ-Chairman taċ-Ċentru Malti ta' l-Arbitraġġ fit-22 ta' Frar 2004.
Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Riżenji ta' chairmen
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu jservi fil-kariga ministerjali preżenti kemm kien hemm chairmen ta' kumitati, korporazzjonijiet, enti, awtoritajiet, aġenziji u korpi parastatali li jaqgħu taħtu li rriżenjaw jew talbu espressament li ma jiġux kkonsidrati mill-ġdid għall-kariga li kienu qegħdin jokkupaw? Min kienu u fejn kienu qegħdin iservu? Jista' jagħti d-dati ta' kull każ applikabbli?
Response (GALEA, LOUIS)
Tlabt li ma jinħeliex ħin ta' uffiċċjali pubbliċi fuq il-ġbir tat-tagħrif mitlub.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu jservi fil-kariga ministerjali preżenti kemm kien hemm chairmen ta' kumitati, korporazzjonijiet, enti, awtoritajiet, aġenziji u korpi parastatali li jaqgħu taħtu li rriżenjaw jew talbu espressament li ma jiġux kkonsidrati mill-ġdid għall-kariga li kienu qegħdin jokkupaw? Min kienu u fejn kienu qegħdin iservu? Jista' Jagħti d-dati ta' kull każ applikabbli?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant ili kemm illi nservi fil-kariga Ministerjali preżenti kien hemm Chairperson waħda li rriżenjat mill-kariga li kienet tokkupa. Din kienet Ms Sylvia Sciberras li kienet isservi bħala Kap tal-Forum Malta fl-Ewropa. Ms Sciberras irriżenjat fis-6 ta' Mejju 2006.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu jservi fil-kariga ministerjali preżenti kemm kien hemm chairmen ta' kumitati, korporazzjonijiet, enti, awtoritajiet, aġenziji u korpi parastatali li jaqgħu taħtu li rriżenjaw jew talbu espressament li ma jiġux kkonsidrati mill-ġdid għall-kariga li kienu qegħdin jokkupaw? Min kienu u fejn kienu qegħdin iservu? Jista' jagħti d-dati ta' kull każ applikabbli?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi iċ-chairmen li rriżenjaw jew talbu espressament biex ma jiġux kkonsidrati mill-ġdid għall-kariga tagħhom fil-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-enti li jaqgħu taħtu kienu kif ġej:
Is-Sur Hans Cauchi, Chairperson - Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti irriżenja fl-24 ta' Jannar 2007;
Ms Grace Borg, Chairperson - Malta Song Board irriżenjat fis-26 ta' Novembru 2005;
Is-Sur Alfred Chetcuti Chairperson - Kummisssjoni Nazzjonali Folklor irriżenja fit-22 ta' Novembru 2006;
Dr Mario Tabone Vassallo, Chairman - Orkestra Nazzjonali irriżenja f'Ottubru 2004;
Is-Sur John C. Grech, Chairman - Awtorita' Maltija tat-Turiżmu irriżenja fl-24 ta' Marzu 2004;
Is-Sur Romawald Lungaro Mifsud, Chairman - Awtorita' Maltija tat-Turiżmu irriżenja fil-31 ta' Awissu 2006;
Is-Sur Christopher Grech, Chairman - Awtorita' Maltija tat-Turiżmu talab li ma jiġix ikkonsidrat mill-ġdid għal din il-kariga fil-31 ta' Marzu 2005.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Riżenji ta' chairmen
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu jservi fil-kariga ministerjali preżenti kemm kien hemm chairmen ta' kumitati, korporazzjonijiet, enti, awtoritajiet, aġenziji u korpi parastatali li jaqgħu taħtu li rriżenjaw jew talbu espressament li ma jiġux kkonsidrati mill-ġdid għall-kariga li kienu qegħdin jokkupaw? Min kienu u fejn kienu qegħdin iservu? Jista' jagħti d-dati ta' kull każ applikabbli?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li kemm ili nservi fil-kariga Ministerjali preżenti, ma kien hemm l-ebda Chairmen ta' kumitati, korporazzjonijiet, enti, awtoritajiet, aġenziji jew korpi parastatali li jaqgħu taħti li rriżenjaw mill-kariga li kienu qed jokkupaw.
Iżda, fl-2004 kien hemm talba waħda, mic-Chairman ta' l-Airport Charges Regulatory Board, is-Sur Bernard Scicluna, sabiex ma jiġix ikkunsidrat mill-ġdid għal din il-kariga u għaldaqstant in-nomina tiegħu ma ġietx imġedda, u minfloku nħatar Chairman ġdid b'effett mill-1 ta' Jannar 2005.
Is-sur Scicluna kien inħatar Chairman ta' dan il-bord għall-ewwel darba fis-17 ta' Diċembru,2002.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu jservi fil-kariga ministerjali preżenti kemm kien hemm chairmen ta' kumitati, korporazzjonijiet, enti, awtoritajiet, aġenziji u korpi parastatali li jaqgħu taħtu li rriżenjaw jew talbu espressament li ma jiġux kkonsidrati mill-ġdid għall-kariga li kienu qegħdin jokkupaw? Min kienu u fejn kienu qegħdin iservu? Jista' jagħti d-dati ta' kull każ applikabbli?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi s-Sur Joe N Tabone rriżenja minn Chairman ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi b’effett mit-13 ta’ Jannar 2005.
Hemm xi taħdidiet dwar privatisation prospettivi għaddejjin ma' investituri privati in konnessjoni ma' xi aġenzji jew korporazzjonijiet u/jew enti li fihom għandu ishma l-Gvern Malti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li bħal issa il-Privatisation Unit għaddeja bil proċess ta kummerċjalizzazzjoni tad-Divizjoni tal GAS (LPG) ta l-Enemalta u l-bejgħ ta l-istmha li l-Gvern għandu fit-Tug Malta Limited.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 23901 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali u u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 23443, jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema carers fi djar ta' l-anzjani tas-sorijiet humiex intitolati għal night duty disturbance allowance skond il-liġi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-liġi tax-xogħol m’hemm l-ebda referenza għal night duty disturbance allowance. Jekk l-Onor. Membru iħoss li hemm xi kundizzjonijiet li m’humiex skond il-liġi jista' jagħti aktar informazzjoni biex ikunu jistgħu jsiru l-investigazzjonijiet relattivi.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23797 u jikkonferma jekk huwiex se jinħareġ tender pubbliku biex jiġi mixtri l-apparat tad-dual pricing li jidher li huwa ppjanat li jingħata lil dawk in-negozji li daħlu fis-sistema FAIR marbuta mad-dħul tal-euro f'pajjiżna? Dan japplika wkoll għal calculators li sejrin jingħataw lil households Maltin u Għawdxin f'dan ir-rigward?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 23797.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23937 u jgħid jekk hemm xi pjani li tiġi xolta l-kumpanija ta' l-Armata ADSC li qabel kienet l-Air Defence Battery? Huwa minnu li diversi membri tagħhom talbu li jitilqu minn hemm għax iħossu ruħhom demotivati iżda t-talba tagħhom baqgħet bla tweġiba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-kumpanija msejħa ‘Air Defence & Support Company’ (ADSC) ġiet stabbilita b’riżultat tar-Review tal-Forzi Armati li saret dan l-aħħar, u għaldaqstant, m’hemm l-ebda pjan biex din il-kumpanija tiġi xolta.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ilu jservi fil-kariga ministerjali preżenti kemm kien hemm chairmen ta' kumitati, korporazzjonijiet, enti, awtoritajiet, aġenziji u korpi parastatali li jaqgħu taħtu li rriżenjaw jew talbu espressament li ma jiġux kkonsidrati mill-ġdid għall-kariga li kienu qegħdin jokkupaw? Min kienu u fejn kienu qegħdin iservu? Jista' jagħti d-dati ta' kull każ applikabbli?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Minn Marzu 2004 sa llum kien hemm tlett okkażjonijiet fejn chairpersons ta’ bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi bagħtu r-riżenja jew urew ix-xewqa li ma jiġux ikkonsidrati għal darb’oħra.
1. Chief Justice Emeritus Dr Joseph Said Pullicino, bħala chairperson ta’ l-Awtorità tax-Xandir, wara li ġie appuntat bħala Ombudsman fit-12 ta’ Diċembru 2005.
2. Dott David Attard wera x-xewqa li ma jibqax chairperson tal-Maritime Jurisdiction Commission, b’effett mit-8 ta’ Novembru 2006.
3. Is-Sur Victor Scicluna offra r-riżenja tiegħu bħala chairperson tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku fis-27 ta’ Frar 2007, imma għadu jaqdi din il-funzjoni sakemm jinħatar chairperson ġdid.
Hemm xi pjani li tiġi xolta l-kumpanija ta' l-Armata ADSC li qabel kienet l-Air Defence Battery? Huwa minnu li diversi membri tagħhom talbu li jitilqu minn hemm għax iħossu ruħhom demotivati iżda t-talba tagħhom baqgħet bla tweġiba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Kumpanija msejħa Air Defence & Support Company (ADSC) ġiet stabbilita b’riżultat tar-Review tal-Forzi Armati li saret dan l-aħħar, u għaldaqstant, m’hemm l-ebda pjan biex din tiġi xolta.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 23058 u 23527 u cioe'jara li tingħata priorita' u urġenza lit-talba ta' għadd kbir ta' residenti ta' Triq ta' Xmiexi, Msida sabiex jitkomplew it-tentattivi li kien hemm fil-passat sabiex tinfetaħ it-triq li tinfed ma' Triq San Alwigi, l-Imsida għaliex f'kaz ta' emerġenza r-residenti ġieli damu 'l fuq minn 25 minuta jistennew ambulanza tasal, filwaqt li ir-residenti jinsabu tant izolati li lanqas jistgħu jwasslu it-tfal l-iskola meta tagħmel ix-xita u ma jkunx possibbli li wieħed jinzel mit-taraġ dejjaq fi tmiem it-triq minħabba l-ilmijiet li jkun hemm?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Tista' l-Enemalta tinvestiga l-ilment ta' persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, dwar is-surges li spiss qed jkollha fis-servizz ta' l-elettriku b'konsegwenzi li kemm-il darba qed issirlha ħsara lill-electric appliances fir-residenza tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li wara li saret investigazzjoni fuq is-sistema tad-distribuzzjoni fl-inħawi, nstab li l-provvista ta’ l-elettriku kienet qed tkun inkonsistenti minħabba tower crane li kien imqabbad ma’ l-istess circuit. Dan it-tower crane issa ġie mqabbad ma’ circuit ieħor u s-sistema issa ġiet lura għan-normal.
B'riferenza għall-ittra tat-13 ta' Frar, 2007 ta' persuni mis-Swieqi li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separtament, dwar kif ġie ttrattat it-tifel tagħhom meta applika biex jaħdem mal-Maltanet, tista' tinvestiga l-allegazzjonijiet ta' l-ittra kif wkoll titlob lil kumpannija tibgħat tweġiba xierqa lis-Sinjur imsemmi? Tħossx li dan l-allegat aġir jirrispetta l-liġijiet tax-xogħol tal-pajjiż, kif ukoll it-trattament xieraq li applikanti simili għandhom dritt għalih?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li uffiċjali mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg iltqagħu mal-persuna konċernata, fil-prezenza tal-ġenituri tagħha, biex jakkwistaw aktar informazzjoni. Mill-investigazzjonijiet, sa issa għadu ma jirrizultax li kien hemm xi ksur tal-liġi tax-xogħol.
Iktar informazzjoni tingħata meta l-investigazzjonijiet ikunu mitmuma.
Tista' tiġi milqugħa t-talba tar-residenti ta' l-inħawi biex jiġi ntrodott mill-ġdid l-istage li hemm quddiem Sphinx Pizzeria, Triq Dun Karm, Msida minħabba li dawn jinsabu izolati u maqtugħin minn kullimkien? Tista' tiġi wkoll kkonsidrata t-talba tagħhom li ssir zebra crossing għaliex il-bypass li hemm fejn l-universita' mhix prattika, tikkonsisti f'passaġġ pubbliku dejjaq, spiss ikun hemm każi ta' flooding fil-maltemp u apparti dan kollu, kien hemm ukoll każi fejn diversi nisa ġew attakkati sesswalment minħabba l-mod imwarrab ta' din l-area?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Kemm kien hemm vacancies li saret sejħa għall-applikazzjoni għalihom fid-dipartimenti, enti, agenziji, korporazzjonijiet u azjendi parastatali li fihom il-gvern għandu l-maġġoranza ta' l-ishma minn nofs is-sena 2006 sal-lum? Liema kienu dawn il-vacancies, azjenda, azjenda? Kemm minnhom u liema kienu engagements on contract?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-vakanzi li nħolqu f’postijiet fi gradi u f’pożizzjonijiet kuntrattwali għall-perjodu definit matul il-perjodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant huma elenkati f’Appendiċi ‘A’ (Servizz Pubbliku) u f’Appendiċi ‘B’ (Settur Pubbliku) li jinkludi l-entitajiet li fihom il-Gvern għandu l-maġġoranza tal-ishma u li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fil-każ tas-Settur Pubbliku, il-vakanzi approvati kienu kollha f’pożizzjonijiet kuntrattwali għall-perjodu definit li mtlew jew wara sejħa t’applikazzjonijiet jew permezz tal-proċeduri statutorji tal-Korporazzjoni għat-Taħriġ u Impjiegi (ETC).
Jista' l-Ministru jgħid minn fejn inqatgħu l-passaġġi ta' l-ajru tas-safriet ministerjali tiegħu nkluż is-safra fl-Awstralja, l-Asja u l-Emirati li ġiet tiswa 'l fuq minn Lm19,000?
Response (FRENDO, MICHAEL)
L-Onorevoli Interpellant huwa nkorrett meta jikkwota l-figura msemmija fil-mistoqsija tiegħu għar-rigward ta' dak li huwa jsejjaħ "safra". Il-biljetti ta' l-ajru għad-delegazzjoni għad-diversi pajjiżi u bliet imsemmija fejn ġew iffirmati żewġ trattati u saru diversi laqgħat bilaterali u laqgħat mal-komunitajiet Maltin-Awstraljani kienu jammontaw għal LM 10,549, kif indikajt fir-risposta li diġa tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari numru 23652.
Kif jaf l-Onorevoli Interpellant, u kif diġa' indikajt f'mistoqsijiet parlamentari oħrajn, il-biljetti ta' l-ajru tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin b'ordni tiegħi, jinxtraw dejjem mill-Air Malta ħlief meta dawn ikunu jinkludu rotot li fuqhom l-Air Malta ma ttirx. F'dan il-każ jittieħdu tlett quotations u tintagħżel l-irħas waħda. L-irħas kwotazzjoni din id-darba kienet ta' Howard Travel u l-biljetti nxtraw minn hemm.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema ta' l-ITS li jinsabu jaħdmu b'kuntratt definit? F'liema gradi/skali qegħdin? Hemm xi ħsieb li dawn isiru tal-post?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-ITS hemm 45 ħaddiema li għandhom kuntratt definit. Dawn huma ħaddiema li għandhom kuntratt definit mal-White Rocks Holiday Complex u l-kuntratt tagħhom jiffirmah id-Direttur tat-Turiżmu.
Informat ukoll li dawn il-ħaddiema qegħdin f’dawn il-kategoriji :
Casual Clerk, Casual Watchman, Casual Kitchen Technician, Casual Receptionist, Casual Security, Casual IT Administrator, Casual Asst. Housekeeper, Casual Cleaner, Casual Handyman, Casual Stores Assistant, Casual Messenger.