Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Gwann — Birkirkara Road

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir zebra crossing f'nofs Birkirkara Road, San Gwann bħala speed breaker?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn ricerka li saret fir-records tat-Taqsima ghall-Immanigjar tat-Traffiku irrizulta li ma kien hemm l-ebda talba mill-kunsill lokali jew mill-pubbliku ghal zebra crossing jew road hump fi Triq Birkirkara, San Gwann.

Unjoni Ewropea — Applikazzjoni ta' State Aid

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'livell ta' skrutinju sar mill-Unjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni ta' state aid minn kemm ilna membri ta' l-UE? Il-Gvern rċieva xi assessment dwar dan mill-Kummissjoni Ewropea? Kemm ilna membri ta' l-UE kemm-il delegazzjoni tal-UE żaret Malta biex tinvestiga u tgħarbel din l-issue fil-kuntest ta' pajjiżna? Hemm xi ħsieb li jiġu delegazzjonijiet oħra simili fix-xhur li ġejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda investigazzjoni formali mill-EU dwar l-iState Aid f’pajjiżna. L-Onorevoli Interpellant jifhem li bħalma jiġri f’oqsma oħra ta’ l-acquis, isiru laqgħat mal-Kummissjoni Ewropea fuq livell bilaterali u multilaterali dwar din il-materja wkoll.

Swatar — Triq Sant'Andrija

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra t-talba tar-residenti ta' Triq Sant'Andrija, Swatar, Msida biex it-triq tagħhom li nqalgħet minħabba xogħlijiet tal-Water Services Corporation titwitta kollha permezz ta' cold asphalt?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-Awtorita’ tat-Trasport ma tippermettiex li jsir reinstatemNinfent ta’ trinek bil-cold asphalt.. F’dan il-każ ir-reinstatement tlesta u huwa skond il-kundizzjonijet li ħarġet l-istess Awtorita’.

Swatar — Triq one way

Question

Jista' l-Ministru jara jekk hemmx xi possibilta' li Triq Sant'Andrija, Swatar, Msida ssir one way minħabba d-djuq tagħha?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn ricerka li saret fir-records tat-Taqsima ghall-Immanigjar tat-Traffiku irrizulta li ghalkemm it-taqsima ma kienet sabet l-ebda oggezzjoni ghal one-way li ghaliha qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari izda il-kunsill kellu jerga jezamina din it-talba fl-isfond ta’ l-access ghal vetturi minn Triq Swatar. Il-kunsill kellu jinforma lit-taqsima dwar dan izda sal-lum, it-taqsima ma rceviet l-ebda informazzjoni addizzjonali mill-kunsill.

Msida — Teħid ta' droga

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jittieħdu passi mmedjati dwar it-teħid tad-droga saħansitra matul il-jum fid-dawl tax-xemx fi Triq Oscar Zammit, Msida kif jixhdu s-siringi li rajt b'għajnejja stess f'areas riżervati għall-parkeġġ tal-karozzi tar-residenti u saħansitra wkoll oħrajn li ġew mitfugħa fil-parapetti ta' xi wħud mir-residenzi? Possibbli li billi dawn l-att diversi drabi jsiru anke matul il-jum, il-pulizija qatt ma ħadet passi konkreti dwar dan l-abbuż f'żona residenzjali kwieta u rispettabbli?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Pulizija mill-iskwadra ta' Kontra d-Droga, spezzjonaw it-triq indikata, u instabu u ġew elevati ħames siringi użati. Dawn instabu f'diversi postijiet tul it-triq indikata, man-naħa tal-ħajt tal-Junior College. Ġie elevat ukoll bott tal-Ice Tea li jidher li setgħa intuża sabiex tiġi abbużata d-droga. Kemm il-bott kif ukoll is-siringi ħlief għall-waħda jidhru li kienu pjuttost antiki. F'dawn l-aħħar xhur ġew arrestati tlett persuni minn dawk l-inħawi. Tnejn minn dawn il-persuni filfatt instabu fil-pussess ta' droga għall użu personali tagħhom filwaqt li persuna oħra instabet fil-pussess ta' ammont ta' droga li kienet intiża sabiex tiġi traffikata. Madankollu ser jibqgħu isiru spezzjonijiet u ronda frekwenti f'dawk l-inħawi mill-Iskwadra ta' Kontra d-Droga u dawk distrettwali.

San Gwann — Trasport pubbliku

Question

B'referenza għall-mistoqsija preċedenti li għamilt dwar l-istess suġġett, jista' l-Ministru jinvestiga ilmenti li komplew jasluli din id-darba minn residenti fil-Kappara li t-Trasport pubbliku minn San Ġwann lejn il-Belt u lura m'huwiex iżomm il-ħinijiet tiegħu, tant li s-servizz minkejja l-frekwenza stipulata tiegħu m'huwiex ikun regolari?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li meta jsiru dawn l-ilmenti, dawn għandhom jiġu investigati billi jiġu irrapurtati immedjatament jew fl-uffiċju ta’ City Gate fuq in-numru 21231216 fejn ikun hemm żewġ uffiċjali ta’ l-ADT bejn l-5.30 ta’ filgħodu u l-11.00 ta’ bil-lejl jew inkella fuq freephone 800 72393. Minkejja dan, it-taqsima ta’ l-Infurzar fi ħdan l-ADT ser tiżgura li dan l-abbuż ma jseħħx.

Toroq dojoq — Karozzi tal-linja

Question

Jista' l-Ministru flimkien ma' l-awtorita' kompetenti jinvestiga l-ilmenti ta' residenti ta' Triq H. Calleja Schembri, Msida dwar id-drawwa riċenti li jgħaddu karozzi tal-linja minn ġo fiha minkejja d-djuq ta' triq għax dan qed joħloq inkonvenjent għar-residenti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li din it-triq hija l-uniku aċċess li jeżisti skond is-sistema ta’ l-immaneġġjar tat-traffiku sabiex ikun jista’ jingħata servizz tat-Trasport Pubbliku f’dawk l-inħawi.

Pjazza ta' San Ġiljan

Question

Jista' l-Ministru jara li minħabba l-mod rrankat li bih jitla' t-traffiku mill-pjazza ta' San Ġiljan - qrib l-għassa tal-pulizija - għat-telgħa li tagħti lejn it-Triq Reġjonali, jiġu ntrodotti traffic calmers b'konsultazzjoni mal-kunsill lokali ta' San Ġiljan?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn ricerka li saret fir-records tat-Taqsima ghall-Immanigjar tat-Traffiku irrizulta li ma kien hemm l-ebda talba mill-kunsill lokali jew mill-pubbliku ghal ‘traffic calmers’ fi Triq Mikiel Ang, Borg li taghti mall-pjazza ghal Triq Regjonali. Mill- Police Accident Report ghas-snin 2005 w 2006, irrizulta li kien hemm incident wiehed biss li nvolva persuna li weggghet hafif w l-awtorita’ ma ghandha l-ebda informazzjoni li turi li dan l-incident sehh minhabba sewqan esegerat.

Asfaltar ta' triq

Question

Jista' l-Ministru jindika meta ser isir l-asflatar ta' Nazju Ellul Str, Gżira?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din it-triq hija parti mill-programm ta' toroq li jridu jitlestew sa l-aħħar tas-sena 2008.

Dar fil-Għargħur

Question

Rigward id-dar fil-Għargħur li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jinvestiga r-rapporti li wasluli u jgħarraf lill-Kamra jekk hux minnu li għal snin sħaħ din inbniet 'lil hinn mil-limiti li kienu jippermettu l-permessi tal-bini ta' dak iż-żmien u jekk hux qed isir xi attentat biex tiġi regolarizzata din il-pożizzjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li d-dar imsemmija tinsab barra mill-konfini ta' l-iżvilupp. L-applikazzjoni PA 3276/04 qed tipproponi li jitwaqqgħu partijiet li m'humiex koperti b'permess u jiġu sanzjonati partijiet oħrajn. L-applikazzjoni tinsab għar-rikonsiderazzjoni u preżentament qegħda tkun trattata mill-Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp.

Karozza tal-linja

Question

Jista' l-Ministru jara billi llum hemm madwar tliet lukandi qrib il-Marfa jistgħux isiru arranġamenti biex l-aħħar karozza mill-Belt ma titlaqx fit-8.30 p.m. għaliex dan qed ikun ta' inkonvenjent għal diversi turisti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li din is-sena kien hemm żieda fil-ħinijiet tar-rotot diretti bejn iċ-Ċirkewwa, Buġibba, Paceville u viċi versa u l-ħinijiet ġew miżjuda sa l-10.00 ta’ filgħaxija. Jien infurmat ukoll li sar servizz speċjali bejn nofs il-lejl u 3.00 ta’ filgħodu bejn Paceville, Buġibba u Ċirkewwa. Hemm l-ħsieb li għas-sajf li ġej jiżdiedu l-ħinijiet mill-Belt sabiex inkomplu dejjem intejbu is-servizz tat-Trasport Pubbliku.

Access għas-saħħa pubblika għaċ-ċittadini ta' l-UE

Question

Jista' l-Ministru jispjega l-policy tal-Gvern rigward aċċess għas-saħħa pubblika għal ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea li jkunu regolarment residenti f'Malta u li anke jkollhom karta ta' identita'? Dawn iċ-ċittadini jintalbu ħlas għal kura fi sptarijiet pubbliċi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ċittadini ta' l-UE residenti regolari f'Malta għandhom id-dritt għal kura tas-saħħa b'xejn biss jekk dawn ikunu koperti mill-Liġi tas-Sigurta' Soċjali Maltija jew koperti mir-regolamenti tas-Sigurta' Soċjali ta' Stat Membru ieħor tal-UE hekk kif stabbilit taħt ir-Regolament tal-Komunita' Ewropea 1408/71. Barra min hekk, residenti f'Malta b' ċittadinanza Ingliża għandhom ukoll dritt għal kura tas-saħħa b' xejn hekk kif stabbilit taħt il-ftehim bilaterali dwar is-saħħa bejn Malta u r-Renju Unit. Dan jgħodd biss għal kura li tingħata f'faċilitajiet tas-saħħa pubbliċi.

Kumpens għal art

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm u meta se jinħareġ kumpens għall-art, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hekk kif deskritta fil-gazzetta tal-gvern tad-19.5.89 paġna 2299?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-kumpens għal art esproprijata, deskritta fil-gazzetta tal-gvern tad-19 ta' Mejju 1989 paġna 2299, u li dettalji tagħha intbagħtu separatament, ikun jista' jitħallas malli d-Dipartiment ta' l-Artijiet ikollu r-riżorsi neċessarji għal dan il-għan li jiġu allokati kull sena.

National Insurance Contributions

Question

Tista' l-Ministru tindika meta l-persuna minn San Gwann, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mistennija tirċievi refund tan-national insurance contributions li ħallset intortament meta f'mod skorrett tawha x'tifhem li minkejja li ma kenitx taħdem u kellha diġa' 57 sena jekk tħallas il-bolla għall-aħħar 4 snin setgħet tikkwalifika għall-benefiċċju soċjali? Evidenza dokumentata tal-kontribuzzjoni li ħallset jinsabu f'idejn il-Ministeru.

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-hlas u, fejn dovuta, r-rifuzjoni ta' kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Socjali huma responsabbilta' tad-Dipartiment tat-Taxxi Nterni. Ghalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jaghti parir lill-persuna ndikata tindirizza t-talba taghha lil dak id-Dipartiment.

Host families

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'studji saru dwar l-impatt li l-miżuri ġodda kellhom fuq host families li jżommu studenti barranin, kif ukoll jekk il-Gvern huwiex jikkonsidra li jintroduċi inċentivi ġodda għal dawn il-familji billi bosta familji qed iħossu ruħhom dimotivati li jkomplu f'din il-linja li tikkumplimenta d-dħul tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi saru diversi diskussjonijiet bejn il-partijiet ikkonċernati qabel iddaħħlu l-miżuri ġodda dwar il-host families. Waqt dawn id-diskussjonijiet kienu studjati diversi modi u mudelli ta’ tassazzjoni dwar kif setgħu jkunu mgħejjuna dawn il-familji waqt li fl-istess ħin ikun rikonoxxut id-dmir ta’ dawn il-familji għall-ħlas tas-sehem ġust tagħhom ta’ taxxa bħal kull ċittadin ieħor. Mill-informazzjoni miġbura mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni jirriżulta li matul is-sena ta’ stima 2006 kien hemm madwar 560 familja li ibbenefikaw mill-vantaġġi tal-miżuri l-ġodda.

Boarded out

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm Għawdxin li ġew boarded out sena b'sena f'din il-leġislatura sal-lum? Jista' jagħti breakdownraħal, raħal minn fejn ġew kif ukoll ir-raġunijiet mediċi għaliex ġew boarded out? Jista' jindika l-etajiet tal-persuni kkonċernati? Minn min kienu komposti l-boards mediċi li ħadu dawn id-deċiżjonijiet tul il-perijodu ndikat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Madliena — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-gvern ċentrali biex jasfalta toroq li jinsabu fi stat ħażin fil-Madliena? Liema toroq huma pproġettati li jsiru fis-sena 2007 u separatament fis-sena 2008?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi diġa saru numru ta’ toroq fil-Madliena, dawn jinkludu:- Triq Manwel Aguis Triq Esprit Barthet Triq il-Markiż Scicluna Triq il-Veduta Triq is-Slielen p/o Dawn kienu parti mill-programm ta’ toroq maħruġ mill-Awtorita’ Dwar it-Trasport. Saru wkoll xogħlijiet ta’ major patching fi Triq Pedidalwett. Filwaqt li fil-ġranet li ġejjien ser jibda xogħol fi Triq id-Dielja, Triq il-Ġmiel u Triq il-Militar li wkoll jifffurmaw parti minn dan il-programm.

Zebra crossings

Question

Minħabba l-ispeed tat-traffiku li jkun għaddej kif ukoll id-diffikulta' għall-pedestrians biex jaqsmu, jistgħux isiru zebra crossings kemm fi tmiem Triq Birkirkara, Kappara qabel ma wieħed jaqbad ma' Naxxar Road kif ukoll f'tarf Naxxar Road innifisha, f'San Gwann qrib l-ex Half Way Bar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn ricerka li saret fir-records tat-Taqsima ghall-Immanigjar tat-Traffiku sa mis-sena 2003 irrizulta li ma kien hemm l-ebda talba mill-kunsill lokali San Gwann jew mill-pubbliku ghal tali pedestrian crossing fi tmiem Triq Birkirkara.