Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni għall-Proċess Amministrattiv — membri tal-bordijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-bordijiet tal-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari tiegħu? Xi kwalifiki għandu kull membru? X'esperjenza jew expertise għandu kull membru relatata mas-settur fejn ġie ingaġġat bħala membru ta’ bord? F'każ li m'għandhom l-ebda esperjenza relatata, x'kienu l-kriterji li fuqhom intgħażlu dawn il-membri?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 1379.
Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni għall-Proċess Amministrattiv — membri tal-bordijiet - remunerazzjoni u benefiċċji
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-onorarja, allowances u perks oħra li għandu kull membru tal-bord u chairpersons fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari tiegħu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 1379.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — membri tal-bordijiet
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-bordijiet tal-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteri tiegħu? Xi kwalifiki għandu kull membru? X'esperjenza jew expertise għandu kull membru relatata mas-settur fejn ġie ingaġġat bħala membru ta’ bord? F'każ li m'għandhom l-ebda esperjenza relatata, x'kienu l-kriterji li fuqhom intgħażlu dawn il-membri?
Response (GRECH, LOUIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1379.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettoral — membri tal-bordijiet - Remunerazzjoni u Benefiċċji
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid x'inhi l-onorarja, allowances u perks oħra li għandu kull membru tal-bord u chairperson fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GRECH, LOUIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1380.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ tfal taħt it-tliet snin li jmorru f’childcare centres? X’inhu l-persentaġġ ta’ dawn fost it-tfal kollha ta’ taħt it-tliet snin? Kemm minn dawn it-tfal imorru f’childcare centres li huma privati u kemm minnhom imorru f’childcare centres immexxija minn private/public partnership, mill-Gvern jew mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif dwar iċ-childcare centres mmexxija mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi u dawk immexxija permezz ta' public/private partnership qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward partijiet oħra tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizzahom lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ tfal ta’ taħt it-tliet snin li jieħdu servizz b’xejn ta’ childcare centre? X’persentaġġ hu dan mit-total ta’ tfal li jmorru f’childcare centres immexxija minn private/public partnership, mill-Gvern jew mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li sal-aħħar ta' April 2013, in-numru ta' tfal li jattendu iċ-childcare centres immexxija mill-Fondazzjoni ghas-Servizzi Edukattivi li ma jħallsu xejn għas-servizz kien ta' 202. Dawn huma 39.92% mit-total tat-tfal li jattendu (506).
Fiċ-ċentri li jitmexxew permezz ta' public private partnership hemm tifla waħda li tieħu s-servizz mingħajr ħlas.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ tfal li qegħdin fil-waiting list sabiex il-ġenituri tagħhom idaħħluhom f’childcare centres b’xejn immexxija minn public private partnership, mill-Gvern jew mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi? X’inhi l-età ta’ dawk it-tfal li qegħdin fil-waiting list?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta mistennija jibdew jintlaqgħu l-applikazzjonijiet mill-ġenituri sabiex jiktbu lit-tfal tagħhom fiċ-childcare care centre li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi qeda fil-proċess li timpjega Childcare Assistants u Childcare Centre Coordinator għas-Sardinell Childcare Centre ġewwa San Ġwann.
Il-Fondazzjoni ma tiftaħx jew tagħlaq applikazzjonijiet għas-servizz ta' childcare. Fil-preżent il-Fondazzjoni għandha 34 applikazzjoni mingħand ġenituri sabiex jiktbu lit-tfal tagħhom f'dan iċ- Childcare Centre.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — uffiċċju tal-customer care
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid minn kemm-il persuna hu kompost l-uffiċċju tal-customer care il-ġdid tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Kemm hi l-ispiża fuq pagi kull xahar? Kemm minn dawn il-persuni kienu jaħdmu maċ-Ċivil? Peress li dawn mhumiex parti mis-segretarjat, x’tip ta’ call for applications jew transfers saru? Jekk ma saru l-ebda minn dawn, kif intgħażlu? Jista’ jgħaddi s-CV u l-esperjenza ta’ kull impjegat fl-uffiċċju tal-customer care?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’kollox hemm sitt (6) persuni impjegati fil-Customer Care Unit. Intagħżlu persuni li lesti jkunu ta’ servizz biex titjieb ir-relazzjoni tal-pubbliku mad-Dipartimenti tal-Gvern u li qed jiswew lill-pajjiż ferm anqas mill-persuni li ġew impjegati bl-istess mod mill-amministrazzjoni preċedenti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proġett tal-bandli f’San Ġwann hux se jsir kif kien imħabbar, skont il-permessi maħruġa u kif imwiegħed minn deputati li llum qegħdin fil-Gvern? Jekk fl-affermattiv, meta hu mistenni li dan jitlesta?
Response (MIZZI, JOE)
Jekk l-Onor Interpellant qiegħda tirreferi għall-proġett imsemmi fil-Mistoqsija Parlamentari Nru 296, nirreferiha għat-tweġiba mogħtija għal din l-istess Mistoqsija Parlamentari.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju fejn juri li l-co-ed hijiex aktar effettiva mis-sistema edukattiva tal-iskejjel sekondarji tal-istat preżenti jew id-deċiżjoni li Kulleġġ Santa Klara ssir co-ed itteħditx fuq bażi ta’ trial and error?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Is-sistema co-ed diġa' kienet esperjenza posittiva ħafna fl-iskejjel indipendenti f'Malta u fl-iskejjel tal-pajjiżi l-oħra fl-Unjoni Ewropea. Il-Gvern waqqaf kumitat b'rappreżentanza mill-Ministeru, Direttorati, Kapijiet ta' Skejjel, Għalliema u Ġenituri biex imexxu 'l quddiem dan il-proġett ta' ko-edukazzjoni. Kulleġġi oħra diġa' talbu li jkollhom ukoll skejjel sekondarji co-ed għas-sena skolastika li ġejja iżda l-Ministeru ddeċieda li d-dħul tagħhom ikun gradwali.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru medju ta’ O Levels li kisbu l-istudenti fl-aħħar sena skolastika, skola skola, il-medja tal-iskejjel tal-istat f’daqqa, il-medja tal-iskejjel tal-Knisja u l-medja tal-iskejjel privati?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-medja tan-numru ta' suġġetti fil-livell tas-SEC li kisbu l-istudenti mill-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti f'Mejju 2012 huma kif jidhru fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, maqsumin bejn subien u bniet. It-Tabella tinkludi wkoll in-numru ta' kandidati minn kull settur, il-medja tan-numru ta' suġġetti li rreġistraw għalihom, il-medja tan-numru ta' suġġetti li għaddew minnhom bi Gradi 1 sa 5 u bi Gradi 1 sa 7 kif ukoll in-numru minimu u massimu ta' reġistrazzjoinijiet, u n-numru minimu u massimu ta' suġġetti li għaddew minnhom.
Ir-riżultati għal kull skola individwali ma jingħatawx biex ma jinħolqux paraguni mhux ġustifikati u li iktar jagħmlu ħsara milli ġid lill-iskejjel.
Fid-dawl tal-aħħar tbassir ekonomiku tal-Unjoni Ewropea fejn qed twissi li r-riċessjoni se tippersisti jew tiżdied fl-Unjoni Ewropea, x’miżuri mistennija jittieħdu sabiex dan jiġi kkumbattut f’pajjiżna?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
It-tbassir tal-Kummissjoni Ewropea għall-Malta juri rata ta' tkabbir ekonomiku relattivament tajba meta mqabbla mal-kumplament taż-żona tal-Ewro. Għaldqstant, filwaqt li l-Gvern huwa u se jibqa' attent għal dak kollu li għaddej madwarna, għalissa żgur li m'hemmx lok għal xi tħassib kbir jew għal xi miżuri addizzjonali min-naħa tagħna.
Peress li fir-rapport ta’ Fitch, l-aġenzija qed twissi li minkejja l-istabbilità tal-banek lokali wieħed għandu jinnota xi riskji fil-business model addottat mill-kumpaniji Maltin fil-qasam tas-servizzi finanzjarji fl-eventwalità li l-awtoritajiet Ewropej u globali jitfgħu ħarsithom fuq ċentri finanzjarji offshore, jista’ l-Ministru jgħid x’prekawzjonijiet qed jittieħdu mill-Bank Ċentrali biex jassiguraw li Malta tibqa’ ċentru finanzjarju internazzjonali minkejja inizjattivi li jistgħu jieħdu awtoritajiet internazzjonali fejn l-impatt fuq is-settur lokali jista’ jkun negattiv?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta tingħata f'seduta oħra.