Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tax compiance unit — Investigations

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru Tax Compliance Unit investigations fis-snin 2005, 2006 u 2007 (sal-lum) lil: a) kumpanniji kbar b) kumpanniji mezzani c) self-employed? Xi kriterji jiġu applikati biex jiġi deċiż min għandu jiġi nvestigat? Kemm jeżistu benchmarks bħalissa u għal liema setturi ekonomiċi japplikaw? Kemm irriżultaw każi ċari ta' evażjoni tat-taxxa u x'passi ttieħdu sal-lum kategorija, kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ investigazzjonijiet konklużi mit-Tax Compliance Unit fl-2005, 2006 u 2007 (sa Settembru) rispettivament kienu dawn: a) kumpaniji kbar: 6, 10, 8; b) kumpaniji mezzani: 49, 40, 18; c) self-employed: 18, 25, 6. M’hijiex prassi, l-anqas f’pajjiżi oħra barra minn Malta, l-awtoritajiet tat-taxxa jiżvelaw fid-dettal il-kriterji wżati biex jintagħżlu l-każijiet għall-investigazzjoni. Dawn il-kriterji jistgħu jkunu varji, bħal per eżempju raġunijiet legali jew kwistjoni ta’ interpretazzjoni tal-liġi, jew għax l-istil tal-ħajja tat-taxpayer ma jkunx jikkorrispondi mad-dikjarazzjonijiet tat-taxxa li jkun qed jagħmel, jew għax ma jkunux qed jiġu sodisfatti ċerti ratios li wieħed raġonevolment jistenna, jew xi informazzjoni oħra li d-dipartimenti tat-taxxa jistgħu jkollhom. L-eżerċizzju tal-benchmarking kien sar xi żmien ilu fuq 13-il kategorija differenti. Il-benchmarks ma jintużawx biex jinqabdu każijiet ta’ evażjoni tat-taxxa imma jservu bħala background information għall-uffiċjali huma u jikkonkludu t-tax agreements jiġifieri l-ftehim bil-quddiem għal tliet snin u li sa issa saru ma’ numru ta’ mechanics, tobba u hairdressers.

Chauffer Driven Cars

Question

Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li meta sidien ta' chauffer driven cars jitolbu liċenzja għal 17 seaters fejn ikunu jistgħu jgħabbu għaxar passiġieri u jużaw il-kumplament ta' l-ispazju għall-garr tal-valiġġji tat-turisti li jsuqu mill-ajruport sad-destinazzjoni tagħhom f'Għawdex qed ikollhom it-talba tagħhom irrifjutata? U agħar minn hekk l-ADT qed jgħidulhom li dan il-mezz tat-trasport tagħhom jkun twil wisq u/jew li jkun aktar jaqbel li jużaw vans transit bojod bi trailer magħhom billi dawn normalment ikunu 15 seaters iżda jtellgħu għaxar passiġieri u ma jkollhomx luggage space adegwat? Ma jaħsibx li din hija burokrazija żejda li qegħda ixekkel ix-xogħol fil-qasam turistiku?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li dak li qed jingħad f’din il-mistoqsija hu għal kollox bla bażi u dan għal dawn ir-raġunijiet: 1. la qatt inħarġu u lanqas hi l-politika eżistenti ta’ l-ADT li jinħarġu permessi għal chauffer driven cars li jkunu 17 seater; 2. fir-rigward ta’ vannijiet bojod jinħarġu liċenzi li permezz tagħhom ikunu jistgħu jintużaw vetturi li jkunu ġew manifatturati biex jgħabbu sa 14-il passiġġier, bil-kundizzjoni li f’dawn il-vetturi jistgħu jitgħabbew biss sa għaxar passiġġieri; 3. m’hemm xejn li jżomm vannijiet bojod jew chauffer driven cars oħra milli joperaw direttament bejn l-ajruport internazzjonali u Għawdex jew viċi versa. Tajjeb li jingħad ukoll li, fir-rigward tal-vannijiet il-bojod li, bħala vetturi, ikunu ġew manifatturati biex jgħabbu sa 15-il passiġġier, kien hemm il-kundizzjoni li jitneħħew is-sedili żejda biex fl-ispazju jkunu jistgħu jinġarru l-bagalji u li bejn l-aħħar sedil u dan l-ispazju titwaħħal xibka. Peress li xi operaturi ikkontestaw il-fatt li din ix-xibka u l-bagalji li setgħu jitgħabbew joħolqu periklu għas-sigurtà tal-passiġġieri, il-Bord ta’ l-ADT dan l-aħħar iddeċieda li, għalkemm ilvannijiet il-bojod għandhom jibqgħu jġorru sa għaxar passiġġieri, la jkollhom bżonn iwaħħlu x-xibka u lanqas ma għandhom jużaw l-ispazju zejjed għall-ġar tal-bagalji u dan a bazi tad-Direttiva 2001/85/KEE.

Sptar Mater Dei

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 26731 u 27032 u 27147 cioe' wara li ġie sospiż it-tender ta' l-IT tal-Isptar Mater Dei, jista' jgħid kemm inxtraw PCs u affarijiet oħrajn relatati mal-informatika li oriġinarjmanet kellhom jkunu koperti mit-tender u jekk dawn inxtrawx b'direct order? Min għand min inxtraw u kemm ġew jiswew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi wara li ġie sospiż it-tender ta’ l-IT ta’ l-Isptar Mater Dei, il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi ma xtrat b’direct order l-ebda PC jew hardware ieħor relatat ma’ informatika li oriġinarjament kellhom ikunu koperti minn din it-tender.

Reklami awdjo-viżivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26749, 27079 u 27150 u jgħid kemm intnefqu flus f'riklami awdjo-viżivi biex jipproġettaw l-Isptar Mater Dei meta din m'hijiex ażjenda kummerċjali u għaldaqstant kulħadd ser ikun intitolat - almenu għall-bidu - li jagħmel użu b'xejn mis-servizzi mediċi tiegħu? B'kollox kemm huwa budgeted li jintefaq f'reklami bejn issa u l-ftuħ uffiċjali ta' l-isptar? Minn liema budget qed jittieħdu dawn il-fondi

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26952.

San Ġiljan — Limited time zone parking

Question

Billi l-Ministru ftit ilu kien weġibni li ma sab ebda talba mingħand il-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan dwar limited time zone parking ta' massimu ta' 20 minuta sabiex tħares l-interessi tas-sidien tal-ħwienet fi Triq San Ġorġ San Ġiljan, nixtieq nirreferik għall-ittra ta' l-istess kunsill, datata 22 ta' Ġunju, 2004 lit-Traffic Management Directorate ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta: Attenzjoni A Testaferrata de Noto. Fiċ-ċirkustanzi jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet l-ADT issa li għaddew tliet snin minn mindu nkitbet din l-ittra u jekk s'issa għadu ma sar xejn, jistgħu jittieħdu passi ta' rimedju ħalli tiġi mtaffija u/jew indirizzata din il-problema li qed ixxekkel il-kummerċ fiż-żona ndikata?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi għal mistoqsija parlamentari Numru 23484 fejn l-Onor Interpellant kien talab informażżjoni dwar talba għal Timed Parking madwar 30 minuta fi Triq San Gorg (Doc 1). Din il-mistoqsija parlamentari kellha d-data 24 ta’ Jannar 2007 u rreferiet għal din it-talba mill-kunsill lokali San Giljan bħala li kienet intbagħtet lit-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku xi xhur qabel. It-taqsima kienet għamlet riċerka fir-records sa minn xi xhur qabel it-29 ta’ Jannar 2007 (li ttieħdu sa minn Jannar 2006) kif kien referut mill-Onor Interpellant. It-Taqsima terga’ tikkonferma li sa minn xi xhur qabel Jannar 2007 ma kienet irċeviet l-ebda talba għal parkeġġ ta’ madwar 30 minuta. Saret ukoll riċerka fid- data base tal-korrispondenza ta’ l-Awtorita’ Dwar it–Trasport minn Jannar 2006 u wkoll ma nstab l-ebda riferiment għal din l-ittra (Doc 2). B’referenza għal mistoqsija parlamentari Numru 27477, l-Onor Interpellant jagħmel referenża għal ittra bid-data 22 ta’ Gunju 2004 li ntbagħtet lit-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku. It-Taqsima għamlet riċerka fir- records u tikkonferma li din l-ittra kienet waslet l-Awtorita Dwar it-Trasport u li t-Taqsima kienet infurmat lill-kunsill ta’ San Giljan b’ittra data ta 28 ta’ Gunju 2004 (Doc 3) li talbiet simili kellhom isiru skond it- Terms of Reference for the Creation of Controlled Residence Parking Schemes. Sal-lum it-Taqsima ma rċeviet l-ebda informażżjoni addiżżjonali mill-kunsill lokali kif mitlub u għaldaqstant din it-talba ma tistax tkun ipproċessata. Niġbed l-attenżżjoni ta’ L-Onor Interpellant kif ġej: · F’mistoqsija parlamentari 23484, t-Tqasima għall-Immaniġjar tat-Traffiku ġiet żgwidata meta kienet infurmat li din it-talba għal Timed Parking kienet saret biss xi xhur qabel meta fil-fatt it-talba kienet saret tlett snin qabel, jiġifieri fit-22 ta’ Gunju 2004 (Doc 4). · F’mistoqsija parlamentari 23484, it-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku ġiet żgwidata meta kienet riferita li t-talba kienet saret għal parkeġġ ta’ 30 minuta meta fil-fatt din it-talba kienet għal 20 minuta. · F’mistoqsija parlamentari 23484 it-taqsima kienet infurmata li t-talba saret minn ħwienet fi Triq San Gorg iżda fil-fatt it-talba saret minn ħwienet li qegħdin ukoll f ’Ross Street. Huwa ferm appreżżat li l-mistoqsijiet parlamentari jkunu aktar preċiżi sabiex ikun evitat kull forma ta’ nuqqas ta’ ftehim jew inkomprenzjoni. ______________________ A. Testaferrata De Noto Kap. Taqsima Immanigjar tat-Traffiku

Msida — Remissi taż-żwiemel

Question

Tista' l-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 27251 li oriġinarjment ġiet magħmul lill-Viċi Prim Ministru u issa ġiet riferuta lilha, cioe' billi hemm xi nies li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, li għandhom remissi taż-żwiemel fi Triq Spiżjar Joe Sciberras, Msida, f'postijiet fejn titħallas il-kera lill-joint office, u billi dawn eventwalment se jiġu allegatament riallokati premises in-naħa magħrufa bħala Tal-Blata ħdejn il-Ġibjun qrib l-Universita' minflok ma dawn jintbagħtu temporanjament biex jużaw stalel il-Marsa, tista' tara li jitħallew f'dan il-fond sakemm jasal għat-twaqqiegħ kif ukoll sakemm ikun tlesta l-post alternattiv li x'aktarx se jiġi allokat lilhom għall-istess skop?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant għall-konsiderazzjoni ta' l-entita' konċernata.

Hal Far Industrial Estate — Street Lighting

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27259 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm street lighting aħjar fil-Ħal Far Industrial Estate speċjalment qrib il-fabbrika Trelleborg għaliex hemm partijiet skabrużi ferm bil-lejl?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bħalissa qed isir pjan għat-titjib ta Hal Far li jinkludi wkoll upgrading ta’ Street Lighting. Dan il-pjan għandu jitlesta sa’ l-aħħar ta’ Novembru.

Sptar Mater Dei

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 27303, 26731 u 27032 u 27147 cioe' wara li ġie sospiż it-tender ta' l-IT tal-Isptar Mater Dei, jista' jgħid kemm inxtraw PCs u affarijiet oħrajn relatati mal-informatika li oriġinarjmanet kellhom jkunu koperti mit-tender u jekk dawn inxtrawx b'direct order? Min għand min inxtraw u kemm ġew jiswew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27303.

Maħfriet Presidenzjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27316 u jgħid kemm kien hemm maħfriet presidenzjali minn Mejju 1987 'il quddiem, lil min saru, taħt liema ċirkustanzi saru, għaliex saru u minn min ġew awtorizzati fuq livell ta' gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Reklami awdjo-viżivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27304, 26749, 27079 u 27150 u jgħid kemm intnefqu flus f'riklami awdjo-viżivi biex jipproġettaw l-Isptar Mater Dei meta din m'hijiex ażjenda kummerċjali u għaldaqstant kulħadd ser ikun intitolat - almenu għall-bidu - li jagħmel użu b'xejn mis-servizzi mediċi tiegħu? B'kollox kemm huwa budgeted li jintefaq f'reklami bejn issa u l-ftuħ uffiċjali ta' l-isptar? Minn liema budget qed jittieħdu dawn il-fondi

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26952.

Sptar Mater Dei — Riklami awdjo-viżivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26749 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita' u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm intnefqu flus f'riklami awdjo-viżivi biex jipproġettaw l-Isptar Mater Dei meta din m'hijiex ażjenda kummerċjali u għaldaqstant kulħadd ser ikun intitolat - almenu għall-bidu - li jagħmel użu b'xejn mis-servizzi mediċi tiegħu? B'kollox kemm huwa budgeted li jintefaq f'reklami bejn issa u l-ftuħ uffiċjali ta' l-isptar? Minn liema budget qed jittieħdu dawn il-fondi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferei lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26952.

Reklami awdjo-viżivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26749 u 27079 u jgħid kemm intnefqu flus f'riklami awdjo-viżivi biex jipproġettaw l-Isptar Mater Dei meta din m'hijiex ażjenda kummerċjali u għaldaqstant kulħadd ser ikun intitolat - almenu għall-bidu - li jagħmel użu b'xejn mis-servizzi mediċi tiegħu? B'kollox kemm huwa budgeted li jintefaq f'reklami bejn issa u l-ftuħ uffiċjali ta' l-isptar? Minn liema budget qed jittieħdu dawn il-fondi

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26952.

Swatar — L-aħħar karozza tal-linja

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li jiġu estiżi l-ħinijiet li titlaq l-aħħar karozza tal-linja mill-Belt għas-Swatar, Msida? Jista' jikkonferma x'inhuma l-ħinijiet bħalissa kemm matul il-ġimgħa kif ukoll fi tmiem il-ġimgħa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li s-servizz għas-Swatar jingħata bin-numru tar-Rotta 169 l-aħħar ħin huwa tal-18.40 ta’ filgħaxija fost il-Ġimgħa, is-Sibt tal-12.40 ta’ wara nofs inhar u l-Ħadd ta’ l-10.30 ta’ filgħodu. Jien infurmat ukoll li għalissa m’ hemmx il-ħsieb li jiġu estiżi l-ħinijiet għas-Swatar, Msida minħabba l-fatt li l-użu ta’ din ir-rotta huwa wieħed minimu . Minkejja dan, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ser jitwaħħal Bus Stop ħdejn l-HSBC Call Centre u dan sabiex l-passiġġier ikun jistà jinqeda permeżż tar-Rotta 75 li topera bejn l-Belt u l-isptarijiet San Luqa u Mater Dei. Il-ħinijiet ta’ din r-rotta huma bejn is-7.15 ta’ filgħodu u 20.10 ta’ filgħaxija mit-Tnejn sal-Ħadd u l-frekwenza hija ta’ bejn 15 jew 20 minuta.

Msida — Triq il-Kunzar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa l-ħsieb li tiġi asfaltata Triq il-Kunzar, Msida billi r-residenti ġew mgħarrfa li dan mhuwiex responsabbilta' tal-kunsill lokali?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-asphalting ta’ din it-triq ser issir il-ġimgħa li ġejja.

Kampanja pubbliċitarja — Viżjoni għall-port il-kbir

Question

Billi l-kampanja pubbliċitarja dwar il-Viżjoni għall-Port il-Kbir ta' Malta hija ffinanzjata minn fondi pubbliċi permezz tal-MITI nnifsu il-Grand Harbour Regeneration Corporation, jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq s'issa fuq riklami u pubbliċita' oħra kif ukoll kemm maħsub li jintefaq fix-xhur li ġejjin u x'advertising budgetary allocation totali hemm?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kampanja pubbliċitarja tal-Grand Harbour Regenaration Corporation, li qed issir sabiex issir konsultazzjoni pubblika wiesgħa kemm jista jkun, sal-21 ta’ Settembru 2007 intefqu Lm17,806. Huwa maħsub li mit-22 ta’ Settembru 2007 sa l-aħħar tas-sena 2007 ser jintefqu Lm57,429. L-ammont totali tal-advertising budget hu ta’ Lm75,235.

ITS — Ħaddiema b'kuntratt

Question

Ma jaħsibx il-Ministru li m'għandux ikun aċċettabbli għall-ETC li organiżżazzjoni governattiva bħall-ITS li għandha għadd ta' ħaddiema f'diversi gradi li ilhom jaħdmu magħha aktar minn 15-il sena għadhom b'kuntratt li ilu jiġġedded kull xahrejn?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-impjegati b'kuntratt definit ma' l-ITS, qed ikollhom il-pozizzjoni tagħhom ezaminata fid-dawl tal-Legal Notice 51/07 biex jiġi determinat l-istatus tagħhom fil-futur.

Msida — Triq C De Brockdorff

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-gvern ċentrali jkompli bl-asfaltar dawk il-partijiet ta' Triq C De Brockdorff, Msida li jirrikjedu attenzjoni,speċjalment mix-showroom ta' FX Borg 'l isfel lejn il-Gżira?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi peress li din it-parti tat-triq għadha qatt ma saret, il-bini tagħha għandu jsir mill-Awtorita’ tat-Trasport. Għaldaqstant din it-triq ser tiġi nkluża mat-toroq li jridu jsiru.

San Gwann — Triq Qronfol

Question

B'referenza għall-mistoqsija preċedenti tiegħi dwar traffiku fi Qronfol Street, San Gwann, nixtieq ngħarrfek li mhux talli mhux qed ikun hemm viġilanza mill-pulizija dwar l-istorjbu li regolarment jibqa' għaddej sa tard bil-lejl fil-pjazza ta' quddiem Qronfol Street, San Gwann, iżda meta riċentement saru rapporti l-għassa tal-pulizija l-ewwel insistew li min irrapporta kellu jagħmel rapport formali u aktar tard qalu li ma kellhomx nies u jew trasport biżżejjed biex imorru on site. Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jittieħdu l-passi effettivi għaliex ta' kuljum qed jinġabru żgħażagħ sa tard bil-lejl jilgħabu l-football sa tefgħa ta' ġebla 'l bogħod mir-residenti u jagħmlu storbju u għajjat kbir biex ma nsemmix wkoll il-ħmieġ u telqa li jħallu warajhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ta' San Gwann jaffetwaw rondi bil-pass, u meta possibli, bil-vettura tal-pulizija fi Triq il-Qronfol u t-toroq tal-madwar. Dawn ir-rondi żdiedu fil-frekwenza matul is-sajf u jsiru in konnesjoni ma' lmenti dwar storbju kkawżat minn żgħażagħ li jinġabru f'din iz-zona residenzjali. Ta' min jgħid ukoll li kull meta l-pulizija ipproċediet lejn l-akwata in kwistjoni fuq ilmenti speċifiċi tar-residenti, irriżulta li l-inkonvenjent irrappurata ma kienx qed iseħħ. Se nerġa' nirreferi l-każ lill-Pulizija ħalli jibqgħu jissorveljaw diz-zona.

Sleeping Policeman

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir sleeping policeman fi Triq il-Ħida, Kappara, San Gwann minħabba l-ispeed qawwi li jgħaddu bih is-sewwieqa f'diversi ħinijiet tal-ġurnata?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn ricerka li saret fir-records tat-Taqsima ghall-Immanigjar tat-Traffiku irrizulta li ma kien hemm l-ebda talba mill-kunsill lokali jew mill-pubbliku ghal ‘road hump’ fi Triq Hida. Izda, it-Taqsima ghall-Immanigjar tat-Traffiku, flimkien mar-residenti ta’ ta’ l-inhawi w mal-kunsill lokali, implimenta diversi mizuri f’din l-akwata sabiex jittejbu l-livelli ta’ sigurta fit-triq.