Legislature:
Category:
Reset
Active:

MCCAA – investigazzjoni fuq pompa tal-petrol dwar prezz ta’ petrol

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) investigatx l-istorja li ġiet irrappurtata riċentament fil-midja dwar każ fejn ingħad li saret pressjoni fuq operatur ta’ pompa ta’ petrol fir-Rabat biex ma jraħħasx il-prezz tal-fuel?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 373.

Kummissjoni Ewropea – Winter Forecast – bejgħ taċ-Ċittadinanza

Question

Fid-dawl tal-aħħar rapport tal-Winter Forecast maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea fejn din irrimarkat li l-bejgħ taċ-ċittadinanza sejjer aħjar minn dak previst, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet il-previżjoni oriġinali tal-Gvern mal-Kummissjoni u x’inhuma r-riżultati li qed tirreferi għalihom il-Kummissjoni biex waslet għal tali konklużjoni?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex din il-mistoqsija tigi rreferuta lil Ministru ikkonċernat, li hu l-Ministru għall-Finanzi.

Xiri ta’ Ċittadinanza — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm waslu applikazzjonijiet għax-xiri taċ-ċittadinanza s’issa? Kemm huma dawk l-applikazzjonijiet li għadhom qed jiġu pproċessati u kemm hemm applikazzjonijiet li ġew konklużi?

Response (ABELA, CARMELO)

Irrid niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li ċ-ċittadinanza Maltija mhux għal bejgħ. F’kaz li l-Onor. Interpellant qed tirreferi għall-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment, irrid ninfurmaha li kien hemm erbgħa mija u disgħa u ħamsin (459) applikazzjoni għal residenza bi preparazzjoni għaċ-ċittadinanza.

Xiri ta’ Ċittadinanza — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, skont l-applikazzjonijiet li rċieva għax-xiri taċ-ċittadinanza, kemm qed ikun previst li jkun id-dħul tal-Gvern, xahar b’xahar, u s-sena rispettiva, marbuta ma’ dawn l-applikazzjonijiet?

Response (ABELA, CARMELO)

Irrid niġbed l-attenzjoni lill-Onorevoli Interpellant li ċ-ċittadinanza Maltija mhux għal bejgħ. F’kaz li l-Onor. Interpellant qed tirreferi għall-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment irrid ninfurmaha li skond l-estimi finanzjarji ta’ din is-sena id-dħul tal-gvern ser ikun madwar €50 miljun
Leg 12 PQ #13717 Sitting 232 2015-01-27 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA — persuni liċenzjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni liċenzjati mill-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji sal-aħħar tas-sena 2014 u kemm kien hemm żjarat għall-verifika ta' compliance għand dawn il-persuni f'din is-sena? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2008 sal-2014?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 12 PQ #13718 Sitting 232 2015-01-27 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA — rapport dwar money laundering

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji għandha rapport fuq is-superviżjoni kontra money laundering f'Malta li ġie kkummissjonat mill-istess Awtorità u li sar fis-sena 2014 mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan ir-rapport?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-rapport fuq is-superviżjoni kontra money laundering gie kkummisjonat mill-MFSA wara diskussjonijiet mal-FIAU u LGA, fuq kif tiġi applikata metodoloġija ta monitoraġġ ġdid għal kontra money laundering mill-IMF. Dan ir-rapport sar għal użu intern u mhux għal skop pubbliku.

Wi-fi Spots

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru wi-fi spots fis-sena 2013 u matul l-2014 s’issa? Jista’ jgħid kemm żdiedet iċ-ċifra mill-176 wi-fi spot li kien hemm sas-sena 2012?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn is-sena 2013 u 2014 saru 13-il wifi spot ġdida kif indikat hawn taħt: 2013 2014 Sliema Public Library Sliema Gnien ta' San Anton Attard Triq Wied Babu Zurrieq Gnien il-Gibjun Zurrieq Gnien Hal Warda Attard Gnien Misrah Kola Attard Swatar Garden Swatar Misrah Lewza San Gwann Misrah Awekarja San Gwann Taz-Zwejt San Gwann Misrah il-Ward San Gwann Santa Margerita San Gwann Cirkewwa Ferry Terminal
Leg 12 PQ #12675 Sitting 211 2014-12-01 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għat-Turiżmu

Scheme for Tourism Enterprise

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu jsir dwar il-grant imsejjaħ Scheme for Tourism Enterprise? Jista’ jgħid jekk hemmx xi programmi u skemi oħra, fejn is-settur tat-turiżmu jista’ jibbenefika minn Fondi Ewropej? Għal kull skema, jista’ jgħid kemm hemm fondi allokati għalih?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għal din il-mistoqsija parlamentari għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #12676 Sitting 211 2014-12-01 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għat-Turiżmu

Programm ESF – Fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-programm ESF, li permezz tiegħu s-settur tat-turiżmu jibbenefika minn Fondi Ewropej sabiex jitħarrġu nies li diġà qegħdin jaħdmu fis-settur turistiku, huwiex miftuħ? Jekk iva, kemm hemm fondi allokati għalih? Jekk le, hemm ħsieb li l-programm jerġa’ jinfetaħ?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Istitut tal-Istudji Turistici jibbenefika mill-Fond Socjali Ewropew (ESF) 2.141 – Skills Upgrading for the Tourism Industry in Gozo, li hemm €146,054 f’fondi allokati għalih. Fejn tidhol l-Awtorita' għat-Turiżmu Maltija, il-progetti li iffurmaw parti mill-Fond Socjali Ewropew (ESF) għall-perjodu 2007-2013 ġew konklużi fl-2013. Ġaladarba l-istess fond għall-perjodu 2014-2020 ikun disponibbli, l-Awtorita' għat-Turiżmu Maltija ser tkun qed tapplika bi programmi ta’ taħrig immirati lejn impjegati fis-settur turistiku.
Leg 12 PQ #12677 Sitting 211 2014-12-01 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għat-Turiżmu

Programm Blue Med EU Grant — fondi allokati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-programm Blue Med EU Grant huwiex jopera preżentament? Jekk iva, kemm hemm fondi allokat għalih? Jekk le, jista' jgħid jekk hemmx ħsieb li jinfetaħ?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proġramm bl-isem ta’ Blue Med EU Grant ma jeżistix.

Liċenzji ta’ casinos – Technical Committee u Financial Committee

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11985, fejn il-Ministru qal li skont l-opinjoni tal-Evaluation Committee il-proposta tal-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament kienet il-favorita u li l-analiżi tal-Evaluation Committee kienet ibbażata fuq l-analiżi profonda tiegħu stess u fuq il-findings tas-Sotto Kumitat Tekniku u dak Finanzjarju, allura jista’ l-Ministru jikkonferma jekk ir-rapport tal-Evaluation Committee kienx ippreżentat lill-Privatisation Unit qabel ma nħatar it-Technical Committee u l-Financial Committee? Jista’ jagħti timeline ta’ meta ġew maħtura dawn it-tliet kumitati u meta tlestew ir-rapporti tagħhom rispettivament?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 12246.

Liċenzji ta’ casinos — Negozjati

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11986, fejn jidher li fattur ewlieni li wassal għall-għoti ta’ żewġ casinos huwa li jkun hemm casino ieħor ġewwa San Ġiljan u jinfetaħ casino ieħor ġewwa Buġibba, jista’ l-Ministru jgħid jekk din l-istrateġija kenitx ibbażata fuq studju ekonomiku u market analysis dwar il-ħtieġa għal aktar casinos f’dawn il-lokalitajiet imsemmija? Jista’ jgħid jekk sarux xi tip ta’ concentration studies qabel ma ttieħdet din id-deċiżjoni? U jekk fl-affermattiv, meta saru dawn l-istudji?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 12246.

Liċenzji ta’ casinos — Negozjati

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11986, fejn jidher li l-objettivi primarji għall-għoti ta’ żewġ concessions kienet il-lokalità rispettiva taż-żewġ proponenti shortlisted marbuta mal-ġenerazzjoni tad-dħul għal Gvern, jista’ l-Ministru jgħid x’wassal biex biss ftit tal-jiem wara jwessa’ l-politika tiegħu u jħabbar in-no capping policy? Xi studji saru biex wassal li l-Gvern jagħżel din l-istrateġija? Jista’ jippreżenta l-indikaturi li għandu li b’din l-istrateġija tissalvagwardja s-sostennibiltà tas-settur tal-casinos u r-reputazzjoni li għandna anke f’termini ta’ regolamentazzjoni u infurzar?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 12246.

Settur tad-Digital Games – skemi ta’ għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-iskemi kollha li nħarġu sena b’sena mill-2012 sa Ottubru 2014 biex jiġi megħjun is-settur tad-digital games? Għal kull skema, jista’ jgħid x’tip ta’ għajnuna kienet qed tingħata lil din l-industrija u kemm kien hemm jew hemm fondi allokati għal kull skema?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2012, il-Malta Enterprise nehdiet l-iskema ta' Tax Credits for Digital Applications Development. Din l-iskema kienet immirata li tħajjar kumpaniji iħaddnu teknoloġija aktar avvanzata. li kienu se jinvestu f'teknoloġija “apps” u digital games biex jipromwovu il-prodott u servizzi tagħhom online, setgħu jirċievu tax credit sa massimu ta' €15,000. Dan l-inċentiv għalaq fil-31 ta' Dicembru 2013 u bħalissa qiegħed jiġi revedut. Il-fondi allokati għal din l-iskema kienu €28,900 li ġġeneraw xogħol għal-industrija tad-digital games. Riċentament il-Malta Enterprise reġgħet nehdiet l-Investment Aid Tax Credit għal perjodu 2014 - 2020 u din daħlet fis-seħħ mill-1 ta' Lulju 2014. Kumpaniji fil-qasam tal-iżvilupp ta’ materjal awdjoviżiv diġitali u fl-iżvilupp ta' digital games huma eliġibbli li jibbenifikaw għal din l-iskema skond it-termini u kundizzjonijiet imniżżla fil-linji gwida tal-iskema. Il-fondi allokati għal din l-iskema bejn is-sena 2008 u 2014 kien ta' €205,356,771. Barra minn hekk, kumpaniji f'dan is-settur jistgħu jibbenifikaw minn skemi oħra amministrati mill-Korporazzjoni li jinkludu il-Microinvest, il-Business Advisory Services u il-Micro Guarantee skond it-termini u kundizzjonijiet imniżżla fil-linji gwida ta' kull skema. Il-Malta Enterprise għamlet l-għalmu tagħha biex l-impjegati ta’ kumpanija partikolari fil-qasam tad-digital games li ġiet approvata matul l-2012 ma jbatux il-konsegwenzi tal-problemi kbar li ffaċċjat din il-kumpanija.

Liċenzji ta’ casinos – preferred bidder

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11985 fejn skont il-Ministru, il-preferred bidder intgħażel peress li l-valur finanzjarju tal-proposta tiegħu kienet l-aħjar, jista’ l-Ministru jikkonferma dan billi jagħti l-punteġġi miksuba mitaż-żewġ kumpaniji short listed skont it-13-il kriterja stabbiliti fir-Request for Proposal? Jista’ jgħid x’kienu l-konklużjonijiet tal-quantitative analysis li saru fuq il-ħames bids li ġew sottometti?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li peress illi din il-kwistjoni tal-casinos qegħdha quddiem il-Qorti, u b’rispett lejn is-sistema ġudizzjarja tal-Qrati Maltin, mhuwiex propizju li tiġi kkunsidrata li nagħtu din l-informazzjoni sakemm il-Qorti tagħti d-deċiżjoni tagħha.

Liċenzji ta’ casinos – preferred bidder

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11985 fejn il-Ministru qal li l-metodoloġija finanzjarja għall-evalwazzjoni kienet waħda li hija addottata internazzjonalment, jista’ l-Ministru jgħid għal liema tip ta’ metodoloġija qed jirreferi? Jikkonferma li ma kienx hemm pre established weightings index għal kull kriterja u jekk kienx hemm scoring framework stabbilit qabel ma nfetħu l-bids?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 12246.

Liċenzji ta’ Casino – preferred bidder – Rapport tas-Sotto Kumitat Tekniku

Question

B’referenza għal mistoqsija parlamentari 11985, fejn il-Ministru qal li skont l-Evaluation Committee, il-proposta tal-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament kienet l-aqwa waħda, jista’ l-Ministru jgħid jekk is-Sotto Kumitat Tekniku ikkonkludiex ukoll b’dan il-mod? Jekk fl-affermattiv, jista’ jippreżenta r-rapport ta’ dan is-sotto kumitat?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 12246.

Liċenzji ta’ Casinos — rapporti

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11985, fejn il-Ministru qal li skont l-opinjoni tal-Evaluation Committee, il-proposta tal-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament kienet il-favorita u li l-analiżi tal-Evaluation Committee kienet ibbażata fuq l-analiżi profonda tiegħu stess u fuq il-findings tas-Sotto Kumitat Tekniku u dak Finanzjarju, jista’ l-Ministru allura jgħid għal liema rapport ippreperat u minn liema kumitat kien qed jirreferi għalih meta fuq mezzi tax-xandir qal li r-rapport ma kienx konklussiv?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 12246.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda full-time u part-time separatament fid-dekasteru tiegħu kull sena mill-2008 sal-2013, u fl-2014 sal-aħħar ta’ Ottubru? Jista’ jgħid ukoll separatament fejn ġew ingaġġati dawn l-impjegati ġodda?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għalhekk ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.