Jista' l-Ministru jinvestiga ilmenti ta' residenti ta' Luqa Briffa Street, Gżira fil-parti li tmiss mal-Msida li qed jiġu trakkijiet bir-raw sewage u jiddumpjawh fl-apert ħdejn il-pumping stationli hemm fl-istess triq kantuniera ma' Rue D'Argens għaliex dan qed joħloq inkonvenjent kbir għar-residenti tal-lokal anki mill-aspett ta' saħħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Wastewater Unit iġġorr ir-‘raw sewage’ ġo bowsers apposta u mhux ġo trakkijiet.
Kemm dan is-sewage kif ukoll dak ta’ bowsers privati jintrema f’postijiet approvati mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma. Il-Gżira Pumping Station mhix waħda min dawn il-postijiet.
Ġie li jkun il-każ li xi materjal jintefa fil-Gżira Pumping station temporanjament, iżda dan ma jkunx ‘raw sewage’.
Jista' l-Ministru jinvestiga it-tappiera li hemm fi Triq Luqa Briffa kantuniera ma' Triq G Tua, Gżira li ma kull maltempata speċjalment dik ta' ftit jiem ilu qegħda tfawwar ħafna drenaġġ b'inkonvenjent għar-residenti tal-inħawi? Jista' jsir liaison mad-Dipartiment tas-Saħħa dwar dan? Huwa minnu li dan ic-cesspit mhuwiex jintuża iżda xorta waħda huwa mimli drenaġġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li meta tagħmel xita qawwija is-sistema tad-drenaġġ f’ħafna każi ma tlaħħaqx ma l-ilmijiet li jintefgħu ġo fiha illegalment madwar Malta kollha.
Il-Wastewater Unit tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma għadha kemm naddfet is-sistema ta’ drenaġġ fi Triq Luqa Briffa u Triq G.Tua il-Gżira u għalhekk m’hemmx problemi fis-sistema tad-drenaġġ f’dawn l-inħawi li hija normali.
“Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta’ l-Ilma konsistentement tikkordina investigazzjonijiet dwar fawran ta’ drenaġġ ma’ l-awtoritajiet sanitarji li huma responsabbli biex jittiehdu passi meta dan il-fawran ikun ġej minn servizzi privati. Ma jidhirx li dan hu l-każ fiċ-ċirkostanzi li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant.
Ma hemm ebda fossa (cesspit) fit-toroq indikati.
Jista' l-Ministru jinvestiga ilment tar-residenti ta' Marand's Flats, Luqa Briffa Street, Gżira li qed ikollhom ilma kollu sadid?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li billi kien hemm problema ta’ sadid fl-akkwati ta’ Triq Luqa Briffa, Gżira, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-ilma ħadet passi biex tibdel is-sistema ta’ l-ilma kollha li twassal għal din it-triq .
Il-kanna li tissuplixxi ‘l dawn l-akwati inbidlet b’waħda ġdida meta sar dan il-proġett fi Triq Rue d’Argens.
Ir-residenti ta’ l-inħawi issa jirċievu ilma dirett mill-impjant tar-‘reverse osmosis’, ta’ Pembroke – ilma li hu ta’ kwalita’ superjuri meta imqabbel ma’ l-ilma li kellhom qabel.
Riżultat ta’ test li sar fuq kampjun meħud mill-post imsemmi fl-14 ta’ Gunju juri li ma hemmx problema ta’ sadid.
Wara li ġie sospiż it-tender ta' l-IT tal-Isptar Mater Dei, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inxtraw PCs u affarijiet oħrajn relatati mal-informatika li oriġinarjmanet kellhom jkunu koperti mit-tender u jekk dawn inxtrawx b'direct order? Min għand min inxtraw u kemm ġew jiswew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kif inhuwa funded il-programm televisiv dwar l-informatika ICTV li jixxandar fuq Channel 22 fost stazzjonijiet oħrajn u min huwa responsabbli għal editorial content?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li skond il-Pjan Nazzjonali tax-Xandir, il-PBS u Channel 22 ixandru ripetizzjonijiet ta' programmi ta' xulxin. Il-PBS huwa l-editur tal-programmi kollha ta' Channel 22.
Indipendentement mir-riservi li għad għandna dwar il-mod kif ġie strutturat it-tendertal-leasing ta' l-IT għas-servizz pubbliku u l-iskejjel tal-Gvern kif ukoll dwar it-timing tiegħu, jikkonferma jekk it-tender kienx ristrett għal pajjiżna biss jew jekk ġiex miftuħ għall-EU-wide tendering process? Jekk jirriżulta li dan kien miftuħ għall-kumpanniji kollha fl-istati membri ta' l-Unjoni Ewropea, jista' jgħid meta dehret is-sejħa/posting fl-official journal ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-tender tal-'leasing ta' l-IT' għas-servizz pubbliku u l-iskejjel tal-Gvern ma kienx ristrett għal pajjizna biss izda kien miftuħ għall 'EU wide tendering process' skond ir-regoli stipulati fil-'Procurement regulations' tal-Gvern u l-EU.
It-tender ġie ppublikat fl-Official Journal ta' l-Unjoni Ewropea u deher fil-25 t' April 2007 taħt ir-referenza 2007/S 78-095606.
Filwaqt li nirreferi ġentilment lill-Ministru għall-ittra tal-Gzira United Football Club tat-2 ta' Ġunju, 2007 fejn dawn qed iħossu li minkejja sebgħa snin sħaħ ta' laqgħat ma waslu mkien mal-awtoritajiet kompetenti:
billi kif inhuma l-affarijiet bil-club tagħhom għat-twaqqiegħ minħabba l-proġett tal-MIDI ftit jagħmel sens li jonfqu flus f'maintenance tal-club preżenti; u
billi b'żieda ma' dan għadhom kif qabbdu perit li ċċertifika li l-kamra użata min-nursery hija 'unsafe' u dan rrakkmanda li din għandha tingħalaq; u
billi huma qegħdin jitolbu biex temporanjament jużaw xi kmamar oħra fil-viċin li mhumiex jiġu użati u li jinsabu qrib il-football pitch iżda sal-lum baqgħu bla tweġiba; u
billi talbu wkoll jekk jistgħux jiġu allokati temporanjament xi proprjeta' fil-Gżira bħala premises għal football club innifsu; u
billi hemm ftehim bejn MIDI u Gvern biex jinbena Community Ground f'Manoel Island u s-sit għal ground diġa' ġie allokat;
x'qed iżomm dan il-ground milli jinbena u jiġi ttrasferit it-titlu lil football clubs minn issa? Tistax tikkonsulta lill-Ministru responsabbli għal Lands dwar dan?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser nitkellem mal-Ministri sħabi li b'xi mod jista' għandhom x'jaqsmu mal-proġett biex l-obbligi li daħlu għalihom il-MIDI fir-rigward tas-suġġett imqanqal mill-Onor. Membru jiġi onorat mill-aktar fis.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 26366 u 26491 u jgħid mill-1 ta' Jannar sal-20 ta' Mejju, 2007 kemm ħarġu sejħiet għall-offerti mill-Armata? Kemm tefgħu l-offerti, x'kienet kull offerta u min kienu f'kull każ? Min rebaħ dawn l-offerti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li bejn l-1 ta’ Jannar u l-20 ta’ Mejju 2007 l-Armata ħarġet sittax-il sejħa għall-offerti.
Dettalji rigward l-offerti msemmija qegħdin jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsiijiet parlamentari 26387 u 26490 u cioe' : Għandi rapporti li fi Triq is-Siegħ, l-Ibraġġ hemm għalqa li tinfed għal Triq il-Miżieb li qed tintuża bħala rubbish dump u li minkejja li skond il-mapep tal-MEPA hija pproġettata li trid issir Triq il-Wejba, għandha bini fuq art li n-nies ingħataw x'tifhem li hi art tal-gvern. Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hiex se ssir din it-triq kif indikat fil-website tal-MEPA? U jekk iva, jista' jikkonferma wkoll jekk xi bini mbarrat li hemm fl-inħawi ħdejn Triq il-Miżieb li jinfed għal Triq is-Siegħ inbeniex bil-permessi meħtieġa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar; tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26479 u cioe' : Billi f'mistoqsija parlamentari 6516 il-Ministru għall-Affarijiet Barranin qal li l-Ministru responsabbli mill-agrikoltura u sajd għamel talba għall-assistenza biex jiġi stabbilit ġnien klassiku Għarbi, possibilment fi Ġnien Qaddafi, f'Raħal Ġdid, kif ser jiġi effettwat dan il-proġett mill-estenzjoni ta' l-MCAST li ħabbar il-Prim Ministru il-bieraħ?
Response (GALEA, LOUIS)
Meta jkunu qed jitfasslu l-pjanti dettaljati tal-proġett ta' l-MCAST tiġi konsidrata t-talba msemmija.
B'referenza għal mistoqsija parlamentari 26526, ix-xogħol li qed nirreferi għalih huwa dak tad-drenaġġ.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li huma tad-drenaġġ nbdew fl-4 ta’Mejju 2007 u mistennija li jitlestew sa l-aħħar ta’ Gunju 2007. Il-Korporazzjoni għas-servizzi ta’ l-ilma ma rċeviet ebda lmenti dwar konsenturi li nfetħu f’propjeta privata b’riżultat ta’ dan ix-xogħol.
L-asfaltar tat-trinka jsir skond kif specifikat fil-kuntratt.
Minħabba d-djuq tat-Triq St Venera Msida, jista' l-Ministru jara li din issir one way għat-traffiku? Jista' fl-istess ħin jiġi rrimedjat il-fatt li r-residenti ta' Triq il-Ħarrub m'għandhomx aċċess għat-triq tagħhom mill-istess triq indikata tant li ħafna drabi biex jidħlu fit-triq tagħhom ikollhom jidħlu kontra l-liġi wrong way ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li ġej:
· Triq il-Ħarrub: hija
one-way
u għandha aċċess minn St Venera
By-Pass.
Din it-triq għandha wiesgħa ta’ sitt (6) metri u hemm il-
parking bays
fuq naħa waħda tat-triq. It-talba ta’ l-Onorevoli Interpellant tinvolvi li din it-triq issir
two-way
iżda sabiex dan iseħħ irid jitneħħa l-parkeġġ kollu tat-triq.
· Triq St.Venera : din it-triq hi wiesgħa ħames metri u tmenin ċentimetru (5.8m) u hija
two-way
minn kantuniera ma’ Triq il-Ħarrub sa kantuniera ma’ Triq Misraħ il-Barrieri u hemm
parking bays
fuq naħa waħda tat-triq.
Għalkemm din it-triq mhux wiesgħa biżżejjed għal
two-way
iżda huwa rakkommandat li din it-triq ma ssirx
one-way
minħabba li ġej:
- Il-
junction
tat-toroq fiż-żona huma ristretti ħafna u ma jippermettux rotot alternattivi adekwati.
- Meta jkun hemm l-għargħar fi Triq il-Wied ta’ l-Imsida ma jkunx hemm aċċess tajjeb għan naħa t’isfel tat-triq.
Jista' l-Ministru jara li jiġu nfurzati r-regolamenti kontra t-tipjip fl-ITS minħabba li dawn qegħdin jinkisru regolarment f'diversi dipartimenti u uffiċini?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Management ta' l-ITS jagħmel kull sforz possibli biex jinforza r-regolamenti kontra t-tipjip fl-Istitut ta' l-Istudji Turistiċi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma jekk it-tender ta' l-IT dwar l-introduzzjoni ta' l-arranġament Schengen kienx ġie rtirat u/jew maħruġ mill-ġdid? Lil min ġie aġġudikat dan it-tender?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fil-Mistoqsija tiegħu għax jeżistu bosta sistemi ta' l-IT relatati mas-sħubija ta' Malta fiż-żona Schengen.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm verita' f'rapporti li wasluli minn sorsi qrib id-Dipartiment tal-VAT li għalkemm is-sistema l-ġdida ta' aċċess b'I.D. għas-sistema ta' l-informatika tal-VAT għadha qed tiġi tested u għad m'hix live meta riċentement Capgemini kienu qed jagħmlu EC web based survey on electronic public services report dwar il-measurmentta' l-on line availability of public services. Ir-rappreżentanti ta' Capgemini consulting, technology u outsourcing li qed jagħmlu dan ix-xogħol bħala parti mill-proġett i2010 ta' l-Unjoni Ewropea ingħataw x'jifhmu li l-proġett diġa' huwa liveminkejja li għadu fil-fażi ta' testingbil-ħsieb illi l-gvern Malti jkun jista' jsaħħaħ il-punti li jġib fil-kuntest ta' l-istatistika ta' l-UE ħalli jkompli jgħolli aktar 'il fuq ir-ranking ta' pajjiżna f'dan il-benchmark evaluation?
Response (GATT, AUSTIN)
Kif issa saret drawwa ta' l-Onor. Interpellant, hu jibbaża l-politika tiegħu fuq il-persuni li jfesfsulu f'widnejh. Ir-risposta għall-Mistoqsija tiegħu hija li minn dak li qed jgħid m'hemm l-ebda verita'.
Madanakollu ma nistax ma nurix id-dispjaċir tiegħi illi issa l-Onor. Interpellant qiegħed ukoll jipprova itappan ir-reputazzjoni ta' pajjiżna f'dan il-qasam u li hu lest jagħmel ħsara lill dan is-settur fejn pajjiżna qed ikollu suċċessi kbar.
Jista' l-Ministru jikkonferma li bħalissa hemm grupp ta' konsulenti maniġerijali li qed jagħmlu xogħol ta' konsulenza dwar l-istruttura u s-sistemi maniġerijali tal-MITTS? Jekk iva, liema hi din id-ditta, kif saret is-sejħa għas-servizzi tagħha u liema kienu d-ditti jew kumpanniji oħra ta' konsulenza li ġew ikkonsultati? Kemm se jiswa dan l-eżerċizzju ta' konsulenza? Kemm mistenni jdum biex jitwettaq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid hijiex il-policy ta' l-Enemalta li jitwaħħlu bozoz tad-dawl ta' street lighting mal-faċċati tar-residenzi privati mingħajr il-permess tar-residenti nfushom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Wall Mounted Streetlighting jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tal-Kunsilli Lokali u mhux tal-Korporazzjoni Enemalta.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 26476 u 26304 u jaġġorna lill-Kamra dwar l-aħħar żviluppi fir-rigward tas-sistemi ta' l-IT ta' Mater Dei li kienu oriġinarjament koperti mit-tender li ġie miżmum wara allegazzjonijiet ta' abbużi u ħruġ ta' tagħrif kunfidenzjali? Tista' tikkonferma jekk il-hardware huwiex issa qed jinxtara b'direct order u jekk iva mingħand min u b'liema prezz? X'inhi l-pożizzjoni fir-rigward tax-xiri tas-software għall-istess għan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitluba għadu qed jinġabar u se tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 26477 u 26263 u jgħid kemm hemm ħaddiema barranin jaħdmu fit-tarzna bħalissa, x'xogħol qed jagħmlu u ta' liema nazzjonalita' huma, u x'inhu t-terminu tal-kuntratt tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.