Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-aktar għaxar Wi-Fi spots li sar użu minnhom sena b’sena mill-2008 sal-2013?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' l-aktar għaxar Wi-Fi spots li sar użu minnhom sena b’sena mill-2011 sal-2013.
Din l-informazzjoni kienet disponibbili biss mis-sena 2011 'il quddiem.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex iffirmat id-Davos Declaration skont kif ġie mħeġġeġ mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Jose Manuel Barroso waqt il-World Economic Forum sabiex il-gvernijiet u n-negozji fis-settur diġitali jingħaqdu fl-inizzjattiva EU’s Grand Coalition for Digital Jobs bil-għan li jinħolqu 900,000 impjieg madwar l-Unjoni Ewropea fis-settur diġitali?
Response (CARDONA, CHRIS)
Il-Gvern Malti permezz tal-MITA qed tipparteċipa fil-‘Grand Coalition’ billi qed tinvolvi ruħha fi proġett fuq livell Ewropew imsejjaħ ‘Thematic Network: Grand Coalition for Digital Jobs’. Il-MITA ser tkun qed tikkontribwixxi lejn il-‘Grand Coalition’ billi flimkien ma’ Stati Membri oħra ta’ l-Unjoni Ewropeja tieħu l-passi meħtieġa biex tindirizza l-ħiliet li l-ekonomija digitali tirrikjedi. F’din il-‘multi-stakeholder partnership’ il-MITA ser tkun qed tikkolabora ma’ Stati Membri oħra sabiex iktar studenti jgawdu mill-opportunita` ta’ esperjenza (temporanja) prattika f’postijiet tax-xogħol. Din it-‘Thematic Network’ qed tiġi iffinaliżżata issa, fi Frar, mal-Kummissjoni Ewropeja u l-proġett huwa twil sentejn.
Apparti minn din il-parteċipazzjoni prattika, il-Gvern għadu kemm nieda l-‘eSkills Foundation’, li hija koalizzjoni nazzjonali sabiex Malta jkollha l-ħiliet neċessarji għall-iktar ħolqien ta’ xogħol f’ekonomija diġitali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm attendew għall-kors tal-ICT sena b’sena mit-tnedija ta’ din l-inizzjattiva sal-aħħar tas-sena 2013?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħid għal-liema kors tal-ICT u għal-liema snin qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari sabiex tkun tista’ tingħata l-informazzjoni kollha meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irnexxielu jġib investiment barrani matul is-sena 2013 u allura kemm-il kumpanija irnexxielu jattira biex tinvesti minn Malta? Jista’ għal kull kumpanija jgħid x’inhu s-settur tan-negozju tagħha? Jista’ jgħid kull kumpanija kemm tħaddem nies u jekk hemmx pjanijiet li tkabbar u f’dak il-każ kemm huma l-projections ta’ kull kumpanija rigward l-impjiegi?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li għandu pjani biex ibiegħ lill-privat il-ġnien pubbliku magħruf bħala l-ġnien ta’ Ta’ Xbiex?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-ġnien huwa devolut lill-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex. Id-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern m’għandu l-ebda talba uffiċjali sabiex dan il-ġnien jinbiegħ lill-privat
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjani hemm sabiex kumpaniji bħal din il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li qegħdin jaffaċċjaw problemi finanzjarji u qegħdin jagħtu s-sensja lill-impjegati tagħhom, jiġu megħjuna sabiex jiġu salvati l-impjiegi? X’inizzjattivi qed jingħataw sabiex isalvaw l-operaw tagħhom?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux indikazzjoni dwar jekk hemmx fabbriki jew kumpaniji li qed jiffaċċjaw problemi finanzjarji bħal kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk għandu indikazzjoni, jista’ jgħid kemm hu n-numru ta’ dawn il-kumpaniji u x’inhu n-numru ta’ impjegati li qegħdin fir-riskju li jispiċċaw bla xogħol?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-budget tal-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni approvat f’April li għadda ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk il-budget ġie mnaqqas, b’kemm tnaqqas u x’inhi r-raġuni għal dan?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-budget tal-Awtorita' Maltija għall-Komunikazzjoni li kien approvat f'April 2013 kien jammonta għal Eur550,000. Dan il-budget kien ġie rrevedut għal Eur500,000 fit-2 ta' Lulju 2013. Din is-somma tnaqqset wara reviżjoni ta' l-estimi finanzjarji li saret mill-Ministeru tal-Finanzi, u sussegwentement ġiet diskussa mal-MCA, fejn ġie kkontestat illi l-ammont ta' Eur50,000 mhux ser jiġi utiliżżat. B'hekk il-Ministeru tal-Finanzi jista' juża din is-somma f'oqsma oħra ta' ġid għal poplu Malti u Għawdxi. Din, in linea mal-politika tal-Gvern ta' għaqal fit-tmexxija.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħatriet saru fl-uffiċċju tal-Bord tal-Koperattivi minn Marzu 2013 ’l hawn? Kif inħatru dawn l-uffiċjali? Meta saret is-sejħa għall-ħatra f’dawn l-impjiegi? Kemm kien hemm applikanti? Min huma l-persuni li ġew ingaġġati? X’kundizzjonijiet u ħlasijiet hemm marbuta ma’ kull pożizzjoni?
Jista’ l-Ministru jgħid min ġie appuntat administration manager fl-uffiċċju tal-Bord tal-Koperattivi? Kif inħatret din il-persuna? Meta saret il-call for applications? Kemm kien hemm applikanti? X’kundizzjonijiet u ħlasijiet hemm marbuta mal-pożizzjoni ta’ administration manager? X’kwalifiki u esperjenza għandha f’dan il-qasam il-persuna maħtura?
Response (CARDONA, CHRIS)
Il-persuna maħtura fl-uffiċċju tal-Bord tal-Koperattivi bħala Administratiuon Manager Designate għandha esperjenza Legali, Masters fil-liġi Ewropeja u esperjenza ta' organizzazzjoni.
(
Aktar informazzjoni ingħatat dokument Nru 2345 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 121 tat-Tlieta, 18 ta’ Frar 2014)
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta hux qed jippjana li jinstalla traffic lights maż-zebra crossing fi Triq Tas-Sliema, il-Kappara?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pedestrian crossing li hemm approvata fi Sliema Road, San Ġwann, hija zebra crossing u mhux pelican crossing u għalhekk mhux ser jitwaħħlu traffic light beacons magħha.
7th Global Residence and Citizenship Conference 2013 — delegazzjoni
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-Prim Ministru u tad-delegazzjoni kollha tiegħu, inkluż membri parlamentari, biex attendew u pparteċipaw fis-7th Global Residence and Citizenship Conference 2013, f’Miami? Jista’ fl-ispiża jinkludi wkoll b’mod separat il-flights, l-akkomodazzjoni u spejjeż oħra u l-ispejjeż tal-isponsorship? Jista’ jgħid min kienu kull persuna li akkumpanjawh f’Miami?
Malta Individual Investor Program – A New Citizenship by Investment Option in Europe — Delegazzjoni
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġiet l-ispiża globali tal-Prim Ministru d-delegazzjoni kollha tiegħu inkluż membri parlamentari biex attendew u pparteċipaw fil-Malta Individual Investor Program – A New Citizenship by Investment Option in Europe li saret ġewwa Londra fil-31 ta’ Ottubru 2013? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż, b’mod separat, ta’ akkomodazzjoni, flights, sponsorships, marketing u spejjeż oħra? Jista’ jgħid ukoll min kienu kull persuna li akkumpanjawh f’din il-konferenza?
The Italy and Malta Oil and Gas 2013 Summit — delegazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet l-ispiża globali tal-membri kollha tad-delegazzjoni li attendew u pparteċipaw f’The Italy and Malta Oil and Gas 2013 Summit li ttella’ bejn it-30 u l-31 ta’ Ottubru 2013, u fejn il-Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma kien wieħed mill-isponsors prinċipali? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż b’mod separat,ta’ akkomodazzjoni, flights, sponsorships, marketing u spejjeż oħra? Jista’ jgħid ukoll min kien kull persuna li tela’ għal din il-konferenza f’isem il-Ministeru tiegħu u l-Gvern Malti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Kif ingħad f’risposti għall-interpellanzi oħra, dan il-Ministeru ma sponsorizzax il-Konferenza msemmija mill-Onorevoli Interpellant, u li għandha tkun infurmata wkoll li jien m’attendejtx għal din il-Konferenza.
The Italy and Malta Oil and Gas 2013 Summit — delegazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet l-ispiża globali tal-membri kollha tad-delegazzjoni kollha li attendew u pparteċipaw f’The Italy and Malta Oil and Gas 2013 Summit li ttella’ bejn it-30 u l-31 ta’ Ottubru 2013, u fejn il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar kien wieħed mill-isponsors prinċipali? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż b’mod separat, ta’ akkomodazzjoni, flights, sponsorships, marketing u spejjeż oħra? Jista’ jgħid ukoll min kien kull persuna li tela’ għal din il-konferenza f’isem il-Ministeru tiegħu u l-Gvern Malti?
Kappara Amministrattiv tal-Kappara – taħditiet ma’ Transport Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta’ taħditiet ta’ Transport Malta mal-Kappara Amministrattiv tal-Kappara (KAK) u jekk instabux xi soluzzjonijiet għat-talbiet tal-kumitat?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta biex tkun aktar ċara dwar l-informazzjoni li għandha bżonn.
Jista’ l-Ministru jivverifika jekk Transport Malta għamlitx l-istudju neċessarju biex tiddeċiedi jekk Triq il-Gardell, il-Kappara issirx one-way jew tibqax two-way? Jekk iva, x’jirriżulta mill-istudju li sar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li Transport Malta kienet analizzat il-proposta tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann sabiex id-direzzjoni tat-traffiku fi Triq il-Gardell tiġi f’direzzjoni waħda. Saru konsultazzjonijiet pubbliċi rigward din il-proposta tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann u sussegwentament intbagħtet petizzjoni mir-residenti tal-inħawi fejn oġġezzjonaw għal tali proposta. L-Awtorita’ qed tanalizza sewwa dawn l-oġġezzjonijiet u l-analiżi oriġinali ta’ din il-proposta ser tiġi aġġornata sabiex jiġi żgurat li kull aspett ġie analizzat.