Legislature:
Category:
Reset
Active:

Transport Malta – inċident fil-Freeport

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar inċident li seħħ il-Freeport nhar is-16 ta’ Jannar 2014 fejn tliet impjegati ta’ Transport Malta li kienu impjegati riċentement u ġew assenjati għal doveri ta’ security officers mal-Malta Freeport Corporation, kienu allegatament involuti f’tilwima ma’ manager tal-kumpanija privata Malta Freeport Terminals Limited, liema manager safa msawwat? Jista’ jikkonferma jekk hijiex qed issir investigazzjoni fuq dan l-inċident u x’passi se jittieħdu, u jekk il-kumpanija Malta Freeport Terminals Limited talbitx li jittieħdu passi dixxiplinari?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 7811.
Leg 12 PQ #7819 Sitting 123 2014-02-24 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — contract for service

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk ġewx ingaġġati xi persuni fid-dekasteru tiegħu fuq bażi ta’ contract for service? Jekk saru dawn il-kuntratti, kemm-il persuna ġiet ingaġġata minn Marzu 2013 sal-lum? X’inhuma l-kundizzjonijiet ta’ kull persuna? X’perijodu jkopri kull kuntratt? X’inhu l-ħlas marbut ma’ kull kuntratt?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni għada qed tinġabar

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — contract for services

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk ġewx ingaġġati xi persuni fid-dekasteru tiegħu fuq bażi ta’ contract for service? Jekk saru dawn il-kuntratti, kemm-il persuna ġiet ingaġġata minn Marzu 2013 sal-lum? X’inhuma l-kundizzjonijiet ta’ kull persuna? X’perijodu jkopri kull kuntratt? X’inhu l-ħlas marbut ma’ kull kuntratt?

Response (GRECH, LOUIS)

L-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat li hemm ħames persuni li kienu ingaġġati fuq contract for service għal perjodi li jvarjaw bejn 135 siegħa u xahar. L-ingaġġ tagħhom sar skont ir-regoli tal-Gvern. Jien nfurmat illi din il-prassi kienet te¿isti wkoll fis-snin li għaddew.
Leg 12 PQ #7809 Sitting 122 2014-02-19 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għat-Turiżmu

Msida — ġnien

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jingħata upkeep xieraq lill-ġnien ta’ quddiem il-knisja tal-Imsida, fejn jinħtieġ li ssirlu tindifa u titranġa l-funtana li ilha mitfija għal żmien twil?

Response (VELLA, KARMENU)

Infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Imsida li l-ġnien imsemmi hu miżmum fi stat tajjeb. Jidher iżda li hemm problema fid-dawl tal-ġnien konsegwenza ta’ xi atti vandali. Il-Kunsill Lokali għaddej b’diskussjonijiet mal-kuntrattur biex jirranġa din il-problema mill-aktar fis.
Leg 12 PQ #7810 Sitting 122 2014-02-19 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għat-Turiżmu

Msida – Triq il-Kunċizzjoni — dawl

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir id-dawl meħtieg fi Triq il-Kunċizzjoni, l-Imsida peress li din it-triq tinsab fid-dlam?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Imsida li mill-bidu tas-sena s’ issa, fir-rigward tat-triq imsemmija, daħal rapport wieħed biss ta’ bozza maqtugħa, ħdejn il-bini tal-uffiċċju amministrattiv tal-Kunsill. Din kienet rappurtata l-ġimgħa l-oħra u infurmat li l-kunsill ħa l-passi sabiex din tinbidel. Infurmat ukoll li l-Kunsill Lokali tal-Imsida intant kiseb l-approvazzjoni tal-Enemalta għal bozza ġdida ħdejn il-bring-in-sites fl-istess triq.

Transport Malta – inċident fil-Freeport

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar inċident li seħħ il-Freeport nhar is-16 ta’ Jannar 2014 fejn tliet impjegati ta’ Transport Malta li kienu impjegati riċentement u ġew assenjati għal doveri ta’ security officers mal-Malta Freeport Corporation, kienu allegatament involuti f’tilwima ma’ manager tal-kumpanija privata Malta Freeport Terminals Limited, liema manager safa msawwat? Jista’ jikkonferma jekk hijiex qed issir investigazzjoni fuq dan l-inċident u x’passi se jittieħdu, u jekk il-kumpanija Malta Freeport Terminals Limited talbitx li jittieħdu passi dixxiplinari?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-ħaddiema waqqgħu l-akkużi fil-konfront ta’ xulxin.

Animal Welfare — Proċess VIVI

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-Animal Welfare approvat il-proċess VIVI fejn l-annimali jiġu operati mingħajr loppju?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li m’huwiex minnu li l-Animal Welfare approvat il-proċess VIVI fejn l-annimali jiġu operati mingħajr loppju.

Employment Aid Programme

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern dwar l-Employment Aid Programme? Huwa mistenni li jerġa’ jimplimentah ġewwa Malta? Jekk iva, meta?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Il-Gvern bi ħsiebu jniedi skema simili bħall-Employment Aid Programme wara li jiġu konklużi l-arranġamenti bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropeja biex Malta tibda tagħmel użu mill-Fond Soċjali Ewropew għall-perjodu 2014-2020.

Training Aid Framework

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu dwar alternattiva għat-Training Aid Framework, liema programm kien salva aktar minn 2,000 impjieg taħt Gvern preċedenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Il-Gvern bi ħsiebu jniedi skema simili bħat-Training Aid Framework wara li jiġu konklużi l-arranġamenti bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropeja biex Malta tibda tagħmel użu mill-Fond Soċjali Ewropew għall-perijodu 2014-2020.

investiment dirett barrani — projections

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhuma l-projections tal-Gvern dwar l-investiment dirett barrani għas-sena 2014? Kemm hu mistenni li jattira ġewwa pajjiżna negozji ġodda u kemm mistenni li jħaddmu nies dawn il-kumpaniji?

Response (CARDONA, CHRIS)

Kif l-Onor. Interpellanta kienet infurmata, permezz tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7769, is-36 proġetti ġodda (greenfields) minn investituri barranin li kienu approvati matul l-2013 huma mistennija li jimpjegaw madwar 1,280 persuna fl-ewwel tliet snin. Din il-figura teskludi mpjiegi ġodda fi proġetti ta’ espansjoni ta’ investimenti barranin eżistenti. Ta’ min iqabbel dan ir-riżultat ma’ kemm kien approvat investiment barrani ġdid matul is-sena preċdenti, jiġifieri l-2012, fejn it-total ta’ approvazzjonijiet kien ta’ tnejn (2) u t-total ta’ mpjiegi maħluqa 38. Ta’ min isemmi li minn dawn is-36 proġett approvati fl-2013, wieħed biss kien approvat qabel Marzu. Filwaqt li mhux fl-istil tagħna li nispekulaw, inserraħ ras l-istess interpellanta li għaddejja ħidma sfiqa mill-Malta Enterprise biex jiġu lejn pajjiżna aktar investimenti li joħolqu aktar impjiegi ġodda f’pajjiżna, ħalli fl-2014 niksru r-rekord tagħna stess li stabilixxejna fl-2013.

Ta’ Xbiex – Triq Testaferrata — tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jindika meta Triq Testaferrata, Ta’ Xbiex, se tingħata wiċċ ġdid bit-tarmak peress li din it-triq tinsab fi stat ħażin u hi arterja ewlenija li tagħti għal Tas-Sliema?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq imsemmija taqa’ taħt ir-responsabiltà tal-Kunsill Lokali tal-Gżira. Madanakollu, Transport Malta tgħin skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Trasport pubbliku – rotta 24

Question

Jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni tad-deċiżjoni li ħa li jbiddel ir-rotta 24 li kienet tgħaddi minn San Ġwann peress li din ir-rotta ġdida, issa mhix qed tgħaddi miċ-ċentru ta’ San Ġwann u l-inħawi ta’ Ta’ Ġiorni?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament iċ-ċentru ta’ San Gwann huwa moqdi bir-rotot 22 u 32, filwaqt li l-inħawi Ta’ Giorni huwa moqdi bir-rotta 24, kif ġej: · Rotta 22 - Belt, Furjana, Pieta, Msida, Gżira (Argens), Mrabat, San Gwann (ċentru u Ta’ Żwejt), Sptar Mater Dei, Tal-Qroqq, Msida, Pieta’, Furjana, Belt. – (Kull 20/30 minuta). · Rotta 32 - Belt, Furjana, Pieta, Msida, Tal-Qroqq, Sptar Mater Dei, San Ġwann (Ta’ Żwejt u Ċentru), Mrabat, Gżira (Argens), Ta’ Xbiex, Msida, Pieta’, Furjana, Belt. – (Kull 20/30 minuta). · Rotta 24 - Belt, Furjana, Pieta’, Msida, Tal-Qroqq, Kappara, Ta’ Ġiorni, Mrabat, Gżira (Argens), Tal-Qroqq, Msida, Pieta’, Furjana, Belt. (Kull siegħa) Bir-rotot il-ġodda, r-rotta 24 ser tibqa’ tgħaddi miċ-ċentru ta’ San Ġwann imma mhux mill-inħawi Ta’ Ġiorni. Ir-rotta 22 ser tibda isservi kemm iċ-ċentru ta’ San Ġwann, kif ukoll l-inħawi Ta’ Ġiorni. · Rotta 22 – Birkirkara (Sta. Liena), Sptar Mater Dei, Ta’ Żwejt, San Ġwann, Ta’ Ġironi, Mrabat, Triq Argens, Msida, Pieta’, Furjana, L-Venda tal-Belt. Mit-Tnejn sal-Ġimgħa is-servizz ser ikun ta’ kull 20 minuta bejn 05:35 u 09:35hrs u jaqleb għal 30 minuta bejn 09:36 u 22:40hrs u servizz ta’ kull 30 minuta nhar ta’ Sibt u Ħadd. · Rotta 24 – L-Venda tal-Belt, Furjana, Msida, Tal-Qroqq, Kappara, Ta’ Żwejt, San Ġwann, Mrabat, Triq Argens, Tal-Qroqq, Msida, Pieta’, Furjana, L-Venda tal-Belt. Is-servizz mit-Tnejn sal-Ħadd ser ikun ta’ kull 30 minuta. Għaldaqstant bir-rotot il-ġodda, kemm ċ-ċentru ta’ San Gwann u l-inħawi ta’ Ġiorni ser ikunu moqdija bir-rotta 22.

Università – traffic lights

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġietx milqugħa l-proposta li saret mill-Kunsill Lokali tal-Imsida sabiex isiru traffic lights fit-triq ta’ bejn l-area tal-Università u dik tal-Qroqq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-talba ma ġietx milqugħa minħabba li l-inkroċju ta’ tal-Qroqq għandu sistema ta’ sub-ways li hija l-aktar mod sikur biex il-pubbliku jaqsam it-triq u minħabba li, fl-inħawi tas-Swatar m’hemmx post sikur fejn din tiġi mplimentata peress li m’hemmx il-linji ta’ visibilita’ neċessarji skont il-veloċita’ tat-triq.

Msida – skate park – stallazzjoni ta’ dawl

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jsir id-dawl meħtieġ fl-iskate park tal-Imsida peress li jinsab fi stat perikoluż?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dawl tas-subways li jgħaqqdu l-inħawi tal-Qroqq għall-pubbliku ġew ċċertifikati ġimgħatejn ilu mit-team tal-field officers ta’ Transport Malta waqt spezzjoni li saret matul il-lejl. Id-dawl tat-triq madwar l-iskate park ġie mogħti manutenzjoni estensiva f’Diċembru li għadda. Teżisti biss problema fil-parti mit-triq li tagħti lejn Santa Venera, liema ħsara qiegħda tiġi nvestigata mal-kuntrattur. L-iskate park innifsu m’huwiex responsabbilta’ ta’ Transport Malta.
Leg 12 PQ #7808 Sitting 121 2014-02-18 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għat-Turiżmu

Msida – Triq Victor Denaro — tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Victor Denaro, Msida hux se tingħata wiċċ ġdid ta’ tarmak peress li din it-triq tinsab fi stat ħażin?

Response (VELLA, KARMENU)

Infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Imsida li t-triq li qed tirreferi għaliha l-Onor. Interpellant tinsab fi stat tajjeb wara li saret riċentament. Intant infurmat ukoll li l-Kunsill tal-Imsida ser jimbarka fuq eżerċizzju li jidentifika l-istat ta’ kull triq u bankina.

Responsible Gaming Foundation — amministrazzjoni tal-fond

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta beħsiebu jitnieda r-Responsible Gaming Foundation u kif se jiġi amministrat dan il-fond?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Responsbile Gaming Foundation se tiġi imnedija uffiċċjalment nhar it-18 ta' Frar 2014. Il-Fond se jiġi amministrat mill-Fondazzjoni u l-fondi se jitnefqu fuq proġetti relatati.

Responsible Gaming Foundation — amministrazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn fejn se jibda jiġi amministrat ir-Responsible Gaming Foundation, ladarba dan jitnieda uffiċjalment?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Responsible Gaming Foundation se tibda tiġi amministrata uffiċjalment mill-uffiċini tal-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob (LGA).

Malta u Għawdex — Wi-Fi state

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet konkreti għandu sabiex Malta u Għawdex issir Wi-Fi state kif kemm-il darba ġie mwiegħed mill-Gvern?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li madwar Malta u Għawdex hawn 176 ‘Free Wi-Fi hotspots’. Hija l-intenzjoni tal-Awtorità li tkompli tikkollabora mal-Ministeri varji, Kunsilli Lokali u entitajiet oħra sabiex tkompli żżid l-aċċess ta' ‘Free Wifi hotspots’ bil-għan li Malta ssir wieħed mill-ewwel Wi-Fi states. Bħalissa, l-Awtorità qed tirrevedi l-proġett bil-ħsieb li tiżviluppa aktar is-servizz eżistenti f'konformità mal-għanijiet stabbiliti fl-Istrateġija Nazzjonali tal-ICT.

Wi-Fi spots

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Wi-Ffi spot tnieda mill-Gvern, matul is-sena 2013 u allura x’żieda kien hemm fuq il-176 Wi-Fi spots li kienu tnedew sas-sena 2012? Jista’ jagħti l-lista ta’ fejn saru dawn il-Wi-Fi spots?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.