Legislature:
Category:
Reset
Active:

Unit ta' l-EU Funding

Question

X'inhi l-istruttura preżenti tat-taqsima responsabbli għall-EU Funding fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u x'inhuma ir-reporting lines tagħha? X'taħriġ u x'esperjenza hands on għandhom il-persuni responsabbli - lil hinn mill-persuna li qed tmexxi dan il-unit - f'dan is-settur vitali u kumpless? Mingħajr ma ssemmi ismijiet tista' tindika l-job description tal-persuni nvoluti kif ukoll ta' kemm ilhom iservu f'dan il-unit?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li d-Diviżjoni għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru hi responsabbli fost oħrajn għal diversi Fondi ta’ l-Ewropa, għalkemm mhux dawk settorali li jinsabu fi ħdan il-Ministeri individwali. Il-Fondi prinċipali li jaqgħu taħt ir-responsabbilità ta’ din id-Diviżjoni huma l-Fondi Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni, l-Inizjattivi Komunitarji Interreg u Equal, il-Fond ta’ Pre-Accession u l-Fond ta’ Tranżizzjoni u diversi Programmi Bilaterali. Il-Kap tad-Diviżjoni hi Direttur Ġenerali u taqa’ taħt is-superviżjoni tas-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru (Policy). Il-parti tad-Diviżjoni li hi responsabbli għall-Fondi llum għandha Assistent Direttur u numru ta’ Senior Managers fi skala 5 li jmexxu unit partikolari kull wieħed fi ħdan id-Diviżjoni. F’kull unit hemm numru ta’ Programme Managers u Fund Managers fi skala 7 li huma responsabbli mill-koordinazzjoni ta’ diversi proġetti. L-esperjenza tad-Direttur Ġenerali fil-qasam tal-politika reġjonali ta’ l-Ewropa u fuq Fondi oħra ta’ l-Ewropa twassal għal aktar minn 11-il sena, b’numru ta’ snin t’esperjenza diretta fi Brussel. Is-Senior Managers kollha għandhom masters degree u bejn tliet u sitt snin esperjenza fuq Fondi u project management fis-settur pubbliku u privat. Il-Programme Managers u Fund Managers huma gradwati u numru sostanzjali minnhom għandhom masters degree jew ekwivalenti. Huma għandhom numru ta’ snin t’esperjenza li tvarja minn ftit xhur (għal dawk li daħlu fl-aħħar sejħa t’applikazzjonijiet) sa sitt snin.

Kont tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga jekk il-kont tad-dawl tal-familja mill-Imsida li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament huwiex korrett billi dan tela' għal Lm145.19c?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li impjegati tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-ilma għamlu spezzjoni fid-dar tal-persuna indikata mill- Onorevoli Interpellant fid-9 ta’ Mejju 2007. Instab leak fil-flushing u l-persuna intalbet biex tirranġa dan il-leak. Twaħħal logger biex ikun stabilit b’ċertezza li dan kien l-uniku leak fis-sistema interna tal-konsumatur. Il-każ se jgħaddi lil Advisory Board tal-Korporazzjoni biex jara jekk hemmx bażi jew le ta’ reviżjoni.

Enemalta — Dħul mis-surcharge

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24953 u jgħid kemm daħħlet flus l-Enemalta mis-surchargefuq il-konsum tad-dawl u l-ilma bejn Ottubru 2006 u Frar 2007? Jista' jaqsam id-dħul mis-surcharge bejn dak mill-konsum domestiku u dak mill-konsum kummerċjali/industrijali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi d-dħul mis-surcharge bejn Ottubru 2006 u Frar 2007 mill-konsum domestiku kien ta' Lm6,378,624 filwaqt li dak mill-konsum kummerċjali u industrijali kien ta' Lm7,408,918.

WSC — Tariffa Mnaqqsa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24920 u jinforma lill-Kamra jekk hux minnu li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tħallas tariffa mnaqqsa (i.e. sussidjata) għall-elettriku li tikkonsma? X'inhi t-tariffa li tħallas l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għall-elettriku, u x'inhi l-ispiża ta' l-Enemalta biex tiġġenera u tiddistribwixxi l-elettriku bil-prezz taż-żejt illum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-tariffi li tħallas il-KSI huma skond l-Electricity Supply Regulations (ESR). L-ispiża tal-Korporazzjoni Enemalta biex tiġġenera u tiddistribwixxi l-elettriku hija ta 6c2 għal kull unit billed. Din il-figura hija bbażata fuq il-prezz taż-żejt kif jidher fl-Estimi tal-Korporazzjoni għas-sena kurrenti 2006/7.

Water Services Corporation — Investigazzjoni ta' kont

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Water Services Corporation tinvestiga f'mod urġenti l-kont ta' Lm1,540 li jkopri l-perijodu minn Ottubru 2006 sa April 2007 li rċeviet waħda anzjana li toqgħod f'appartament żgħir flimkien ma' binha ġuvni li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, aktar u aktar billi dan l-aħħar inbidlilhom l-arloġġ wara li sabu li kien difettuż u kien qed jagħti readings 'abnormally high'? F'każi bħal dawn xi jsir biex il-persuna tiġi billed korrettament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-meter tad-dawl tal-persuna ndikata mill–Onorevoli Interpellant, li fuqu ġie irreġistrat il-konsum ta’ l-imsemmi kont, inbidel u kien ukoll ittestjat. Wara li sar it-test, dan il-meter instab li kien jaħdem ħażin u għalhekk issa ser tittieħed nota tal-qari fuq il-meter il-ġdid fuq perjodu adekwat sabiex il-Korporazzjoni Enemalta tkun tista tistabbilixxi l-konsum normali ta’ l-elettriku u jekk ikun il-każ il-kont ikun aġġustat. Id-deċiżjoni finali fuq dan tittieħed mill-Korporazzjoni Enemalta.

San Ġwann — Football nursery

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma jekk l-art tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni li hemm qrib il-football groundtan-nursery ta' San Ġwann tistax tiġi mgħoddija lin-nursery b'risoluzzjoni tal-Kamra sakemm m'hemmx il-ħsieb li jsir użu ieħor minnha mill-gvern?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6006.

Pazjenta

Question

Jista' l-Ministru jinformani x'għandha tagħmel pazjenta li ġiet iċċarġjata u mogħtija VAT receiptta' Lm14 mingħand family doctorgħal sempliċi vista li fiha ħadilha reading tal-pressjoni tad-demm kif ukoll irreferiha għall-cholesterol tests fid-dawl ta' dan l-allegat abbuż fil-ħlas għas-servizz mogħti lilha?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali persuna tista' tagħmel ir-rapport tagħha lill-Kunsill Mediku.
Leg 10 PQ #25809 Sitting 525 2007-05-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Beach cleaners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm beach cleaners mal-ministeru tiegħu? X'qed isir biex dawn jiġu detailed u deployed kif suppost fid-diversi xtajtiet Maltin u Għawdxin? X'forma ta' superviżjoni qed issir biex jiġi żgurat li x-xogħol isir sew u fil-ħin?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi mal- Ministeru għat-Turiżmu u Kultura hemm 81 beach cleaner li jinkludu is-supervisors u 15 -il persuna oħra li huma mislufa mill- IPSL li bħalissa huma imqassmin kif gej: North 18 Central 31 South 27 W.Shop 9 Back Up 11 Kull taqsima għandha s- supervisor tagħha li huwa d-dmir tiegħu li jara li dawn il-ħaddiema iwettqu xogħolhom sew. It-tqassim tan-nies isir minn żewġ uffiċċjali li qegħdin fi skala 7 u li għandhom esperjenza ta’ dan it-tip ta xogħol skont ma jidrilhom li tkun il-ħtieġa.

Gżira — Ċentru tas-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira mhux qed ikollhom provvisti adegwati u regolari tal-mediċina Epanutin 100mg caps.?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija numru 25694.

Delegazzjonijiet ministerjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24828 u jgħid mill-bidu tas-sena 2006 sal-lum meta mexxa delegazzjonijiet ministerjali barra l-pajjiż f'pajjiżi oħra fejn mat-tirx dirett l-Air Malta, jista' jgħid minn fejn inqatgħu l-biljetti ta' l-ajru tiegħu, kif intgħażlet l-aġenzija ta' l-ivjaġġar konċernata u x'kien il-prezz tal-biljett ta' kull vjaġġ speċifiku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nagħmel referenza għar-risposta li tajt f’Mistoqsija Parlamentari Numru 24828.

Kappara — Sliema Road

Question

Dwar Sliema Road, Kappara billi inti l-ewwel kont weġibt lili u lid-Deputati Laburisti oħra li dan ix-xogħol ma jistax isir għalissa għax ser tingħata prijorita' lil triqat li qatt ma ġew asfaltati iżda aktar tard meta saret pressjoni minn Deputati Nazzjonalisti kont indikajt li dan ix-xogħol fil-fatt ser isir dalwaqt, jista' l-Ministru jindika d-data preċiża meta x-xogħol ta' l-asfaltar fi Sliema Road sejjer effettivament isir?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-proġett tal-bini tal-Kappara fly over huwa proġett iffinanzjat mill-EU u għallhekk ix-xogħol fuq dan il-proġett jinħtieġ l-approvazzjoni ta' l-EU. Għalhekk m'aħniex f'pożizzjoni li nagħui data preċiża ta' meta ser jinbeda x-xogħol ta' asfaltar ta' Sliema Road. Dan ix-xogħol hu ppjant li jinbeda għall-aħħar tas-sena 2007 bidu 2008.

Dar Malta fi Brussels

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 24640, 24000 u 24278 u 24859 cioe' rigward Dar Malta fi Brussels, tista' tikkonferma li l-ispiża fil-manutenzjoni u xogħlijiet oħra f'Dar Malta ma qabżitx l-ispiża stmata ta' Lm2.5 miljun? Tkun lest toħroġ lista ta' kif inqasmu dawn l-ispejjeż? Xi żviluppi kien hemm fid-diffikultajiet ta' tassazzjoni li sab il-gvern Malti meta ġie biex jikri partijiet minn Dar Malta lil terzi għal skopijiet kummerċjali? Kien hemm soluzzjoni għal din il-problema? Instabu kumpanniji lesti li jikru partijiet minn Dar Malta? Kien hemm xi ftehim ma xi kumpanniji f'dan ir-rigward? Meta huwa mistenni li l-Gvern Malti jibda jdaħħal il-flus minn dawn il-kirjiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jien infurmat li x-xogħolijiet f’Dar Malta fi Brussel żammew ma’ l-istima oriġinali ppjanata għal dan il-proġett. Dar Malta fi Brussel tilqa’ fiha żewġ rappreżentanzi diplomatiċi importanti: ir-Rappreżentanza Diplomatika ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea u l-Ambaxxata ta’ Malta għall-Belġju. Il-Gvern immexxi minni dejjem jimxi bl-ikbar serjetà fit-twettiq ta’ proġetti kemm meta dawn isiru f’Malta stess kif ukoll meta dawn il-proġetti jitwettqu għall-ġid tal-pajjiż pero’ ’l bogħod minn xtutna bħalma huwa dan il-każ. Dan il-Gvern m’għandu xejn x’jaħbi u għalhekk m’għandi l-ebda problema li nippublika lista ta’ kif saru l-ispejjeż. Ix-xogħlijiet fil-parti li se tintuża’ għar-rappreżentanzi diplomatiċi ta’ pajjiżna laħħqu s-somma ta’ Lm1,646,000 filwaqt li xogħlijiet oħrajn fil-partijiet li se jinkrew lil terżi laħħqu s-somma ta’ Lm984,000. Mill-mument li saru l-istimi oriġinali sakemm beda x-xogħol fuq is-sit, kien hemm dewmien biex jinħarġu l-permessi għax-xogħol min-naħa ta’ l-awtoritajiet ta’ l-ippjanar Belġjani. F’dan il-perjodu ta’ stennija, ġiet reġistrata żieda fil-prezzijiet fuq dak li kien ġie stmat oriġinarjament. Dawn iż-żidiet huma regolati mill-awtoritajiet Belġjani li jippubblikaw r-rati ta’ inflazzjoni li jridu jiġu applikati fuq kull kuntratt. Għalhekk, skond il-kalkoli ta’ l-awtoritajiet Belġjani, il-Gvern kellu jħallas madwar 15% iktar mis-somma prevista għal spejjeż kawżati mill-inflazzjoni fis-swieq internazzjonali, primarjament kawżata minn żidiet kbar fil-prezzijiet taż-żejt u l-azzar. Tħallsu wkoll ftit aktar minn Lm100,000 fi spejjeż professjonali u fl-installar ta’ sistemi ta’ sigurtà. Jiena ninsab infurmat li d-diffikultajiet li kien hemm b’rabta ma’ tassazzjoni fuq kirjiet ta’ parti mill-bini, intgħelbu wara diskussjonijiet ma’ l-awtoritajiet Belġjani. Hemm numru ta’ organizazzjonijiet kummerċjali li jinsabu lesti jikru partijiet minn Dar Malta. Naturalment dawn il-kirjiet iridu jsiru skond l-Att dwar it-Trasferiment ta’ Artijiet tal-Gvern (Kap 268).

Dar Malta fi Brussels

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 24640, 24000 u 24278 u 24859 cioe' rigward Dar Malta fi Brussels, tista' tikkonferma li l-ispiża fil-manutenzjoni u xogħlijiet oħra f'Dar Malta ma qabżitx l-ispiża stmata ta' Lm2.5 miljun? Tkun lest toħroġ lista ta' kif inqasmu dawn l-ispejjeż? Xi żviluppi kien hemm fid-diffikultajiet ta' tassazzjoni li sab il-gvern Malti meta ġie biex jikri partijiet minn Dar Malta lil terzi għal skopijiet kummerċjali? Kien hemm soluzzjoni għal din il-problema? Instabu kumpanniji lesti li jikru partijiet minn Dar Malta? Kien hemm xi ftehim ma xi kumpanniji f'dan ir-rigward? Meta huwa mistenni li l-Gvern Malti jibda jdaħħal il-flus minn dawn il-kirjiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

San Gwann — Fond

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24881 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu, cioe wara li riċentement saret spezzjoni minn uffiċjali tal-housing departmenttal-fond f'San Ġwann li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament dwar ilmijiet li deħlin minn taħt it-tiling f'ċerti kmamar ta' l-appartament tagħhom, jista' jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jittieħdu xi passi rimedjali f'dan ir-rigward?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li kif intqal mill-Onorevoli Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24881, id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar kien għamel spezzjoni u sussegwentement issottometta rapport lid-Dipartiment għat-Tmexxija tal-Proprjeta' fi ħdan it-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern, fis-sens illi l-ilmijiet li kienu deħlin fil-post li irrefera għalih l-Onorevoli Interpellant kienu ġejjin minn nuqqas ta' taħlib tal-madum ta' terrazzin ta' post li jinsab fis-sular ta' fuq. It-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern diġa' kitbet lill-inkwilin ikkonċernat u avżatu sabiex jagħmel it-tiswijiet neċessarji. Il-każ qed jiġi segwit u jekk ikun hemm il-bżonn it-Taqsima ser tieħu dawk il-passi kollha li jistgħu jkunu neċessarji biex l-inkwilin in kwistjoni jieħu ħsieb xieraq tat-terrazzin b'mod li ma ssirx ħsara lill-post ta' taħt.

Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex il-mediċini Priadel, Lexomil, Oxectin, Xanax u Axura (għad-dementia) m'humiex availablegħaċ-ċittadini Maltin mill-isptar u miċ-ċentri tas-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Residenza għall-persuni b'inkapaċita' mentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi pjanijiet biex wara li ssir il-migrationsħiħa mill-iSptar San Luqa lejn l-iSptar Mater Dei parti minnu tiġi użata bħala residenza għall-persuni b'inkapaċita' mentali, speċjalment dawk li jkunu tilfu l-ġenituri tagħhom? Jekk le, xi pjanijiet alternattivi għandu l-gvern biex jindirizza din il-problema akuta li qed tippreokkupa lil diversi ġenituri anzjani bi tfal b'inkapaċitajiet simili?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-preżent il-Gvern ma għandu l-ebda ħsieb biex la jitbattal l-isptar San Luqa xi parti minnu tiġi użata bħala residenza għall-persuni b'inkapaċita' mentali. Għat-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Kummissjoni Ewropea — Proċeduri legali

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern fir-rigward tal-proċeduri legali mressqa mill-Kummissjoni Ewropea kontra Malta fir-rigward ta' allegat ksur ta' artiklu 11 tad-Direttiva 96/59/EC? Jista' jispjega x'miżuri qed jittieħdu, partikolarment mill-MEPA, sabiex ir-rekwiżiti ta' din id-direttiva jkunu milħuqa kif suppost?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Għall-mistoqsija ta’ l-Onorevoli Interpellant jista’ jingħad li l-Gvern ħejja u bagħat ir-risposta ta’ difiża lill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fir-rigward tal-proċeduri legali mressqa mill-Kummissjoni Ewropea kontra Malta fir-rigward ta' allegat ksur ta' Artiklu 11 tad-Direttiva 96/59/EC. Il-Gvern ħejja l-pjanijiet rikjesti mill-Artiklu 11 tad-Direttiva 96/59/EC u dawn il-pjanijiet ġew ikkommunikati lill-Kummissjoni Ewropea. L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) min-naħa tagħha ħadet ħsieb it-transpozizzjoni tad-Direttiva fil-Liġi Maltija kif ukoll diġà ppreparat pjan ta’ kif għandu jiġi mmaniġġjat l-iskart in kwistjoni.

Msida — Triq il-Makna tas-Serrar

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir sleeping policeman fl-inħawi ta' 49, Triq il-Makna tas-Serrar, Msida?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li ma saret l-ebda talba għal round topped road hump fi Triq il-Makna tas-Serrar. It-Taqsima ser tikkuntattja lill-Kunsill Lokali rigward dan is-suġġeriment.
Leg 10 PQ #25039 Sitting 523 2007-05-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

OECD — Applikazzjoni Maltija

Question

Fid-dawl ta' rapporti li dehru f'sezzjoni ta' l-istampa lokali, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra fhiex waslet l-applikazzjoni Maltija sabiex pajjiżna jissieħeb fl-OECD?

Response (FRENDO, MICHAEL)

F'Mejju 2006, il-Kunsill ta' l-OECD qabel li jinbeda proċess li jidentifika pajjiżi li setgħu jsiru membri ġodda u li magħhom setgħu jissaħħu r-relazzjonijiet. Fl-aħħar tlett xhur tas-sena l-oħra, il-Kunsill ta' l-OECD iddiskuta b'mod preliminarju t-talba għas-sħubija tat-8 membri ġodda ta' l-Unjoni Ewropea li mhumiex membri ta' l-OECD (jiġifieri, Ċipru, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, is-Slovenja, ir-Rumanija u l-Bulgarija). It-talba ta' Malta ġiet diskussa f'Diċembru 2006. S'issa, l-OECD għadha qed tistudja dawn it-talbiet għas-sħubija. Fit-3 ta' April 2007, l-Unjoni Ewropean ħadet deċiżjoni fuq livell ta' Rappreżentanti Permanenti biex tgħin lill-Membri kollha tagħha jissieħbu fl-OECD. Sadattant, intlaħaq ukoll ftehim biex Malta, flimkien mas-seba' pajjii l-oħra, tieħu sehem fl-Economic and Development Review Committee (EDRC) ta' l-OECD bħala parti mid-Delegazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea.

Airmalta

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24750 u jikkonferma li l-Air Malta għamlet outsourcing ta' ċertu xogħol fil-qasam ta' l-IT fix-xhur li għaddew? Dan kemm ġie jiswa? Jista' jikkonferma li dan il-kuntratt ingħata lill-kumpannija SITA aktar minn sena ilu? Liema kumpanniji oħra ġew ikkonsidrati qabel saret din l-għażla? Jista' jikkonferma jekk SITA ħadux kuntratti simili li kienu jinkludu networking, infrastructure, desktop work u applications qabel ġew magħżula għal dan il-kuntratt? X'kienu l-problemi li nqalgħu ma' SITA riċentement fl-esekuzzjoni ta' dan il-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.