L-Imsida – vandaliżmu fuq proprjetà privata mobbli u immobbli
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta’ vandaliżmu fuq proprjetà privata mobbli u immobbli fl-Imsida mill-2013 'l hawn?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi bejn is-sena 2013 u l-aħħar ta’ November 2016, saru mitejn u tlieta u għoxrin (223) rapport ta’ vandaliżmu fuq proprjetà privata mobbli u immobbli kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta’ vandaliżmu fuq proprjetà pubblika f'Ta’ Xbiex mill-2013 'l hawn?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat illi saru zewġ rapporti ta’ vandaliżmu fuq proprjetà pubblika f'Ta’ Xbiex mis-sena 2013 sa l-aħħar ta’ Novembru 2016 kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ta’ Xbiex – vandaliżmu fuq proprjetà privata mobbli u immobbli
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta’ vandaliżmu fuq proprjetà privata mobbli u immobbli f'Ta’ Xbiex mill-2013 'l hawn?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat illi saru tnejn u għoxrin rapport ta’ vandaliżmu fuq proprjetà privata mobbli u seba’ rapporti ta’ vandaliżmu fuq propjeta privata immobbli f'Ta’ Xbiex mis-sena 2013 sa l-aħħar ta’ Novembru 2016 kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta’ vandaliżmu fuq proprjetà pubblika f'San Ġiljan mill-2013 'l hawn?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat illi saru sitt rapporti ta’ vandaliżmu fuq proprjetà pubblika f'San Ġiljan mis-sena 2013 sa l-aħħar ta’ Novembru 2016, kif jiher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
San Ġiljan – vandaliżmu fuq proprjetà privata mobbli u immobbli
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta’ vandaliżmu fuq proprjetà privata mobbli u immobbli f'San Ġiljan mill-2013 'l hawn?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat illi saru erba mija u tlieta u għoxrin rapport ta’ vandaliżmu fuq proprjetà privata mobbli u ħames rapporti ta’ vandaliżmu fuq propjeta privata immobbli f'San Ġiljan mis-sena 2013 sa l-aħħar ta’ November 2016, kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Transport Malta — Advertising u Proġett tal-Kappara
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min qiegħed jieħu ħsieb l-advertising ta’ Transport Malta u/jew il-Ministeru dwar il-Proġett tal-Kappara? Jista’ jgħid jekk din il-kumpanija/persuna ntgħażlietx wara sejħa pubblika?
Response (MIZZI, JOE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 29042, inżid ukoll li Transport Malta użat is-servizzi tal-kumpanija Ikona għad-disinn ta’ artwork relatat mal-kampanja tal-proġett tal-Kappara. Kif intqal fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29042, placements mal-mezzi tax-xandir saru direttament minn Transport Malta mingħajr l-involviment tal-ebda aġenzija u għaldaqstant ma kienx hemm bżonn ta’ sejħiet pubbliċi.
Kampanja tal-Proġett tal-Kappara — ħatra ta' konsulent
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk inħatarx konsulent biex jieħu ħsieb il-kampanja tal-Proġett tal-Kappara? Jekk iva, min hu jew min hi? Kif ġiet magħżula din il-persuna?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ħadet ħsieb il-kampanja tal-Proġett tal-Kappara internament. Transport Malta użat is-servizzi ta’ konsulenza tal-kumpanija Striped Sox biex tgħin fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-kampanja.