Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #2506 Sitting 91 2013-11-19 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Spejjeż fuq attrezzament

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti breakdown ta' kemm intefqu mill-fondi pubbliċi biex isir rinovar fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru minn Marzu 2013 ’l hawn? Jista’ fil-breakdown jinkludi l-uffiċċju tiegħu, kif ukoll tal-istaff tiegħu u konsulenti rispettivi. Jista’ fis-somma jinkludi l-ispejjeż fuq l-għamara kollha tal-uffiċċji, kompjuters u n-nefqa biex dawn jitwaħħlu mas-sistemi neċessarji kif ukoll l-ispiża fuq stationery? Jista’ għal kull item/servizz jgħid kif dan ġie mixtri/inġaġġat, jekk hux permezz ta’ direct order, quotations jew tender?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji ta’ kemm kienet l-ispiża fuq attrezzament bejn Marzu u l-bidu ta’ Ġunju mis-Segretarjati tal-Prim Ministru u tas-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva.
Leg 12 PQ #5901 Sitting 78 2013-11-11 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Baġit 2014 — kampanja pubbliċitarja

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm swiet il-kampanja pubbliċitarja marbuta mal- baġit 2014? Lil min ingħata dan ix-xogħol? Kif intgħażel? Ħarġet expression of interest? Jista’ jagħti breakdown ta’ din l-ispiża, jiġifieri kemm kien hemm infiq fuq press conferences, reklami fuq ir-radju, reklami fuq it-TV, reklami fuq il-gazzetti, reklami on-line, billboards, eċċ.? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk din il-kampanja ngħatatx lil xi kumpanija jew persuna? Jekk iva, min hi din il-persuna jew kumpanija? Kif intgħażlet din il-kumpanija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #5722 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għat-Turiżmu

Foss tal-Imdina – dawl mitfi

Question

Jaf il-Ministru li parti sostanzjali mill-Foss tal-Imdina qiegħda tkun mitfija? Jista’ jgħid x’inhi r-raġuni wara dan?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din il-Mistoqsija Parlamentari għandha tiġi riferuta lill-Ministeru tat-Trasport u l-Infrastruttura, li taħtu taqa’ r-responsabiltà tal-Foss tal-Imdina.
Leg 12 PQ #5723 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għat-Turiżmu

Tignè — Ġnien Bonello du Puis – ġnien mifti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ġnien Bonello du Puis, f’Tignè, qed jitħalla mitfi anke wara s-sitta ta’ filgħaxija?

Response (VELLA, KARMENU)

Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema li l-ġnien li qed tirreferi għalih l-Onor. Interpellant mhux qed jitħalla mitfi iżda bi żvista t-timers li jixgħelu d-dwal ma kienux aġġustati fil-ħin mill-electrician hekk kif daret is-siegħa. Infurmat ukoll li l-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema se jieħu ħsieb jirrimedja s-sitwazzjoni.

L-Imtarfa – triq ta’ ħdejn iċ-Ċimiterju mitfija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx u jekk jafx hix deċiżjoni tiegħu li d-dawl qiegħed ikun mitfi f’parti sostanzjali fit-triq ta’ bejn iċ-ċimiterju tal-Imtarfa u r-roundabout tar-Rabat li tagħti għal Ħaż-Żebbuġ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta hi konxja li hemm problema bid-dawl fit-triq imsemmija. Id-dwal f’din it-triq ġie ċċekkjat u nvestigat diversi drabi minħabba li nstab li għandu difett intermittenti, fil-fatt kull meta daħal rapport, kemm internament kif ukoll mill-pubbliku, din it-triq ġiet mixgħula immedjatament mingħajr problem. Tlabt lil Transport Malta biex tinvestiga l-problema iktar fil-fond billi żżarma u tispezzjona kull parti mis-sistema bl-iskop li tinstab il-parti li qed tagħti l-problemi.
Leg 12 PQ #5725 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għat-Turiżmu

Ġnien ta’ Pembroke – stat ta’ telqa

Question

Jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni dwar l-istat ta’ telqa li jinsab fih il-ġnien ta’ Pembroke ta’ quddiem il-post li huwa indikat separatament?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Ġnien Pembroke għandu r-riżorsi kollha neċessarji għal tindif, sigurtà u manutenzjoni. Bħal kull post ieħor pubbliku l-ġnien hu espost għal vandaliżmu li però qegħdin jiġu ndirizzati mill-ewwel min-nies responsabbli.

L-Imtarfa – triq ta’ ħdejn iċ-Ċimiterju mitfija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx u jekk jaf hijhex deċiżjoni tiegħu li d-dawl f’parti sostanzjali fit-triq ta’ bejn iċ-ċimiterju tal-Imtarfa u r-roundabout tar-Rabat li tagħti għal Ħaż-Żebbuġ qiegħed ikun mitfi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-triq li qed tirreferi għaliha taqa' taħt ir-responsabbiltà ta' Transport Malta.

Global Residence Scheme – applikazzjonijiet proċessati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni rċieva u kemm ġew proċessati u milqugħa fil-Global Residence Scheme sa mit-tnedija ta’ din l-iskema?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li taħt il-Global Residence Programme ġja’ hemm tmien applikazzjonijiet li qed jiġu pproċessati. It-tnegħdija ta’ dan il-programm bdiet lejn l-aħħar ta’ Ġunju 2013, fejn aktar riżultati pożittivi huma mistennija fix-xhur ‘peak’ meta tinbiegħ il-proprjeta’ u meta jibdew il-fieri internazzjonali dwar ix-xiri u l-bejgħ ta’ proprjeta’. Sadanittant, żewġ applikanti li kienu applikaw taħt il- High Net Worth Individuals – Non-EU/EEA/Swiss Nationals Rules , talbu lill-Kummissarju sabiex l-applikazzjoni tagħhom tiġi kkunsidrata li tkun saret taħt il- Global Residence Programme . F’dawn iż-żewg każijiet, il-Kummissarju ħareġ id-determinazzjoni bil-miktub skont il- Global Residence Programme.

Bord tal-Koperattivi — ħatriet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħatriet saru fl-uffiċċju tal-Bord tal-Koperattivi minn Marzu 2013 ’l hawn? Kif inħatru dawn l-uffiċjali? Meta saret is-sejħa għall-ħatra f’dawn l-impjiegi? Kemm kien hemm applikanti? Min huma l-persuni li ġew ingaġġati? X’kundizzjonijiet u ħlasijiet hemm marbuta ma’ kull pożizzjoni?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Bord tal-Koperattivi — administration manager

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min ġie appuntat administration manager fl-uffiċċju tal-Bord tal-Koperattivi? Kif inħatret din il-persuna? Meta saret il-call for applications? Kemm kien hemm applikanti? X’kundizzjonijiet u ħlasijiet hemm marbuta mal-pożizzjoni ta’ administration manager? X’kwalifiki u esperjenza għandha f’dan il-qasam il-persuna maħtura?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Bord tal-Koperattivi – konsulent legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu l-konsulent legali tal-Bord tal-Koperattivi? Kif inħatret din il-persuna jew kumpanija? Meta ħarġet l-expression of interest? X’kundizzjonijiet hemm fil-kuntratt?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li l-Konsulent legali tal-Bord tal-Koperativi hija Dr. Lydia Abela. Din kienet il-Konsulent Legali taħt l-amministrazzjoni preċedenti u billi dejjem provdiet servizz eċċellenti ġie mġeddilha l-kuntratt bi ħlas ta’ €4,000 fis-sena.
Leg 12 PQ #5264 Sitting 70 2013-11-04 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bejgħ jew kera ta’ postijiet storiċi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti d-dettalji u x-xogħol li sar s’issa fuq l-iskema tal-bejgħ jew kera ta’ proprjetajiet storiċi pubbliċi lill-privat? Jista’ jgħid meta se tkun imnedija din l-iskema?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpallant li d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern m’għandu l-ebda ħjiel dwar skemi ta’ din ix-xorta.

Malta Government Technology Investments – Tnaqqis fil-Budget

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-budget tal-Malta Government Technology Investments approvat f’April li għadda ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk il-budget ġie mnaqqas, b’kemm tnaqqas u x’inhi r-raġuni għal dan?

Response (CARDONA, CHRIS)

Id-dettalji dwar il-budget ikunu magħrufa aktar tard mill-Ministru tal-Finanzi.

MITA – MITA Awards Night

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali biex ittellgħet il-MITA Awards Night? Minn din l-ispiża kemm kienet in-nefqa fuq l-ikel u x-xorb? Għal kull spiża, lil min ingħata s-servizz u jista’ l-Ministru jikkonferma jekk dan ġiex mogħti permezz ta’ direct order?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li l-ispiża biex ittellgħet il-MITA Awards for Excellence se tilħaq madwar €19,800. Il-Budget allokat għal din l-okkazzjoni kien ta’ €20,000. Minn dan l-ammont in-nefqa fuq ikel u xorb kienet ta’ €11,800. Ta’ min isemmi ukoll li din is-sena kien hemm rekord ta’ attendenza ta’ impjegati kif ukoll numru rekord ta’ awards mogħtija. Qed inpoggi rendikont tad-dettalji kollha mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra. Infakkar ukoll lil Onor. Interpellant li bejn 2008 u 2011, l-ispiza fuq din l-attività dejjem qabżet il-budget allokat. Speċifikament fl-2011, l-ispiża totali laħqet €30,646 jew aktar minn €10,600 tal-budget li kien allokat.

Banek — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ impjegati fil-banek lokali, separatament f’kull bank fl-2011 u fl-2012?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ in-numru ta' impjegati fil-banek lokali f'kull bank f'Diċembru 2011 u 2012 kien kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-Bank Ċentrali mhux inkluż għax huwa regolatur u mhux bank kummerċjali.
Leg 12 PQ #5261 Sitting 69 2013-10-30 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA — Highly Qualified Schemes – applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni rċeviet l-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) dwar il-Highly Qualified Schemes fl-2012 u minn Jannar għal Settembru 2013? Għal kull perijodu jista’ jgħid x’kien l-impjieg ta’ kull applikant rispettivament?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Transport Malta — Highly Qualified Schemes – applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni rċeviet Transport Malta dwar il-Highly Qualified Schemes fl-2012 u minn Jannar għal Settembru 2013? Għal kull perijodu jista’ jgħid x’kien l-impjieg ta’ kull applikant rispettivament?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward tal-Highly Qualified Schemes, fl-2012 Transport Malta ma rċeviet l-ebda applikazzjoni filwaqt illi minn Jannar sa Settembru 2013 Transport Malta rċeviet sitt applikazzjonijiet. L-impjieg ta’ kull applikant minn Jannar sa Settembru 2013 huwa kif jidher hawn taħt: Flight-Ops Manager (x2) Chief Executive Officer Chief Technology Officer Line Training Captain (x2)

Żibrun tal-Merkanti — ħsara

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux infurmat bil-ħsara li hemm fl-hekk imsejjaħ Żibrun tal-Merkanti li hemm fuq is-sikka quddiem il-Casino tad-Dragonara? Jista’ jara li l-awtoritajiet jieħdu azzjoni immedjata minħabba li jista’ jkun ikkawżat inċident speċjalment għal min ma jafx iż-żona?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta hija nfurmati b’din il-ħsara, u diġà nħareġ Avviż għall-Baħħara (Notice to Mariners) f’dan ir-rigward. Jekk it-it-temp jippermetti, huwa mistenni li din il-ħsara tissewwa fil-ġranet li ġejjin.