Jista' l-Ministru jghid jekk hux beħsiebu jkun hemm xi tibdil dwar il-kwalifika tal-ECDL fis-sillabu tal-iskejjel tal-Gvern? Jista’ jikkonferma jekk l-ECDL hux se jinżammx jew se jitneħħa mis-sillabu tal-iskejjel sekondarji tal-Gvern? Jekk hu mistenni li l-ECDL jitneħħa mis-sillabu tal-iskejjel sekondarji tal-Gvern, jista’ jagħti r-raġunijiet ewlenin għaliex ittieħdet din id-deċiżjoni? Jista’ jgħid liema kwalifika se tieħu post l-ECDL fl-iskejjel sekondarji tal-Istat? Jekk hemm kwalifika oħra li ġiet identifikata, jista’ jgħid x’rikonoxximent internazzjonali għandu ċ-ċertifikat ta’ din il-kwalifika ġdida li se jibdew jingħataw l-istudenti meta mqabbla mal-ECDL? F’dan il-każ, meta se tidħol fis-seħħ fis-sillabu, din il-kwalifika l-gdida?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-‘Information Communication Technology’ (ICT) f’pajjiżna sal-lum ma kellux programm għalih u għaldaqstant l-ECDL mela dak il-vojt għal numru ta’ snin. Hekk kif kien maħsub fil-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali (National Curriculum Framework – 2012), bħala parti mill-proġett tal-Qafas għall-Kisbiet (Learning Outcomes Framework), ġie żviluppat programm tal-ICT li jwassal sal-livell 3 tal-Qafas Malti għall-Kwalifiċi (Malta Qualifications Framework – MQF), u li se jkollu kwalifika ta’ SEC, maħruġa mill-Bord tal-Matsec.
Dan il-programm ġdid ta’ tagħlim huwa aġġornament fuq l-ECDL, billi jħares lejn il-ħtiġijiet diġitali tal-istudenti Maltin, fil-kuntest lokali u barrani. Il-programm il-ġdid se jkun qiegħed jagħti ħiliet diġitali lill-istudenti b’mod li ma jintrabat ma’ ebda brand waħda. L-istudenti kollha se jibqgħu jistgħu jersqu għall-ECDL, f’kull ċentru li joffri dan is-suġġett.
Jista’ l-Ministru jispjega jekk fid-dawl ta’ numru rekord ta’ inċidenti tat-traffiku li seħħew matul din is-sena, jaħsibx li r-Road Safety Council li ġie maħtur minnu stess għandux jiġi ridimenzjonat sabiex ikun aktar effettiv?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Road Safety Council, li issa ilu mwaqqaf tmintax-il xahar, irnexxielu joħloq għarfien fuq sigurtà fit-triq u għen sabiex ikun hemm ħidma konġunta mhux biss min-naħa tal-Gvern iżda wkoll bejn entitajiet oħra varji. Matul dawn ix-xhur, membri tal-kunsill kkontribwew f’diversi programmi edukattivi fuq il-mezzi tax-xandir fuq is-suġġett ta’ road safety. Apparti minn hekk, saru diversi kampanji edukattivi fuq sewqan u manutenzjoni ta’ muturi, kif ukoll għal sewqan iktar sikur b’mod ġenerali għas-sewwieqa kollha.
F’dawn l-aħħar ġimgħat il-Kunsill ipparteċipa wkoll waqt il-Freshers’ Week tal-Università fejn il-kampanja Eyes on the Road ġiet imnedija.
Pjanijiet għas-sena d-dieħla jinkludu enfasi akbar fuq kampanji promozzjonali u edukattivi, aġġornar tal-Kodiċi tat-Triq (Highway Code) kif ukoll żjarat f’diversi skejjel sabiex tibqa’ titrawwem kuxjenza fuq sewqan sikur.
Jista’ l-Ministru jelenka l-pjanijiet li għandu r-Road Safety Council biex jitnaqqsu l-inċidenti tat-traffiku, u jippreżenta dettalji ta’ kampanji edukattivi xahar b’xahar, minn Diċembru 2016 għal Diċembru 2017?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 29039.
Jista’ l-Ministru jgħid min qiegħed jieħu ħsieb l-advertising ta’ Transport Malta? Jista’ jgħid jekk din il-kumpanija/persuna ntgħażlitx wara sejħa pubblika?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta’ riklamar fi ħdan Transport Malta jsir internament mid-dipartiment kkonċernat. Permezz ta’ sejħiet għal stimi (call for quotations), Transport Malta tagħmel xogħolijiet varji ta’ disinn ta’ artwork, stampar u produzzjonijet televizivi kif ukoll tagħmel ukoll placements ta’ riklami b’mod dirett mal-mezzi tax-xandir. Transport Malta tuża wkoll is-servizzi tal-aġenzija MPS biex tieħu ħsieb l-avviżi ġeneriċi tagħha. Din l-aġenzija kienet ġiet magħżula wara sejħa pubblika.
Transport Malta – enforcement fuq il-baħar — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati jaħdmu f‘enforcement fuq il-baħar fi ħdan Transport Malta, maqsuma skont kull grad differenti inklużi dawk maniġerjali u non-overtime grades minn Marzu 2013 sal-ġurnata ta' meta saret din il-mistoqsija parlamentari, kull sena separatament? Jista’ jgħid ukoll għal kull sena separatament;
a. kemm kienet in-nefqa ta' salarju bażiku għall-impjegati kollha li jaqgħu taħt din is-sezzjoni fis-snin imsemmija separatament;
b. kemm kienet in-nefqa ta'
allowances
(inkluż
shift allowance
u
night shift allowance
) għal-impjegati kollha li jaqgħu taħt din is-sezzjoni fis-snin imsemmija separatament;
c. kemm kienet in-nefqa ta'
overtime
għall-impjegati kollha li jaqgħu taħt dawn is-sezzjonijiet fis-snin imsemmija separatament?
Jista’ jagħti din l-informazzjoni fuq l-impjegati fis-sezzjoni ta' infurzar fuq il-baħar b’mod separat? Addizzjonalment, u b’mod separat, jista’ jagħti dettalji dwar jekk kienx hemm impjegati minn sezzjonijiet jew direttorati oħra li għamlu dan it-tip ta' xogħol jew fuq bażi ta' overtime jew fuq xi bażi oħra?
Response (MIZZI, JOE)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ta’ min wieħed iżid li Transport Malta tiġġenera dħul mill-operat tal-enforcement, kemm dak marittimu, kif ukoll dak fuq l-art u relatat ma’ road closures.
Dan id-dħul huwa ndikat hawn taħt:
Sena Maritime Enforcement Land Enforcement
2013 - €296,657
2014 € 2,960 €214,946
2015 €13,777 €862,404
2016 €17,243 €192,176
Transport Malta – enforcement fuq l-art — ħaddiema
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28586, jista' l-Ministru jirrispondi b’referenza għall-impjegati li jaħdmu fuq enforcement fuq l-art fi ħdan Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 28746.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28588, jista' l-Ministru jirrispondi b’referenza għall-impjegati li jaħdmu fuq sigurtà ġenerali fi ħdan Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 28746.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28585 li oriġinarjament saret lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid meta se ssir il-manutenzjoni meħtieġa fuq it-Torri tal-Għargħur, li ilu għal bosta ġimgħat mingħajr dawl u kaġun ta' dan jista' jseħħ xi inċident?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjioni ghadha qed tingabar u ser tinghata f'seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li r-rotta 202 tagħmel l-aħħar vjaġġ tagħha siegħa itwal jiġifieri titlaq mix-xatt fl-10.15 matul il-weekend?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment għal aktar konsiderazzjoni fil-futur qrib.
Jista' l- Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li l-korsijiet tal-evening classes fl-MCAST ġew ikkanċellati għas-semester preżenti, minkejja li kien hemm domanda suffiċjenti? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti raġuni għalfejn ittieħdet din id-deċiżjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li m’huwiex minnu li l-evening classes tal-MCAST ġew kanċellati fis-semestru preżenti. Il-korsijiet qed jinfetħu b‘mod regolari skont id-domanda. Madankollu, kien hemm kors ta' filgħaxija wieħed biss tal-MCAST li ġie kkanċellat f'dan is-semestru minkejja li kien hemm domanda suffiċjenti. Dan sar għal raġunijiet tekniċi u amministrattivi.
MCAST – Korsijiet tal-Evening Classes kanċellati — lista
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-korsijiet tal-MCAST li ġew ikkanċellati għas-semester li beda f'Ottubru/Novembru 2016? Jista' jagħti r-raġuni għal kull kors rispettivament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li kors ta’ filgħaxija wieħed biss tal-MCAST ġie kkanċellat fis-semestru preżenti minkejja li kien hemm domanda suffiċjenti. Dan kien il-kors ta’ Pottery Throwing fejn kien hemm tmien (8) applikanti li tlieta (3) minnhom kellhom skont ta’ 75%. Dan sar minħabba raġunijiet tekniċi u amministrattivi.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se ssir il-manutenzjoni meħtieġa fuq it-Torri tal-Għargħur, li ilu għal bosta ġimgħat mingħajr dawl u li kaġun ta' dan jista' jseħħ xi inċident?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill Onor. Interpellant biex tagħmel l-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid, kemm kien hemm impjegati jaħdmu fuq Enforcement tal-art maqsuma skont kull grad differenti inklużi dawk maniġerjali u non-overtime grades minn Marzu 2013 sal-ġurnata ta' meta saret din il-mistoqsija parlamentari, kull sena separatament? Jista’ jgħid ukoll għal kull sena separatament;
a. kemm kienet in-nefqa ta' salarju bażiku għal impjegati kollha li jaqgħu taħt din is-sezzjoni fis-snin imsemmija separatament;
b. kemm kienet in-nefqa ta'
allowances
(inkluż
shift allowance
u
night shift allowance
) għall-impjegati kollha li jaqgħu taħt din is-sezzjoni fis-snin imsemmija separatament;
c. kemm kienet in-nefqa ta'
road closures
għall-impjegati kollha li jaqgħu taħt dawn is-sezzjonijiet fis-snin imsemmija separatament;
d. kemm kienet in-nefqa ta' overtime għall-impjegati kollha li jaqgħu taħt dawn is-sezzjonijiet fis-snin imsemmija separatament?
Jista’ jagħti din l-informazzjoni fuq l-impjegati fis-sezzjoni ta' infurzar tal-art b’mod separat? Addizjonalment, u b’mod separat, jista’ jagħti dettalji dwar jekk kienx hemm impjegati minn sezzjonijiet jew direttorati oħra li għamlu dan it-tip ta' xogħol jew fuq bażi ta'
overtime
jew fuq xi bażi oħra?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika f’ liema entita’/ awtorita’ / Dipartiment iwettqu l-ħidma tagħhom l-impjegati li qed tirreferi għalihom f’din il-Mistoqsija.
Jista’ l-Ministru jgħid, kemm kien hemm impjegati jaħdmu fuq Enforcement tal-baħar maqsuma skont kull grad differenti inklu¿i dawk maniġerjali u non-overtime grades minn Marzu 2013 sal-ġurnata ta' meta saret din il-mistoqsija parlamentari, kull sena separatament? Jista’ jgħid ukoll għal kull sena separatament;
a. kemm kienet in-nefqa ta' salarju bażiku għall-impjegati kollha li jaqgħu taħt din is-sezzjoni fis-snin imsemmija separatament;
b. kemm kienet in-nefqa ta'
allowances
(inkluż
shift allowance
u
night shift allowance
) għal-impjegati kollha li jaqgħu taħt din is-sezzjoni fis-snin imsemmija separatament;
c. kemm kienet in-nefqa ta'
road closures
għall-impjegati kollha li jaqgħu taħt dawn is-sezzjonijiet fis-snin imsemmija separatament;
d. kemm kienet in-nefqa ta'
overtime
għall-impjegati kollha li jaqgħu taħt dawn is-sezzjonijiet fis-snin imsemmija separatament?
Jista’ jagħti din l-informazzjoni fuq l-impjegati fis-sezzjoni ta' infurzar tal-baħar b’mod separat? Addizjonalment, u b’mod separat, jista’ jagħti dettalji dwar jekk kienx hemm impjegati minn sezzjonijiet jew direttorati oħra li għamlu dan it-tip ta' xogħol jew fuq bażi ta' overtime jew fuq xi bażi oħra?
Response (MIZZI, JOE)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 28586, nitlobha ukoll li tippreċiża l-Mistoqsija tagħha peress li ma nista’ nara l-ebda mod kif jistgħu jsiru road closures fuq il-baħar.
Jista’ l-Ministru jgħid, kemm kien hemm impjegati jaħdmu fuq Sigurtà Ġenerali maqsuma skont kull grad differenti inklużi dawk maniġerjali u non-overtime grades minn Marzu 2013 sal-ġurnata ta' meta saret din il-mistoqsija parlamentari, kull sena separatament? Jista’ jgħid għal kull sena separatament;
a. kemm kienet in-nefqa ta' salarju bażiku għall-impjegati kollha li jaqgħu taħt din is-sezzjoni fis-snin imsemmija separatament;
b. kemm kienet in-nefqa ta'
allowances
(inkluż
shift allowance
u
night shift allowance
) għall-impjegati kollha li jaqgħu taħt din is-sezzjoni fis-snin imsemmija separatament;
c. kemm kienet in-nefqa ta'
road closures
għall-impjegati kollha li jaqgħu taħt dawn is-sezzjonijiet fis-snin imsemmija separatament;
d. kemm kienet in-nefqa ta'
overtime
għall-impjegati kollha li jaqgħu taħt dawn is-sezzjonijiet fis-snin imsemmija separatament?
Jista’ jagħti din l-informazzjoni fuq l-impjegati fis-sezzjoni tas-sigurta ġenerali b’mod separat? Addizjonalment, u b’mod separat, jista’ jagħti dettalji dwar jekk kienx hemm impjegati minn sezzjonijiet jew direttorati oħra li għamlu dan it-tip ta' xogħol jew fuq bażi ta' overtime jew fuq xi bażi oħra?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 28586.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għalfejn is-Sibt, 29 t'Ottubru, parti sostanzjali mill-Imsida kienet bla provvista tal-elettriku għal sigħat twal?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat li l-Enemalta plc għandha bżonn dettalji aktar speċifiċi tal-inħawi msemmija , bħal ismijiet tat-toroq jew indirizzi, sabiex tkun tista’ tagħti t-tagħrif meħtieġ.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx talbiet għal-LSAs li għadhom ma ntlaqgħux? Jekk iva, kemm hemm tfal li għadhom qed jistennew servizz ta' LSA?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm 14-il talba għal LSA li għadhom ma ntlaqgħux. Rigward kemm hemm tfal li għadhom qed jistennew servizz ta' LSA, infurmat li hemm erbatax (14)-il student statemented Shared in the Same Class u tlettax (13)-il student statemented Shared. Matul din il-ġimgħa ser jidħlu l-kumplament ta' LSAs.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-massimu ta' tfal li jistgħu jixxerjaw LSA?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li studenti jkunu statemented kif ġej:
Full time one to one (FT 1 to 1) jew Shared Support in the Same Class (SSC) jew Shared.
LSA tissapportja student/a wieħed FT 1 to 1 jew 2 studenti statemented Shared in the Same Class jew 2 studenti statemented Shared u ieħor Shared in the Same Class jew 3 studenti Shared fl-istess klassi jew 2 studenti Shared fi klassijiet differenti.
Servizz ta’ Home Help – talbiet li għadhom pendenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx talbiet għall-Home help li għadhom ma ntlaqgħux? Jekk iva, kemm hemm anzjani li għadhom jistennew dan is-servizz ta' home help?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, fil-preżent hemm 51 talba għas-servizz tal-Home Help li ġew approvati mill-Bord tal-Allokazzjoni li qed jistennew dan is-Servizz. Diġa’ ġew ippjanati l-visti meħtieġa biex ikun jista’ jibda jinghata s-servizz.
San Ġwann – Vjal ir-Rihan – Traffic lights — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jara li t-traffic lights ta’ Vjal ir-Rihan, San Ġwann, isirilhom ix-xogħol meħtieġ biex jinxtegħlu kif suppost peress li qegħdin fi triq arterjali u issa ilhom numru ta’ ġimgħat bil-ħsara?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-traffic lights ta’ Vjal ir-Rihan mhumiex bil-ħsara iżda ġew maqluba fuq flashing amber mode bħala parti mill-miżuri tal-imanniġġjar tat-traffiku li ġew introdotti minħabba l-Proġett tal-Kappara. Għall-benefiċċju tal-Membri tal-Kamra kif ukoll tal-pubbliku, skont il-Kodiċi għat-Traffiku fit-Triq (Highway Code), ‘flashing amber mode’ ifisser ‘għaddi b’kawtela’. Fi kliem ieħor ‘flashing amber mode’ ibiddel ir-regolamenti ta’ pelican crossing għal dawk ta’ zebra crossing u ċioe’ li xufiera għandhom jieqfu meta jaraw n-nies jistennew biex jaqsmu.