Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #28176 Sitting 569 2007-10-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Taxxi, tariffi u miżati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2007? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (FRENDO, MICHAEL)

F'dan il--perjodu il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin neħħa d-Drittijiet li kienu jitħallsu fuq awtentikazzjoni ta' ċertifikati u, jew dokumenti ta' adozzjoni ta' tfal minn pajjiżi barranin kif awtorizzati mill-Awtorita' Ċentrali appuntati bl-Ordni Dwar Tifsira ta' Adozzjoni Barranija. Dawn id-Drittijiet kienu jammontaw għal Lm 5 kull apostile. Din il-miżura daħlet fis-seħħ b'effett mis-17 t'Awissu 2007 permezz ta' Avviż Legali 233 ta' l-2007.
Leg 10 PQ #28177 Sitting 569 2007-10-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Taxxi, tariffi u miżati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2007? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-tibdil fit-taxxi, tariffi u miżati mill-entitajiet li tagħhom huma responsabli minnhom il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura huma hekk kif ġej: Tnaqies ta Lm 0.50 mill biljetti tad-dħul tal-Karnival tas-Sibt filgħaxija u l-Ħadd. Tneħħiet il-kontribuzzjoni ta' Lm25.00 dovuta lill-Awtorita Maltija għat-Turiżmu mill-familji li jospitaw studenti jew turisti. B'din il-mizura bbenefikaw 1405 familja. Tnaqsu b' 25 fil-mija l-liċenzji maħruġa mill-Awtorita Maltija għat-Turiżmu għal l-operaturi turistiċi f'Għawdex kollha. B'din il-miżura bbenefikaw 1196 il-operatur.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Taxxi, tariffi u miżati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2007? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għada qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Riżorsi u Infrastruttura — Taxxi, tariffi u miżati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2007? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u Settembru 2007 fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, fid-dekasteru u l-enti li jaqgħu taħtu ma ddaħħlu jew ġew riveduti l-ebda taxxi, tariffi jew miżati.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Taxxi, tariffi u miżati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2007? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Kif tindika t-tabella annessa, t-tariffi kienu ġeneralment imniżżla l-isfel.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Taxxi, tariffi u miżati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2007? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Queen's Head Pub

Question

Qed jaslulna diversi lmenti minn residenti fi Triq it-Tamar u tal-madwar fuq bar bl-isem, Queen's Head Pub. Allegatament, dan il-bar qed jibqa' miftuħ wara s-siegħa ta' filgħodu u barra mill-istorbju li jiġġenera barra bħal dan, qed ikun hemm mużika amplifikata qawwija li qed tkun ta' inkonvenjent u dwejjaq lir-residenti msemmija. Jidher li saħansitra nkitbu ittri lill-Prim Ministru (18-9-06) u lill-Kummissarju tal-Pulizija (9-3-07) dwar dan. Jista' l-Viċi Prim Ministru għalhekk jinfurmani x'passi ttieħdu s'issa u x'passi ser jittieħdu fil-futur qrib biex sid dan il-bar jinġieb konformi mal-liġi u ma jkunx aktar ta' inkonvenjent għal dawn ir-residenti?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jiena tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 27569.

Delegazzjoni fl-Awstralja

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27828 u 27385 u jgħid x'kienet in-nefqa totali taż-żjara tiegħu u tad-delegazzjoni fl-Awstralja, inkluż l-passaġġi ta' l-ajru, etc?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Żjara fl-Awstralja

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27827 u 27386 u jgħid min kienu l-membri kollha tad-delegazzjoni li akkumpanjatu l-Awstralja u min kienu l-ġurnalisti u rappreżentanti tal-media li telgħu miegħu? Huwa minnu li fosthom kien hemm ta' Where's Everybody? X'arranġamenti finanzjarji saru dwar l-akkumpanjament u l-vjaġġi u akkomodazzjoni u ikel tal-ġurnalisti li kellu miegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

OPM — Taxxi, tariffi u miżati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2007? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ġustizzja u Intern — Taxxi, tariffi u miżati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2007? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (BORG, TONIO)

Għal dak li jirrigwardja d-dekasteru tiegħi ninsab infurmat kif ġej:- Għar rigward tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali, ġie ppublikat Avviż Legali (A.L. 83 ta' l-2007) li permezz tiegħu id-Dipartiment jista' jitlob ħlas għall-produzzjoni ta' mappa ta' xi lokalita' kif ġej: a) ħlas ta' Lm17 għal kull mappa żejda (jiġifieri barra minn dik li tingħata bla ħlas lill-Kunsill meta jsir l-inventarju tiegħu) mitluba minn Kunsill Lokali; b) ħlas ta' Lm43 għal kull mappa mitluba minn xi Dipartiment tal-Gvern jew xi entita' tal-Gvern; u c) ħlas ta' Lm86 għal kull mappa mitluba minn kull entita' privata oħra.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Taxxi, tariffi u miżati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2007? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma jirriżultax li kien hemm introduzzjoni/reviżjoni ta' taxxi, tariffi jew miżati.

Madliena — Triq il-Markiż

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li tiġi rranġata l-parti ta' Triq il-Markiż, Madliena li tagħti għal Triq ta' Stronka fejn tagħlaq f'forma ta' lenbut?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi, Triq il-Markiż Scicluna ġiet mibnija skond il-'formation' eżistenti fuq il-post. Il-parti tat-tarf ta' Triq il-Markiż Scicluna kantuniera ma' Triq Stronka ma kinietx ġiet espropjata kif suppost mill-izvuluppaturi ta' din it-triq u l-ADT qatt ma ntalbet biex tagħmel l-espropjazzjoni f'isimhom. Ma dana kollu l-ADT xorta qed tikkontribwixxi biex din it-triq tinbena, għalkemm mhux għal wisa li suppost, billi qed jiżżarma ħajt wisa li kien hemm man-naħa ta' l-għelieqi u dan qed jinbidel għal ħajt idjaq.

San Gwann — Take away

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27470 u cioe: B'referenza għall-fond f'Bellavista Street, San Ġwann, li dwaru kien inħareġ permess u li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, minkejja l-oġġezzjonijiet ta' għadd ta' resident u billi allegatament dan qed jikser diversi klawżoli tal-permess tal-MEPA, primarjament dwar location ta' l-airconditioning units u anke dwar cooking fumesu rwejjaħ li jagħtu direttament għall-abitat li kważi jmiss miegħu, jista' l-Ministru jawtorizza li jittieħdu passi minħabba dan l-allegat ksur tal-permess tal-MEPA?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-permess li għalih jirreferi l-Onorevoli Interpellant huwa permess approvat mill-Bord ta' l-Appell. Ninsab infurmat li wara investigazzjoni mis-sezzjoni ta' l-Infurzar ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) irriżulta li twaħħal air-condition unit mal-faċċata tas-sit u għaldaqstant inħareġ Avviż ta' Twettiq ECF624/07. Sadanittant, fuq il-kumplament ta' l-allegazzjonijiet qed issir investigazzjoni jekk hemmx ksur tal-permessi maħruġa.

Msida — Triq C. De Brockdorff

Question

B'referenza għat-tweġiba li ngħatajt mill-Ministru Mugliett dwar art fi Triq C. De Brockdorff, Msida jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemm xi ħsieb li tiġi esproprijata l-art in kwestjoni, u jekk iva meta mistenni jsir dan?

Response (BORG, TONIO)

Id-Dipartiment ta' l-Artijiet jesproprija art meta jkollu talba biex jagħmel dan minn xi Dipartiment jew Entita' tal-Gvern. Ninsab infurmat illi fil-preżent id-Dipartiment tal-Artijiet ma għandu l-ebda talba pendenti biex jesproprija art fi Triq C De Brockdorff, Msida.

MCAST

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li studenti full timefil-Foundation Courses tal-ICT fl-MCAST qed ikollhom jattendu xi lezzjonijiet sa tard mill-4.30 sa 7.00 pm minħabba li għalliem part-time allegatament ma jkunx jista' jattendi qabel għax jgħallem x'imkien ieħor?

Response (GALEA, LOUIS)

L-ewwelnett għandu jiġi notat li l-MCAST mhux skola izda istituzzjoni ta' l-edukazzjoni vokazzjonali u taħriġ li tkun miftuħa sa filgħaxija skond il-bzonnijiet ta' studenti zgħazagħ u adulti. Informat li r-raġuni li studenti full-time fil-Foundation Courses ta' l-ICT fl-MCAST qed ikollhom jattendu xi lezzjonijiet filgħaxija, hi minħabba li n-numru ta' applikanti kien kbir ħafna u l-MCAST ried li jakkomodahom kollha.

Regional Road — Zebra crossing

Question

Għalkemm napprezza li Triq Reġjonali hija a fast road jista' l-Ministru jara li ssir xi forma ta' zebra crossing mill-parti li tagħti mill-Kappara, min-naħa tat-tarf ta' Triq G. Despott, aktar u aktar minkejja li l-bypass ta' Birkirkara hija wkoll fast roadu hemm diversi zebra crossings u lights?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Maħfriet Presidenzjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27316 u 27611 u jgħid kemm kien hemm maħfriet presidenzjali minn Mejju 1987 'il quddiem, lil min saru, taħt liema ċirkustanzi saru, għaliex saru u minn min ġew awtorizzati fuq livell ta' gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27316.

Maħfriet presidenzjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm maħfriet presidenzjali minn Mejju 1987 'il quddiem, lil min saru, taħt liema ċirkustanzi saru, għaliex saru u minn min ġew awtorizzati fuq livell ta' gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella aġġornata tal-Maħfriet Presidenzjali li ngħataw sal-5 ta’ Settembru 2007. Dwar il-Maħfriet Presidenzjali li ngħataw bejn l-1997 u l-2006 (Ottubru), nirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20849 fis-Seduta Numru 448 tal-31 ta’ Ottubru 2006, kif ukoll għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25227 fis-Seduta Numru 542 tat-23 ta’ Mejju 2001, fil-Leġislaturi ta’ qabel. Dwar l-informazzjoni għas-snin ta’ qabel, ninsab infurmat illi din mhiex disponibbli f’forma kompjuterizzata, iżda trid tinġabar minn files wieħed wieħed. Dawn jammontaw għal mijiet ta’ files meta tikkonsidra l-perijodu hekk fit-tul li dwaru qed tintalab l-informazzjoni. Bħala regola, Maħfra Presidenzjali tingħata fuq parir tal-Ministru tal-Ġustizzja, ħlief fil-każ ta’ traffikar ta’ drogi fejn il-parir jingħata mill-Kabinett.