Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-budget tal-MITA approvat f’April li għadda ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk il-budget ġie mnaqqas, b’kemm tnaqqas u x’inhi r-raġuni għal dan?
Response (CARDONA, CHRIS)
Id-dettalji dwar il-budget ikunu magħrufa nhar it-Tnejn 4 ta' Novembru meta jinqara l-budget mill-Ministru tal-Finanzi.
Istitut Internazzjonali għal-Liġi Marittima – Tnaqqis fil-Budget
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-budget dovut lill-Istitut Internazzjonali għal-Liġi Marittima li ġie approvat f’April li għadda ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk il-budget ġie mnaqqas, b’kemm tnaqqas u x’inhi r-raġuni għal dan?
Response (CARDONA, CHRIS)
Id-dettalji dwar il-budget ikunu magħrufa nhar it-Tnejn 4 ta' Novembru meta jinqara l-budget mill-Ministru tal-Finanzi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-budget tal-Privatisation Unit approvat f’April li għadda ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk il-budget ġie mnaqqas, b’kemm tnaqqas u x’inhi r-raġuni għal dan?
Response (CARDONA, CHRIS)
Id-dettalji dwar il-budget ikunu magħrufa nhar it-Tnejn 4 ta' Novembru meta jinqara l-budget mill-Ministru tal-Finanzi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-budget tal-MIMCOL approvat f’April li għadda ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk il-budget ġie mnaqqas, b’kemm tnaqqas u x’inhi r-raġuni għal dan?
Response (CARDONA, CHRIS)
Id-dettalji dwar il-budget ikunu magħrufa nhar it-Tnejn 4 ta' Novembru meta jinqara l-budget mill-Ministru tal-Finanzi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-budget tal-Bord tal-Koperattivi approvat f’April li għadda ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk il-budget ġie mnaqqas, b’kemm tnaqqas u x’inhi r-raġuni għal dan?
Response (CARDONA, CHRIS)
Id-dettalji dwar il-budget ikunu magħrufa nhar it-Tnejn 4 ta' Novembru meta jinqara l-budget mill-Ministru tal-Finanzi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-budget tal-Malta Enterprise approvat f’April li għadda ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk il-budget ġie mnaqqas, b’kemm tnaqqas u x’inhi r-raġuni għal dan?
Response (CARDONA, CHRIS)
Id-dettalji dwar il-budget ikunu magħrufa nhar it-Tnejn 4 ta' Novembru meta jinqara l-budget mill-Ministru tal-Finanzi.
Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li l-Membri l-ġodda tal-Bord tal-Appell (l-Environment Tribunal) huma kollha fuq bażi part-time ħlief għal wieħed? Jekk fl-affermattiv jista’ jikkonferma li dan ifisser li dawn il-membri part-time qed jagħmlu l-prattika privata tagħhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nikkonferma, kif indikat hawn taħt, li l-membri l-ġodda kollha tat-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar huma fuq bażi part-time ħlief għal wieħed u għaldaqstant nikkonferma illi tali membri, ħlief għal wieħed (dak impjegat fuq bazi full-time) għadhom iżommu x-xogħol privat tagħhom.
MEPA – applikazzjonijiet ta’ stabbilimenti tal-ikel
Question
Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li kif intqal fis-seminar tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar bit-titlu ‘Semma' Leħnek’, li sar il-ġimgħa li għaddiet għall-impjegati u xi mistiedna, il-Kap Eżekuttiv tal-MEPA, ta direzzjoni li jekk restaurant jew stabbilimenti tat-take away ma jkollux ċumnija tielgħa ’l fuq il-permess ikun rifjutat?
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-corporate tax miġbur mis-settur tal-gaming għas-snin 2012, 2011 u 2010? X’inhuma l-projections għas-sena 2013?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta li t-taxxa miġbura fuq livell ta’ kumpaniji mis-settur tal-gaming għas-snin 2012, 2011 u 2010 ibbażat fuq lista ta’ kumpaniji liċenzjati ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-Lotteries and Gaming Authority (LGA) huwa stmat kif muri hawn taħt:
€
2012 9,865,840
2011 84,591,246
2010 62,873,325
Kumpaniji li jirraportaw b’munita li mhix l-ewro ġew konvertiti għall-ewro. Niġbed l-attenzjoni li l-ammonti jirreferu għal taxxa miġbura minn kumpaniji konċernati fejn l-azzjonista huma ntitolati għall-rifużjoni ta’ parti minn din it-taxxa. Għas-sena 2012 l-ammont huwa żgħir paragunat mas-snin ta’ qabel peress li l-maġġoranza tal-kumpaniji għandhom sat-30 ta’ Ġunju, 2014 biex iħallsu.
Projections
mhux possibbli li jsiru f’settur daqshekk volatili.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-corporate tax miġbur mis-settur finanzjarju għas-snin 2012, 2011 u 2010? X’inhuma l-projections għas-sena 2013?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li t-taxxa miġbura fuq livell ta’ kumpaniji mis-settur finanzjarju għas-snin 2012, 2011 u 2010 ibbażat fuq lista ta’ entitajiet maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali Tal-Istatistika huwa stmat kif muri hawn taħt:
€
2012 548,218,280
2011 650,660,237
2010 584,323,869
Kumpaniji li jirraportaw b’munita li mhix l-ewro ġew konvertiti għall-ewro. Niġbed l-attenzjoni li l-ammonti jirreferu għal taxxa miġbura minn kumpaniji konċernati fejn l-azzjonista huma ntitolati għall-rifużjoni ta’ parti minn din it-taxxa. Għas-sena 2012 l-ammont jista jiżdied peress li xi kumpaniji reġistrati mal-
International Tax Unit
għandhom sat-30 ta’ Ġunju, 2014 biex iħallsu.
Projections
mhux possibbli li jsiru f’settur daqshekk volatili.
Kumitat tal-Lotterija Nazzjonali u tal-Fond għall-Kawżi Ġusti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri maħtura fil-Kumitat tal-Lotterija Nazzjonali u tal-Fond għall-Kawżi Ġusti u li jamministraw il-Fond għall-Kawżi Ġusti?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-membri tal- NLGCF (National Lottery Good Causes Fund) Advisory Board maħtura huma kif ġej:
Mario Cutajar
Chairperson of the NLGCF Advisory Board
Michelle Delceppo
Secretary – Advisory Board
Jonathan Cardona
Member
Mark Farrugia
Member
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li ġew ingaġġati mill-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni (MCA) minn Marzu 2013 ’l hawn?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tixtieq tikkonferma li l-konsulenti li ġew ingaġġati mill-istess Awtorità minn Marzu 2013 ’l hawn huma msemmija hawn taħt:
Associació Eclèctica Laboratori de Noves Visions Digitals
Analysis Mason Ltd
Ernst & Young Ltd
Jista’ l-Ministru jgħid min huwa l-Kap Eżekuttiv jew Diretturi Ġenerali tal-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni (MCA)?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara r-riżenja taċ-Chairman ta’ l-Awtorita’, fil-31 ta’ Diċembru 2012, ma kienx ġie appuntat Direttur Ġenerali fl-Awtorita’ Maltija għall-Komunikazzjoni(MCA). Din il-pożizzjoni għadha vakanti.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-organisational structure tal-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni (MCA) u jelenka x’tibdil sar minn Marzu 2013 ’l hawn?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-budget tal-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni approvat f’April li għadda ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk il-budget ġie mnaqqas, b’kemm tnaqqas u x’inhi r-raġuni għal dan?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru qiegħed juża third party internet connection minflok servizz offrut mill-MITA? Jekk dan huwa minnu, jista’ jgħid liema internet service provider qiegħed jipprovdi dan is-servizz? Jista’ jgħid ukoll jekk dan is-servizz ġiex ipprovdut b’direct order jew tender? X’inhi l-ispiża marbuta ma’ dan is-servizz?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk f’Kastilja hemmx servizz ta’ child minding jew child care? Jekk fl-affermattiv, kemm hemm tfal li qegħdin jibbenefikaw minn dan is-servizz? Kemm hemm persuni li huma ingaġġati biex jipprovdu dan is-servizz? X’inhi l-ispiża għal dan is-servizz?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
F'dan l-istudju ma hemmx is-servizz li qed tirreferi għalih l-Onor Interpellant.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Spejjeż għar-rinnovazzjoni tal-Ministeru
Question
Tista’ l-Ministru tagħti breakdown ta' kemm intefqu mill-fondi pubbliċi biex isir rinovar fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 ’l hawn? Tista’ fil-breakdown jinkludi l-uffiċċju tagħha, kif ukoll tal-istaff tagħha u konsulenti rispettivi? Tista’ fis-somma tinkludi l-ispejjeż fuq l-għamara kollha tal-uffiċċji, kompjuters u n-nefqa biex dawn jitwaħħlu mas-sistemi neċessarji kif ukoll l-ispiża fuq stationery? Tista’ għal kull item/servizz tgħid kif dan ġie mixtri/inġaġġat, jekk hux permezz ta’ direct order, quotations jew tender
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Residenza San Vinċenz de Paul – trasferiment ta’ ħaddiema
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru transfers jew redeployment fir-Residenza San Vinċenz de Paule minn Marzu, 2013 ’l hawn. Min huma dawn il-persuni? X’inhi r-raġuni f’kull każ li wasslet biex dawn in-nies ġew transferred u/jew redeployed?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 98 trasferiment fl-Isptar San Vinċenz de Paul. F’kull każ dawn it-trasferimenti saru skont l-esiġenzi u l-ħtiġijiet tas-servizz bl-iskop aħħari li naraw qabża fil-kwalità fis-servizzi offruti lill-anzjani residenti f’dan l-isptar. Din l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.