Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29106 u jara li l-Universita' tgħidilna kemm se jiggradwaw studenti bid-Dottorat fl-IT, din is-sena?
Kemm hemm studenti li qegħdin jirriċerkaw il-qasam ta' l-IT fil-livell ta' Dottorat?
Kemm hemm studenti Maltin u barranin jistudjaw l-IT fil-livell post-gradwali?
Tista' tagħtina lista ta' pubblikazzjonijiet minn akkademiċi lokali fil-qasam ta' l-IT?
Tista' tgħidilna meta l-proġett tal-bini tal-Fakulta se jibda u jispiċċa?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29185 u jara li jiġi kkunsidrat is-servizz tat-trasport pubbliku li jaqdi r-residenti tal-Kappara li joqogħdu fl-inħawi ta' Triq l-Isponsun minħabba l-mixja twila li llum qed ikollhom jagħmlu biex jinqdew b'dan is-servizz?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu s-salarju li għandu bħalissa d-direttur ta' l-Institute of Information and Communication Technology fl-MCAST Main Campus? Meta ġie fis-seħħ dan il-kuntratt u meta mistenni jiskadi?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif il-Gvern Malti qed iħares lejn il-kunċett ta' EU watchdog dwar is-servizzi finanzjarji li ċerti pajjiżi jixtiequ jaslu għalih filwaqt li oħrajn bħar-Renju Unit huma xettiċi dwaru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab tal-fehma li għadu kmieni u prematur li wieħed jikkunsidra l-ipotesi li jitwaqqaf regolatur uniku sabiex iservi bħal watchdog għas-setturi kollha tas-servizzi finanzjarji għall-Unjoni Ewropea kollha. Għalkemm idejat simili ġieli jissemgħew f’eżerċizzji akkademiċi, sa issa kull membru ta’ l-Unjoni Ewropea seta’ jżomm l-arranġamenti superviżorji tiegħu f’dawn is-setturi, u ma jirriżultalniex li hemm xi ħsieb konkret sabiex din il-pożizzjoni tinbidel. F’dan il-kuntest, wieħed għandu jiftakar ukoll li l-prinċipju tas-sussidjarjetà jista’ jagħmel it-twettiq ta’ dan il-ħsieb ħafna aktar diffiċli. Fi kwalunkwe każ, pass bħal dan jieħu ż-żmien għax ikun jeħtieġ mhux biss kunsens politiku mill-istati membri imma anke studji estensivi u fil-fond sabiex jingħarfu sew il-vantaġġi u l-iżvantaġġi.
Tista' l-Ministru tgħid fhiex waslet l-applikazzjoni għall-installazzjoni tal-lift fi blokk ta' appartamenti, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li d-depożitu dwaru sar fil-1 ta' Settembru 2005?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant qed tiġi proċessata mill-MEPA.
Ninsab infurmata wkoll li hekk kif l-Awtorita’ tad-Djar tirċievi l-permess meħtieġ tkun tista’ tibda tipprepara s-sejħa għall-offerti biex isiru x-xogħlijiet.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-kriterji tal-Housing Authority dwar sussidju fuq xiri ta' chair lifts f'residenzi privati fejn hemm każi mediċi ġustifikati? Kemm ilha fis-seħħ din l-iskema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li biex persuna tibbenefika minn sussidju għax-xiri ta’ chairlift taħt Skema 7 ta’ l-Awtorita’ tad-Djar trid tippreżenta evidenza, permezz ta’ ċertifikat mediku, għall-ħtieġa ta’ tali apparat. Kriterji oħra biex jingħata dan is-sussidju huma li l-post fejn ikun ser jiġi stallat iċ-chairlift ma jridx ikun wieħed substandard u l-assi ta’ l-applikant ma jridux jaqbżu Lm10,000, jekk l-applikant ikun is-sid tal-post.
Ninsab infurmata wkoll li din l-iskema daħlet fis-seħħ fit-8 ta’ Ottubru 1999.
Jista' l-Ministru jara li jiġi kkunsidrat is-servizz tat-trasport pubbliku li jaqdi r-residenti tal-Kappara li joqogħdu fl-inħawi ta' Triq l-Isponsun minħabba l-mixja twila li llum qed ikollhom jagħmlu biex jinqdew b'dan is-servizz?
Jista' l-Ministru gentilment iwiegeb dawn il-mistoqsijiet li qajjimt fl-intervent tiegħi dwar l-estimi tal-budget li jirrigwardaw il-Ministeru tiegħu u li baqgħu bla twegiba:
- X’inhi r-reazzjoni tal-Gvern għall-fatt li skond il-Eurostat fejn jidħlu żgħażagħ Maltin bejn is-16 u 24 sena għandna fost l-aktar
ranking
baxx fost il-pajjizi tal-UE kemm fejn jidħol użu tal-
Internet
fuq medja ta’ mill-inqas darba fil-gimgħa kif wkoll fejn jidħlu żgħażagħ ta’ l-istess eta’ li huma meqjusa li għandhom
computer skills
għoljin?
- Meta mistenni l-Ministru jippublika lista waħda sħiħa u komprensiva ta’dawk it-
tenders
kollha kbar tal-ICT ta’ miljuni ta’ liri li il-Kap tas-Segretarjat Privat tieghu serva fuq l-
adjudication
jew
evaluation boards
tagħhom u f’ċerti każi anki bhala
Chairman
ta’ uħud minn dawn il-
boards
?
- Jista' jippublika lista sħiħa tat-
targets
tal-pjan strategiku tal-informatika 2004-06 li ma ġewx milħuqa sa tmiem il-pjan?
- X’wassal il-Gvern biex jagħti il-kuntratt tal-informatika tal-Mater Dei b’
direct order
lill-kumpanija li la tipprovdi
hardware
jew
software
u li hija semplici
outsourcing company
li tfittex
providers
għas-servizzi jew prodotti meħtiega ‘
at a cost
’ bil-Gvern Malti igorr in-nefqa addizzjonali a spejjez tat-
tax payers
Maltin u Għawdxin?
- Kif jispjega il-fatt li wieħed mill-
modules
fil-Mater Dei li gie msejjah STATE OF THE ART huwa identiku għal wiehed li id-dipartiment tas-Sigurta’ Socjali jridu jwarrbu għaliex iqisuh antikwat?
- X’wassal biex
tender
dwar Schengen li il-MITTS kienet ħarget u ippublikat fuq il-
web site
tagħha, għeb wara ftit minkejja li it-
Technical Adjudication Panel
ikkonkluda l-
Adjudication Report
u għaliex ir-
recommended bidder
dwar l-istess
tender
gie irrifjutat mill-
isteering committee
?
- Fhiex wasal l-IT
Leasing Tender
u għaliex il-PCs godda fid-dipartiment tal-Gvern ma issemmew fl-ebda mod fid-diskors tal-Budget jew fl-intervent tal-Ministru?
- Huwa minnu li meta sar il-
financial analysis
ta’ dan it-
tender
tal-
leasing
instab li ma kienx jinkludi items li jirrigwardaw l-
implementation
u l-
installation tasks
?
- Filwaqt li ntenni l-awguri tieghi li Malta giet ikklasifikata it-tieni fl-informatika tal-Gvern minn CAP GEMINI f’isem l-Unjoni Ewropea, huwa minnu li l-Licensing and Testing li rebħu ħafna punti lill-Gvern lanqas kellhom is-sistemi jaħdmu meta saret l-evalwazzjoni, l-
application
kienet għadha
under construction
mill-kumpanija ALERT SUPPLIERS?
- Kemm kien hemm
vehicles
irregistrati
on line
sa qabel ma sar l-istess
benchmarking exercise
?
- L-istess jghodd għall-evalwazzjoni li saret dwar eVAT. Kemm saru e-VAT
transacations
sakemm sar din il-
benchmarking
?
- Kif u fejn intefqu il-Lm20m imwiegħda f’infieq minn Microsoft f’pajjizna billi fl-intervent tiegħu il-Ministru ikkonferma li dawn il-flus mwiegħda intefqu kollha fiz-zmien stipulat?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informażżjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx nies mis-segretarjat tiegħu involuti fit-tmexxija tal-kumpanija MALTA GOVERNMENT TECHNOLOGY INVESTMENTS LTD.?
X’kienet il-ħidma ewlenija ta’ din il-kumpanija kemm ilha mwaqqfa?
Huwa minnu li certi Private Training Providers iffirmaw ftehim ma din il-kumpanija fejn gew mitluba/mistiedna jieħdu studenti li ma kienx hemm post jew għalliema għalihom fl-MCAST? B’kemm gew iffinanzjati dawn il-PTPs s’issa?
Kemm kien hemm studenti li gew iffinanzjati minn din l-iskema?
Kemm kien hemm PTPs li ibbenefikaw minn din l-iskema? U liema kienu?
Huwa minnu li din il-kumpanija qeghda f’mod indirett tiffinanzja
extra top up allowances
li ġieli jlaħħqu madwar Lm2500 il-persuna fis-sena sabiex ma jkunx hemm
drain
ta’ għalliema fl-ICT Institute tal-MCAST?
Huwa minnu li sa ftit zmien ilu id-Direttur ta’ dan l-Istitut kien qed jitħallas is-salarju tiegħu mill-kumpanija Maltacom billi huwa mifhum li il-pakkett finanzjarju li kellu kien ferm ogħla mill-istrutturi ta’ pagi permessi mill-Gvern fi hdan il-qafas tal-istruttura tal-pagi tal-istess Kullegg?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Minkejja li t-taqsima tal-consumer complaints unit tal-MFSA hija mifhuma li tagħmel xogħol tajjeb, jista' l-Prim Ministru jara li jkun hemm aktar viġilanza fuq kif ċerti banek kummerċjali li jużaw hard cell tactics meta ibiegħu Wealth Management products speċjalment fejn jidħlu Overseas Funds għaliex spiss niltaqa' ma' nies li ma jkunux konxji ta' riskji u opportunitajiet ta' dak li jkunu deħlin għalih bi flushom stess? Dan minħabba l-kummissjonijiet għolja li huma mifhuma li jaqilgħu uħud minn dawn l-uffiċjali fuq bejgħ ta' prodotti simili. Dan għandu japplika għas-settur tas-servizi finanzjarji kollu kemm hu, mhux biss għal dak bankarju, possibilment billi jkun hemm customer awareness akbar dwar l-implikazzjonijiet tat-teħid ta' dawn id-deċiżjonijeit ta' investiment.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta ilha għal dawn l-aħħar snin tuża’ l-mezzi tal-media popolari biex tiggwida lill-pubbliku dwar aspetti differenti relatati mal-investimenti u x’prekawzjonijiet għandu jieħu investitur biex, qabel ma jinvesti, jiżen u jifli sew ir-rakkomandazzjonijiet li jsirulu minn operaturi liċenzjati biex jipprovdu das-servizz. Min-naħa l-oħra, l-MFSA tibqa’ dejjem viġilanti għar-rapporti li jidħlulha dwar prattiċi ta’ bejgħ ta’ investimenti u prodotti oħra finanzjarji li ma jirriflettux tajjeb fuq is-settur u li jikkrejaw riskji mhux aċċettabbli għall-konsumatur.
Għad hawn ħafna investituri li ma jqisux sew l-għażliet li jkollhom quddiemhom u ma jieħdux deċiżjoni nfurmata meta jinvestu. Jintebħu bl-għażliet żbaljati tagħhom meta ħafna drabi jkun tard wisq, avolja jkun ingħatalhom dokumentazzjoni li tispjegalhom il-prodott kif jaħdem u x’jista’ jirrendi. Importanti li l-konsumatur jaqra d-dokumentazzjoni li tingħatalu, u ma jaqbadx u jiffirma dokumenti qabel ma jkun fehem sew xi jkun qed jiffirma. L-MFSA se tkompli tuża’ l-media biex tkompli teduka lill-konsumaturi tas-servizzi finanzjarji b’tagħrif imparzjali dwar is-servizzi finanzjarji.
Jista' l-Ministru jikkonferma meta sar l-ewwel pagament tal-Concession Fee mill-car park manager ta' l-iSptar Mater Dei? Jista' jgħid jekk wara li l-Prim Ministru ddeċieda li jiġu riveduti l-fees tal-parking ta' l-iSptar Mater Dei hux sejjer joħroġ tender ġdid jew jidħol f'diskussjonijiet mat-tender's kollha li kienu ħadu sehem f'tender FMS 528/mdh/06 peress li issa jidher li sejrin jitbidlu l-kondizzjonijiet ta' l-istess tender?
Jista' l-Ministru jara li l-Universita' tgħidilna kemm se jiggradwaw studenti bid-Dottorat fl-IT, din is-sena?
Kemm hemm studenti li qegħdin jirriċerkaw il-qasam ta' l-IT fil-livell ta' Dottorat?
Kemm hemm studenti Maltin u barranin jistudjaw l-IT fil-livell post-gradwali?
Tista' tagħtina lista ta' pubblikazzjonijiet minn akkademiċi lokali fil-qasam ta' l-IT?
Tista' tgħidilna meta l-proġett tal-bini tal-Fakulta se jibda u jispiċċa?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-awtoritajiet Maltin għandhomx database dwar persuni bi bżonnijiet speċjali b’dettalji speċifiċi dwar id-diżabilita’ fiżika jew mentali li għandhom? Dan fil-fehma tiegħi huwa meħtieġ sabiex kwalunkwe gvern tal-ġurnata jkun jista' jippjana aħjar għall-ġejjieni, speċjalment għal dawk it-tfal jew persuni bi bżonnijiet speċjali li għandhom bżonn attenzjoni sħiħa u li jistgħu jispiċċaw waħedhom jekk jiġu nieqsa l-ġenituri tagħhom jew ma jkollhomx qraba li jistgħu jagħtuhom l-attenzjoni li jinħtieġu?
Jekk le, x’hemm ippjanat għall-ġejjieni u liema kejl qed juża l-Gvern bħalissa biex ikun jaf il-gravita’ ta’ dawn il-problemi umanitarji u soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' żżomm database ta' persuni li, volontarjament, jirregistraw magħha bħala persuni b'diżabilita'. Din id-database tinkludi t-tip ta' diżabilita' tal-persuni reġistrati u l-istatistika minn din id-database tiġi ppubblikata fir-rapporti annwali tal-Kummissjoni, liema rapporti jinstabu fuq il-website tal-Kummissjoni.
Għalkemm m'hemmx dubju li l-ippjanar f'dan il-qasam jibbenefika minn statistika bi klassifikazzjoni ta' diżabilita' aktar komprensiva u dettaljata, żgur li l-Onor. Interpellant jifhem li dan mhux possibbli jekk ir-reġistrazzjoni ma tkunx waħda tassattiva, xi ħaġa li l-Gvern m'għandux ħsieb li jagħmel. Barra minn hekk, wieħed ma jistax jinjora l-fatt li l-gravita' tad-diżabilita' tista' tinbidel matul iż-żmien wara li persuna tkun irreġistrat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 28843 u 28966 u cioe' : Minkejja li t-taqsima tal-consumer complaints unit tal-MFSA hija mifhuma li tagħmel xogħol tajjeb, jista' l-Prim Ministru jara li jkun hemm aktar viġilanza fuq kif ċerti banek kummerċjali li jużaw hard cell tactics meta ibiegħu Wealth Management products speċjalment fejn jidħlu Overseas Funds għaliex spiss niltaqa' ma' nies li ma jkunux konxji ta' riskji u opportunitajiet ta' dak li jkunu deħlin għalih bi flushom stess? Dan minħabba l-kummissjonijiet għolja li huma mifhuma li jaqilgħu uħud minn dawn l-uffiċjali fuq bejgħ ta' prodotti simili. Dan għandu japplika għas-settur tas-servizi finanzjarji kollu kemm hu, mhux biss għal dak bankarju, possibilment billi jkun hemm customer awareness akbar dwar l-implikazzjonijiet tat-teħid ta' dawn id-deċiżjonijeit ta' investiment.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28843.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 28797 u 28964 u jikkunsidra li jnaqqas it-taxxa tad-dħul minn fuq dik il-parti tal-paga li konjugi separati jkunu obbligati li jħallsu f'manteniment għat-tfal tagħhom lill-parti l-oħra anke meta ma jkollhomx kustodja fuq dawn it-tfal sakemm dan kollu jkun qed isir skond digriet tal-Qorti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-manteniment imħallas (bħala eżempju) mir-raġel lill-mara fir-rigward tat-tfal tagħhom m’huwiex deduċibbli mid-dħul tiegħu iżda huwa eżenti f’idejn il-mara. Għalhekk l-income huwa ntaxxat darba biss.
Kieku l-koppja miżżewġa ma kinitx separata, id-dħul tar-raġel kien ikun kollu taxxabbli avolja xorta kien ikun qed imantni lit-tfal.
Tista' l-Ministru tara li tiġi riveduta l-kirja tal-fond f'isem il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, billi dan l-aħħar l-inkwilin tilef lil martu li kienet intitolata għall-pensjoni wkoll u b'hekk id-dħul totali naqas?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma nfurmatx lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali bit-tibdil fiċ-ċirkostanzi tagħha. Għalhekk nitolbu jagħtiha parir li tmur it-taqsima tal-Customer Care tad-Dipartiment biex tirrapporta dan it-tibdil u tieħu magħha id-dokumenti li juru d-dħul tagħha preżenti u ċ-ċertifikat tal-mewt tal-konjuġi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x’qed iżomm lill-pulizija duty fl-għassa ta’ San Ġiljan milli jċemplu regolarment lil tat-towing services billi kważi ta’ kull fil-għaxija, fil-ħinijiet wara li jintemm il-ħin tad-duty tal-wardens qed ikun hemm karrozzi pparkjati fuq il-yellow lines ħdejn pub li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, bil-konsegwenza li s-sidien ta’ madwar 30 garage space lanqas biss ikunu jistgħu jidħlu u joħorġu bil-liberta’ mill-garages tagħhom u dan minkejja t-telefonati ripetuti tar-residenti lill-għassa kkonċernata?
Jista' jgħid x’passi qed jittieħdu regolarment mill-pulizija kull meta dan l-istabbiliment jibqa' għaddej bl-għajjat u bil-mużika sas-siegħat bikrin ta’ filgħodu speċjalment fi tmiem il-ġimgħa jew kull meta jkun hemm logħob kompetittiv fuq it-televiżjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija regolarment tagħmel ronda fit-triq imsemmija għall kull ksur ta' liġi, inkluż kontravenzjonijiet tat-traffiku. Kull meta l-Pulizija kellha lment minn xi sid ta' garaxx li l-entratura għall-garaxx tiegħu kienet qed tkun ostakolata minn xi vettura oħra, il-Pulizija dejjem ħadet azzjoni billi ssejjaħ it-tow truck. Jekk sakemm jasal it-tow truck, jilħaq jasal id-driver tal-vettura li tkun qed tikkaġuna l-ostakolu, dan jitħalla jsuq il-vettura u tinħariġlu ċitazzjoni. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi anke' f'dan ir-rigward il-Pulizija tieħu passi skond il-liġi kull meta jkun il-każ.
B’referenza għat-tweġiba tad-Direttur Estate Management tal-Government Property Division lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li l-plot ta' ħamrija f’din it-triq f'San Gwann hija tal-gvern u vakanti, jista' l-Prim Ministru jgħid x’passi immedjati se jieħu l-gvern billi din qed tigi wżata minn terzi b’inkonvenjent għar-residenti tat-triq imsemmija? Site inspection mill-ewwel turi l-gravita’ u l-abbuż tas-sitwazzjoni.
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-futur qarib it-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern ser toħroġ sejħa għall-offerti għall-kiri tal-biċċa art li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant.