Legislature:
Category:
Reset
Active:

Forzi Armata

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26366 u jgħid mill-1 ta' Jannar sal-20 ta' Mejju, 2007 kemm ħarġu sejħiet għall-offerti mill-Armata? Kemm tefgħu l-offerti, x'kienet kull offerta u min kienu f'kull każ? Min rebaħ dawn l-offerti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26687.

Skola tal-Għargħur — Child care centre

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-Gvern għandu xi pjani li jiftaħ child care centre fl-iskola primarja tal-Għargħur? Jekk iva, meta mistenni jsir dan u fejn ser isir dan billi l-klassijiet huma kollha utilizzati?

Response (GALEA, LOUIS)

Deċizjoni finali dwar f'liema skejjel ser jitwaqqfu Child Care Centres għad trid tittieħed.

Speed eċċessiv

Question

Minħabba l-ispeed li bih jidħlu l-karozzi mit-triq prinċipali tal-Hamrun fi Triq Emvin Cremona l-Imsida, jista' l-Ministru jara li minflok jibdew jitilgħu din it-triq fuq bażi ta' one way minn Triq il-Qawsalla l-Imsida?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li kien hemm suġġeriment mir-residenti fl-inħawi għal xi arranġamenti fis-sistema tat-traffiku. It-Taqsima bagħtet kopja ta' tali suġġeriment lil Kunsill Lokali ta' l-Imsida għall-kummenti tal-Kunsill. Sal-lum, it-Taqsima ma rċivietx risposta mill-Kunsill Lokali.

Qtugħ fid-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux sodisfatt bl-ispjega li tat l-Enemalta għall-qtugħ ripetut fid-dawl f'diversi nħawi ta' Malta f'dawn l-aħħar jiem? Jekk le, ma jaħsibx li għandha ssir investigazzjoni indipendenti minħabba l-inkonvenjent li ħolqot lil diversi setturi tas-soċjeta' Maltija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma nista nkun qatt sodisfatt b’ebda spjegazzjoni li nista ningħata għat-tip ta qtugħ li esperjenzajna f’dawn il-ġranet. Ngħid hekk għax f’ebda okkażżjoni ma l-Gvern qgħad lura milli jagħmel l-investiment kollu fil-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni ta l-elettriku li l-Enemalta tat parir li hu meħtieġ. La sar l-investiment kollu meħtieġ skond il-pjanijiet tekniċi għandu jkun raġjonevoli li nippretendi li dan it-tip ta’ qtugħ ma jiġrix. Jien tlabt lic-Chairman ta’ l-Enemalta spjega tal-kawżi ta’ dak li ġara. L-ispjega li ngħatajt hi identika għall-ispjegazzjonijiet li saru fil-pubbliku. Bl-informazzjoni li għandi u li hi kollha pubblika, m’għandix bażi għal suspett ta’ qerq jew negligenza mill impjegati ta’ l-Enemalta u ma narax il-bżonn t’investigazzjoni indipendenti. Madankollu jekk l-Onor. Interpellant għandu suspetti oħra nitolbu jgħidhomli biex dawn ikunu mistħarġa.

Euro converters

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-ordni għall-euro converters li se jitqassmu lil kull familja? Minn liema kumpannija inxtraw? Jikkonferma li dawn inxtraw miċ-Ċina b'direct order? Meta mistennija jitqassmu? Jikkonferma li qamu xi problemi tekniċi dwar l-ordni li saret? Jekk fl-affermattiv, jista' jikkonferma jekk ġietx riżolta' jew le?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-akkwist tal-euro converters li ser jitqassmu lil kull familja ser jinxtraw permezz ta’ Partnership Agreement li ġie iffirmat bejn il-Kumitat Nazzjonali għall-Bidla għall-Ewro (NECC) u l-Bank of Valletta (BOV). L-NECC m’huwiex involut fix-xiri ta’ dawn il-converters peress li ser jingħataw b’xejn mill-BOV lill-NECC. Huwa mmirat li l-euro converters jitqassmu fid-djar minn Settembru ’l quddiem.

E-ID — Adjudication process

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari 26640, ma japprezzax il-Viċi Prim Ministru li l-proġett ta' l-e-ID huwa kopert mill-proġett NIDMS - National ID Management System? Għaldaqstant jista' jagħti t-tagħrif mitlub fil-kuntest ta' dan il-proġett?

Response (BORG, TONIO)

Għalkemm il-proġett ta' e-ID huwa b'xi mod relatat ma' dak tan-NIDMS fil-verita' dawn huma żewġ proġetti totalment separati. Peress li ta' l-ewwel ma jaqax taħt ir-responsabbilita' ta' dan il-Ministeru, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel tali mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Air Malta — Pilots barranin

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm ġew ingaġġati pilotsbarranin ma' l-Air Malta mis-sena 2005 sal-lum? Kemm minnhom bdew ma' l-Air Malta meta kellhom il-liċenzja iżda kellhom zero hours experience? Kif jista' jingħad li l-Air Malta għandha pilots biżżejjed meta hemm ħafna pilots li qed jiġu mitluba jipposponu l-leave tagħhom għas-sena d-dieħla minħabba pressjoni ta' xogħol u allegat understaffing? X'inhi r-raġuni li allegatament qatt ma tqabbdu pilots Maltin fil-UK Operations ta' l-Air Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mill-2005 ġew ingaġġati 51 pilota barranin fuq l-operazjonijiet mill-bazijiet ġewwa l-Renju Unit. 18-il pilota barrani iehor gew ingaggati f’Malta. Il-piloti kollha li ġew ingaġġati fir-Renju Unit kif ukoll tlieta min dawk li ġew ingaġġati f’Malta kellhom esperjenza. Il-bqija ma’ kellhomx u bdew il-karriera tagħhom mal-kumpanija. L-Air Malta kontinwament tfittex opportunitajiet ġodda ta’ xogħol biex iżżid l-profittabilita tagħha speċjalment fix-Xitwa fejn tradizjonalment it-traffiku jonqos ħafna. Ix-Xitwa li għaddiet l-Air Malta irnexxiela tikri żewġ ajruplani lil żewġ kumpaniji, waħda topera f’Santiago fic-Chile u l-ohra fi Tripoli. B’din il-ħidma l-Air Malta rnexxielha tutilizza ajruplani li kienu ser jkunu ta’ piż finanzjarju mingħajr ma jirrendu l-ebda dħul għall-kumpanija. Peress li dawn it-titjiriet ġew operati minn piloti ta’ l-Air Malta l-kumpanija kellha tirrestringi l-leave matul xi xhur din ix-Xitwa. Dawn ic-cirkostanzi huma normali f’kull kumpanija li l-operazjonijiet tagħha ma jkunux konsistenti matul is-sena u jbaghtu min seasonality . Bħalissa kull talba ghall-leave qed tigi milqugħa. Dwar l-aħħar part tal-mistoqsija jien infurmat li saru negozjati ntensivi bejn l-Air Malta u l-Union tal-Piloti fejn l-kumpanija offriet pakketti tajbin ħafna li ammontaw għal aktar minn Lm50,000 fis-sena ghal Kaptani u Lm40,000 fis-sena għall First Officers. Sfortunatament l-Unjoni tal-Piloti ma riditx taċċetta. Dawn il-pakketti huma aktar minn dak li l-Air Malta qed tħallas bħalissa lil piloti barranin tagħha ġewwa l-Renju Unit.

Karozzi pparkjati fuq yellow lines

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jinforma lill-Kamra jekk meta jkun hemm karozzi pparkjati fuq yellow lines b'tali mod li jimblukkaw aċċess għal garages privati l-pulizija għandhomx dritt joħorġu ċitazzjonijiet u anke jċemplu lill-kumpanniji tat-towing - speċjalment f'ħinijiet meta ma jkunx hemm wardens tal-kunsilli lokali - billi ħafna għases tal-pulizija qed jinterpretaw dawn il-miżuri b'mod differenti minn xulxin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-parkeġġ ta' vetturi quddiem garaxx, huwa regolat bir-regolament numru 77 tar-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur. Barra minnhekk vettura li tkun qed tostakola d-dħul jew ħruġ liberu minn xi garaxx, tkun suġġetta li tiġi rmonkata skond ir-Regolamenti dwar l-Ikklampjar u Tneħħija ta' Vetturi bil-Mutur u Oġġetti ta' Ingombru.

Street Lighting

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26547 u jgħid fejn tibda u tispiċċa r-responsabbilta' rispettiva ta' l-Enemalta u tal-kunsilli lokali fejn jidħol twaħħil u tibdil ta' bozoz fir-rigward ta' dak li huwa street lighting f'żoni residenzjali?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, r-responsabbilita' tal-Kunsilli Lokali fejn jidħol twaħħil u tibdil ta' bozoz f'żoni residenzjali, tibda mit-twaħħil ta' l-isolator, li jinxtara mill-Kunsill stess u tibqa' sejra sat-twaħħil tal-bozza permezz ta' cable imwaħħal ma' l-istess isolator. L-Enemalta hija responsabbli li tgħaddi s-supply ta' l-elettriku, mill-main sa l-isolator.

Kiropodija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li pazjenti li jmorru fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta li jkollhom bżonn attenzjoni ferm bażika ta' kiropodija jgħidulhom biex jagħmlu appuntament anke meta ma jkunx hemm wisq nies biex jinqdew?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-servizz ta' Kiropodija ilu jingħata bl-appuntament għal numru ta' snin. Fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta biss il-kiropodisti jaraw medja ta' aktar minn 32 pazjent kuljum bl-appuntament, jiġifieri mal-għaxart elef pazjent fis-sena. L-appuntamenti jingħataw kollha f'ħinijiet differenti ħalli meta pazjent imur biex jinqeda ma jdumx jistenna. Dan jista jagħti l-impressjoni li m'hemmx ħafna nies f'dik il-ġurnata partikolari. Kull każ urġenti jarawh mingħajr appuntament.

Għargħur — Arblu tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li jitressaq l-arblu tad-dawl li hemm quddiem ir-residenza tal-familja mill-Għargħur, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, billi kważi imiss mal-gallarija tagħhom u għalhekk joffri nuqqas ta' sigurta' għalihom f'darhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret, ma jirriżultax li hemm element ta' nuqqas ta' sigurta u għalhekk m'hemmx bżonn li tittiħed azzjoni.
Leg 10 PQ #26733 Sitting 545 2007-07-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Low cost airlines

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra rapport li allegatament ħejjiet l-MTA dwar low cost airline passengersf'Malta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-Awtorita' tat-Turiżmu tagħmel survey kontinwu ta' turisti li jżuru pajjiżna matul is-sena. Dan is-survey jiġbor ħafna informazzjoni fuq il-karatteristiċi differenti tat-turisti li jiġu fil-gżejjer Maltin. L-informazzjoni li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tikkonsisti f'analiżi ta' turisti li żaru Malta bir-Ryan Air matul il-perjodu Novembru 2006 u Frar 2007. Din l-informazzjoni hija kontinwament aġġornata permezz ta' analiżi kontinwa tal-kwestjonarji li jaslu l-MTA minn xahar għal xahar.

Ta' Xbiex/Msida — Tlajjar minn prostituti

Question

Fid-dawl tad-diversi ilmenti li rċevejt mingħand għadd ta' familji - ħafna minnhom bi tfal li għadhom qegħdin jitrabbew - li joqogħdu fit-triqat Enrico Mizzi, Giuseppe Cali', Triq San Ġwann tas-Salib, flimkien ma' triqat oħra fl-istess inħawi ta' Ta' Xbiex/Msida, jista' l-Ministru jinvestiga l-problema ta' tlajjar minn prostituti qrib ir-residenzi tagħhom, aktar u aktar minħabba l-allegazzjonijiet ta' uħud minnhom li ħafna drabi minkejja l-patrols li jsiru, l-Pulizija jibqgħu għaddejjin qishom mhux huma, jekk mhux ukoll jieqfu jiċċaċċraw mal-persuni kkonċernati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kemm il-Pulizija tad-Distrett kif ukoll ta' l-Iskwadra ta' kontra l-vizzji, regolarment jagħmlu spezzjonijiet fl-inħawi msemmija u kull fejn jirriżulta li jkun hemm xi abbuż jittieħdu dawk il-passi kollha skond il-liġi.

Health assistants — Migration

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-health assistants li hemm fl-Isptar San Luqa kif se jiġu affettwati mill-migration lejn l-Isptar Mater Dei? Meta se jsir il-migration tagħhom u jekk dan huwiex mistenni jkopri l-health assistants kollha?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Health Assistants kollha li qed jaħdmu fl-isptar San Luqa ser jiġu trasferiti lejn l-isptar Mater Dei mal-kumplament ta' l-istaff ta' l-Isptar skond kif inhu ppjanat il-proċess tal-migrazzjoni ta' kull dipartiment.

Sptar Mater Dei — Riklami awdjo-viżivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riklami awdjo-viżivi biex jipproġettaw l-Isptar Mater Dei meta din m'hijiex ażjenda kummerċjali u għaldaqstant kulħadd ser ikun intitolat - almenu għall-bidu - li jagħmel użu b'xejn mis-servizzi mediċi tiegħu? B'kollox kemm huwa budgeted li jintefaq f'reklami bejn issa u l-ftuħ uffiċjali ta' l-isptar? Minn liema budget qed jittieħdu dawn il-fondi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li r-riklami msemmija mhumiex imtella mill-Ministeru tiegħi, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

San Ġiljan — Rapporti dwar drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa jew se jieħu fid-dawl tad-diversi rapporti li wasluli dwar drenaġġ li qed ifur għall-bajja sabiħa ta' San Ġiljan, faċċata tar-restaurant Ċiniż li hemm qrib il-monument LOVE?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma għamlet spezzjoni fl-inħawi u rriżulta li kien hemm sadd fis-sistema tad-drenaġġ liema sadd ġie miftuħ.

Enemalta — Tender ta' l-Informatika

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara fhiex waslu l-investigazzjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali dwar il-każ ta' l-ex-chairman ta' l-Enemalta li allegatament ra d-ditta tiegħu tal-Forestals tieħu tender ta' l-informatika fl-istess żmien tal-ħatra tiegħu fil-Korporazzjoni li kien qed imexxi?

Response (BORG, TONIO)

Jiena infurmat li l-Avukat Ġenerali ma huwiex jagħmel ebda investigazzjonijiet dwar xi każ bħal dak imsemmi mill-Onorevoli Interpellant u anqas hi l-funzjoni ta' l-Avukat Ġenerali li jagħmel investigazzjonijiet bħal dawn. Ma hux eskluż, iżda, li l-Avukat Ġenerali jintalab jagħti parir dwar każijiet simili.

E-Procurement System — Computers

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex kellu jkun hemm persentaġġ daqshekk għoli ta' computers bi problemi li nxtraw taħt l-E-Procurement System? Min kien responsabbli li jiżgura li dawn il-computers jiġu kkonfermati u iċċertifikati tajbin meta ġew delivered fid-dipartimenti konċernati? Kemm-il ditta kien hemm li ttieħdu passi kontra tagħha minħabba li ġew delivered computers mhux ta' livell mixtieq u x'kienu l-passi meħuda? Kemm-il IMO għamel rapport kontra min iddeliverja dawn il-computers mhux ta' kwalita' u lil min ġew indirizzati dawn ir-rapporti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-E-Procurement Framework (CIMU T 0003:2004) jistabbilixxi prinċipji ċari li l-Gvern jistenna u jippretendi li s-suppliers li jagħżlu li jipparteċipaw f’din l-iskema jiggarantixxu li l-prodotti li sejrin jipprovdu u l-proċessi li jħaddmu huma ta’ l-aqwa’ kwalita’. Kull supplier li għażel li jipparteċipa kellu jiffirma dikjarazzjoni (Declaration of Conformance) li huwa sejjer isegwi ma’ l-obbligi kollha stipulati f’dan il-Framework. L-istess Framework jagħmila ċara li l-Gvern jista’ jagħmel spezzjonijiet ‘ad-hoc’ biex jivverifika li dak li qed jigi pprovdut mis-suppliers huwa skond l-istess kundizzjonijiet tal-Framework. Għaldaqstant, ir-responsabilta’ li tiġi garantita il-kwalita tal-kompjuters provduti lill-Gvern, hija kompletament tas-suppliers. L’amministrazzjoni ta’ l-E-procurement mill-bidu bdiet tirċievi lmenti, verbali u bil-miktub, mingħand il-Procurement Officers u IMOs. Wara li l-MITTS ġiet assenjata l-inkarigu biex tamministra din is-sistema, u peress li l’ilmenti mill-Procurement Officers u IMOs baqgħu deħlin, ir-rapprezentant tal-MITTS fil-Performance Monitoring Board fil-laqgħa li saret f’Awwissu 2006 spjega li kien qed ikun hemm nuqqasijiet serji f’deliveries ta’ kompjuters fid-Dipartimenti u li din is-sitwazzjoni ma setgħetx tibqa tiġi ttollerata. Ir-rappreżentant tas-suppliers fuq l’E-Procurement Monitoring Board oġġezzjona li jkun impost fuq is-suppliers li jkollhom standards ta’ kwalita bħal ISO jew standards ekwivalenti. Wieħed irid jirrimarka li l-Framework kien mill-bidu nett jimponi dan l-obligu u kull supplier li daħal fl-iskema iffirma għal dan l-obbligu. Biss l-istess ir-rappreżentant tas-suppliers kien oġġezzjona għal-dan mac-CIMU (li dak iz-zmien kien risponsabbli ghall-amministrazzjoni tas-sistema) u din ta l-aħħar, sabiex tipprova taġevola dil-pozizzjoni, kienet aċċettat li dawn l-obbligi fuq s-suppliers ma jiġux infurzati sakemm is-suppliers jipprovdu kompjuters u servizzi ta’ kwalita’ li wieħed jippretendi mingħajr ħafna osservazzjoni kif kien l-iskop tal-Framework. Sfortunatament, peress li r-rappreżentant tas-suppliers baqa’ joġġezzjona li jiġu applikati il-quality standards stipulati fil-Framework, gie deciz li immedjatament kienu se jigu ntrodotti mekkanizmi ta’ spezzjonijiet fuq kompjuters u Laptops li jkunu ġew mibjugħa lid-Dipartimenti. Min dak iz-żmien saru żewġ spezzjonijiet differenti u r-riżultat tagħhom kienu kkomunikat lis-suppliers konċernati. Ir-riżultati ta’ spezzjoni oħra li għadha kemm giet mitmuma qegħdin jiġu finalizzati. Ma kien hemm l-ebda ditta li ttieħdet azzjoni kontra tagħha iżda dawk li instabu li jpprovdu kompjuters li ma kienux skond il-kwalita stabbilita, kienu infurmati bil-miktub li jekk ma jirrangawx il-pozizzjoni tagħhom jistgħu ma’ jiħallewx jippareteċipaw aktar f’din is-sistema. Għaldaqstant is-suppliers kollha li jipparteċipaw fl-E-Procurement ġew mitluba li jagħmlu ‘self-audit’ tal-kompjuters kollha li jpprovdu lill-gvern mill-1 ta’ Settembru 2006 ‘l hawn.