Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — membri tal-bordijiet - Remunerazzjoni u Benefiċċji

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-onorarja, allowances u perks oħra li għandu kull membru tal-bord u chairperson fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Residenza San Vinċenz de Paul – trasferiment ta’ ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru transfers jew redeployment fir-Residenza San Vinċenz de Paule minn Marzu, 2013 ’l hawn. Min huma dawn il-persuni? X’inhi r-raġuni f’kull każ li wasslet biex dawn in-nies ġew transferred u/jew redeployed?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #3428 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Settur pubbliku — kwota ta’ persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux beħsiebu jintroduċi fis-settur pubbliku l-kwota li ġiet introdotta fis-settur privat fejn skont l-Att dwar persuni b’diżabilità, 2% tal-impjegati fis-settur pubbliku ikunu nies b’diżabilità?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-kwota tat-2% diġa tgħodd fis-settur pubbliku, bħal ma tgħodd għas-settur privat. Sabiex dejjem ikompli jikber in-numru ta’ persuni b’diżabilita’ li jaħdmu fl-Amministrazzjoni Pubblika, għadhom kif ittieħdu żewġ miżuri. Permezz tal-ewwel inizjattiva, dipartimenti u entitajiet, li jkollhom post vakanti, għandhom l-ewwel jaraw jistgħux joffru l-post lil persuna b’diżabilità li qiegħda fuq ir-Reġistru tal-Persuni b’Diżabilità tal-ETC. Sabiex tingħata akkommodazzjoni raġjonevoli lil dawn il-persuni b’diżabilità, il-post jista’ jkun offrut lil persuni b’diżabilità li ma jkollhomx il-kwalifiċi formali meħtieġa għal dak il-post. F’każ bħal dan, jiġu stabbiliti kriterji għall-eliġibilità li bihom jista’ jiġi assessjat jekk il-persuna b’diżabilità għandiex il-ħiliet meħtieġa biex tagħmel ix-xogħol relatat ma’ dak il-post. Barra minn hekk, permezz ta’ inizjattiva oħra, qed jitwessgħu l-klawżoli tal-akkomodazzjoni raġjonevoli fis-sejħa għall-applikazzjonijiet. B’dan il-mod, persuni b’diżabilità li huma reġistrati mal-KNPD jistgħu jingħataw arranġamenti speċjali, relatati mad-diżabilità tagħhom, meta jkunu se jagħmlu eżami għall-mili ta’ vakanzi fl-Amministrazzjoni Pubblika.

Ta’ Xbiex — Car u foot patrols

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2489 u 2490 dwar foot u car patrols rispettivament, jista’ l-Ministru jikkonferma li qed isiru car u foot patrols regolari fi Triq Ġużeppi Cali, Ta’ Xbiex, peress li r-residenti ta’ din it-triq qegħdin jinnegaw dan u jgħidu li mhumiex qed isiru dawn il-patrols?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġibiet li jien kont tajt għall-mistoqsijiet parlamentari 2489 u 2490, għadhom jgħoddu.

L-Imsida – Qtugħ ta’ dawl

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li bejn l-24 ta’ Ġunju u s-27 ta’ Ġunju 2013, inqata’ d-dawl darbtejn ġewwa l-Imsida? Jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni għal dan il-qtugħ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn l-24 u s-27 ta' Ġunju kien hemm żewġ okkazjonijiet fejn partijiet differenti ġewwa l-Imsida kienu mingħajr l-provvista tal-elettriku. Fl-24 ta' Ġunju gew affettwati partijiet mis-Swatar minħabba li żviluppat ħsara fil-High Tension Network. Fis-27 ta' Ġunju kien hemm avviż mill-Koporazzjoni Enemalta li minħabba xogħol ta' devjazzjoni fil-linji, Clarence Street u toroq oħra fl-inħawi kienu se jkunu mingħajr provvista tal-elettriku.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – servizz tal-emerġenza

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li s-servizz tal-emerġenza tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma sar jopera biss sat-3:00p.m.? Jekk fl-affermattiv, f’każ li jkun hemm xi ħsara f’pajpijiet u kaġun ta’ dan ikun hemm ħafna ħela ta’ ilma ma jsir xejn? Jekk huwa minnu x’kien l-iskop wara din il-miżura?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz tal-emerġenza tal-Koprazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma huwa miftuħ kif dejjem kien għal 24 siegħa kuljum is-sena kollha.

Is-Swieqi – miżuri ta’ sigurtà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fid-dawl ta’ bosta lmenti mir-residenti tas-Swieqi minħabba nuqqas ta’ sigurtà, hemmx xi pjan sabiex il-foot patrol u l-car patrols jiżdiedu u jsiru aktar effettivi speċjalment fix-xhur tas-sajf?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li diġà qed issir ronda b’mod regolari kemm mill-Pulizija tad-Distrett, kif ukoll dawk tal-Mobile Squad, però huwa maħsub li is-sorveljanza tal-Pulizija f’din il-lokalità tkompli tissaħħaħ ankè permezz ta’ CCTV.

Transport Malta – impjegati fl-uffiċċju taċ-Chairman

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-karigi, nomenklatura, ir-responsabbiltajiet u kemm qed jitħallsu inkluż xi perkaċċi, ta’ dawk l-impjegati li qed jaħdmu fl-uffiċċju taċ-chairman ta’ Transport Malta? Barra minn hekk, xi promozzjonijiet (inkluż in-nomenklatura) oħra ngħataw fi Transport Malta mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum u x’responsabbiltajiet iġorru tali promozzjonijiet? X’pagi u perkaċċi jġorru magħhom dawn il-promozzjonijiet? Meta nħatru f’dawn il-karigi (inklużi promozzjonijiet) u x’kienet il-paga ma’ Transport Malta ta’ kull persuna qabel ma nħatru fil-kariga preżenti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karigi, nomenklatura, responsabbiltajiet u kemm qed jitħallsu inkluż perkaċċi l-impjegati li qed jaħdmu fl-uffiċċju taċ-Chairman ta’ Transport Malta huma murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għall-bqija tal-mistoqsija ma ngħataw l-ebda promozzjonijiet fi Transport Malta mid-9 ta Marzu 2013 sal-lum.

Transport Malta — transfers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il transfer ingħata f’Transport Malta minn Marzu 2013 sa issa? Lil min ingħatat kull transfer, xi transfer saret u x’kienet ir-raġuni wara kull transfer?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu 2013 sa issa kien hemm ċaqlieq ta’ 10 persuni fi Transport Malta kif indikat hawn taħt. Sar ċaqlieq ta’ persuna waħda fuq talba tal-impjegat inniffsu. 5 ċaqliqiet oħra saru bi qbil mal-ħaddiema. 4 ċaqliqiet saru minħabba ir-rijorganizzazzjoni tas-Sezzjoni fejn kienu jaħdmu.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali — Konsulenti u Kumitati

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2492 jista’ l-Ministru jgħid min hu l-konsulent ewlieni li ġie maħtur bejn it-8 ta’ April u s-7 ta’ Mejju 2013? Jista’ jgħid ukoll jekk inħatrux konsulenti oħrajn wara s-7 ta’ Mejju? Jekk iva, min huma u x’inhuma l-kundizzjonijiet tagħhom skont kif ġew mitluba fil-mistoqsija parlamentari 2492?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata hu Is-Sur Paul Mifsud. Ma nħatrux konsulenti oħrajn fi ħdan il-Ministeru wara s-7 ta’ Mejju.

San Ġwann — proġett ta' Ċentru Ċiviku u Ġnien Pubbliku

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 296, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux kommess li dan il-proġett jitkompla u jitlesta? Jista’ jikkonferma li hemm baġit u flus allokati biex dan il-proġett ikun konkluż?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-progett imsemmi kien inbeda u nħargu xi tenders għalih mill-Amministrazzjoni preċedenti. Dawn it-tenders kienu nħargu mingħajr ma ntlaħaq ftehim biex jiċċaqlaq il-Klabb tal-Boċċi ta' San Gwann li jokkupa parti sostanzjali mill- area proposta għall-proġett. Mill-verifiki li saru jirriżulta li dan il-Klabb tal-Boċċi għandu konċessjoni mill-Gvern fuq l-art u t-tmexxija tal-faċilitajiet tal-Klabb li tagħlaq f'Ottubru tal-2016. Minkejja li kienu mibnija faċilitajiet ġodda għal dan il-Klabb tal-Boċċi f'sit ieħor f'San Gwann, dawn mhumiex interessati li jitliqu mis-sit eżistenti. Ninsab infurmat li ma kienx hemm fondi allokati għas-sena 2013 mill-Gvern preċedenti biex isir dan il-proġett.

San Ġwann – Klabb tal-Boċċi

Question

Jista’ l-Ministru jindika x’se jsir mill-klabb tal-boċċi l-ġdid li nbena fl-inħawi ta’ Taż-Żwejt fil-limiti ta’ San Ġwann u bħalissa jinsab abbandunat? Huwa infurmat il-Ministru li hemm żgass u dan il-post il-ġdid qed ikun vandalizzat? Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx target date meta se jkun lest dan il-proġett?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li deċiżjoni finali għad trid tittieħed. Saru diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali bil-għan li dan il-post jinstab użu xieraq għalih billi il-pjan preċedenti li il-klabb tal-boċċi jimxi għal dan il-lok sar qabel l-aħħar Elezzjoni Ġenerali mingħajr ma kien intlaħaq ftehim mal-klabb imsemmi.
Leg 12 PQ #2525 Sitting 39 2013-06-26 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — trasferiment ta’ ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown ta’ kemm saru transfers fl-Isptar Mater Dei minn Marzu 2013 ’l hawn? Min ġie trasferit, x’pożizzjoni kien joppuka, f’liema dipartiment kien, fejn ġie trasferit u x’pożizzjoni qiegħed jokkupa? Għal kull persuna, x’inhi r-raġuni li wasslet biex din tiġi trasferita?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #2526 Sitting 39 2013-06-26 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Listi ta’ stennija

Question

B’referenza għat-tweġiba parlamentari 1068, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-projections tiegħu dwar il-listi ta’ stennija għal kull intervent sal-aħħar tal-2013? Kemm qiegħed jimmira li se tinżel l-istennija u kemm se tinżel il-lista ta’ stennija ta’ kull intervet sal-aħħar ta’ 2013 f’kull dipartiment? Kemm hi ż-żieda fl-ispiża proġetatta f’kull dipartiment sabiex il-listi ta’ stennijajinżlu mis-sena li għaddiet ’l hawn?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li bħalissa għaddejja ħidma biex il-listi ta' stennija għall-appuntamenti u operazzjonijiet li sibna f'Marzu 2013 jitnaqqsu bl-aktar mod mgħaġġel fl-isfond tar-riżorsi umani u finanzjarju disponsibbli. L-istrateġija qegħda tinħadem fuq żewg binarji, jigifieri li jiġi żgurat l-użu massimu tar-riżorsi disponibbli u li nesploraw il-possibilita' ta aktar riżorsi fis-settur, speċjalment fil-kuntest tas-sena fiskali li jmiss.
Leg 12 PQ #2527 Sitting 39 2013-06-26 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – listi ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk preżentament hux qegħdin isiru diskussjonijiet ma’ professjonisti f’kull dipartiment sabiex jiżdiedu l-operazzjonijiet u titnaqqas il-lista ta’ stennija? Mistennija li jiżdiedu t-teatri tal-operazzjonijiet minn dawk preżenti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li d-diskussjonijiet mal-health care professionals kollha tal-Isptar Mater Dei biex jiżdiedu l-operazzjonijiet huma għaddejjin bi proċess kontinwu. Ikunu jistgħu jiżdiedu t-teatri tal-operazzjonijiet meta jkun hemm aktar riżorsi umani biex dan ikun jista’ jsir.
Leg 12 PQ #2528 Sitting 39 2013-06-26 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Promozzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li ngħataw promozzjoni anke għal acting positions minn Marzu 2013 ’l hawn? Min huma u x’inhi l-pożizzjoni ġdida tagħhom? Fuq liema bażi saru? Kemm żdied is-salarju kollettiv inkluż xi perks ta’ kull persuna? X’inhu l-pjan tal-Ministru biex jirregolarizza l-pożizzjoni ta’ dawn il-persuni?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-promozzjonijiet indikati f’tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kienu approvati abbażi tar-rakkmandazzjonijiet li saru taħt Gvern preċedenti.
Leg 12 PQ #2529 Sitting 39 2013-06-26 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Listi ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħatru konsulenti biex jagħtu parir speċifikament biex jitnaqqsu l-listi ta’ stennija? Min hu kull konsulent? Kemm qed jiswa lill-Ministeru u x’inhu r-rwol eżatt ta’ kull konsulent?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li preżentament m’hemm l-ebda Konsulent maħtur għal dan il-għan.
Leg 12 PQ #3217 Sitting 39 2013-06-26 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għas-Saħħa

Ingaġġ ta’ psikologi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proċess għall-ingaġġ ta’ psikologi u psychologist trainees mal-Mental Health Services li sar qabel l-aħħar elezzjoni, liema riżultati kienu anki marru għand il-Public Service Commission u ħarġu, twaqqafx? Jekk iva għalfejn u fuq liema bażi legali twaqqaf? Jekk ma twaqqafx, għaliex il-psikologi għadhom ma ġewx impjegati?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-proċess imsemmi ma ġiex imwaqqaf u li l-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku qed tikkunsidra numru ta’ oġġezzjonijiet magħmula mill-applikanti. Sadanittant, il-Ministeru għas-Saħħa qed jitlob li jimxu kwalunkwe ħatriet li jistgħu jiġu approvati minnufih la darba tkun rikomposta l-Kummissjoni.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — Spejjeż fuq attrezzament

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm intefqu mill-fondi pubbliċi biex isir rinovar fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 ’l hawn? Jista’ fil-breakdown jinkludi l-uffiċċju tiegħu, kif ukoll tal-istaff tiegħu u konsulenti rispettivi. Jista’ fis-somma jinkludi l-ispejjeż fuq l-għamara kollha tal-uffiċċji, kompjuters u n-nefqa biex dawn jitwaħħlu mas-sistemi neċessarji kif ukoll l-ispiża fuq stationery? Jista’ għal kull item/servizz jgħid kif dan ġie mixtri/inġaġġat, jekk hux permezz ta’ direct order, quotations jew tender?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.