Legislature:
Category:
Reset
Active:

Integrated Maritime Policy – proposti tal-kumitat responsabbli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proposti ħareġ sa issa l-kumitat responsabbli għall-Integrated Maritime Policy mit-twaqqif tiegħu f’Lulju 2013?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-aħħar laqgħa tal-kumitat kienet fl-Lulju 2014. Wara din il-laqgħa, fuq informazzjoni li ġiet miġbura matul dawn il-laqgħat, tfassal dokument għall-konsultazzjoni dwar l-Intergrated Maritime Policy li ġie mnegħdi fl-Lulju 2014. Saru numru ta' laqgħat mis-Segratarjat tas- Segretarju Parlamentari għall-Kompettivita' u Tkabbir Ekonomiku fejn ġew innutati diversi punti li fuqhom ġiet imsawra l-politka u li jwasslu għal pjan strateġiku ta' implimentazzjoni. Qed jitħejja dokument li għandu jiġi ippreżentat lill- kumitat f'dawn il-ġimgħat li ġejjin.

Maritime Hub – negozjar mal-preferred bidder

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju tan-negozjar dwar il-maritime hub wasal mal-preferred bidder li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-preferred bidderintalab jagħmel studju fuq qiegħ il-baħar fejn ser ikun qed isir id-dredging.
Leg 12 PQ #14485 Sitting 243 2015-02-25 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA – compliance visits

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13717, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-MFSA hiex beħsiebha ssaħħaħ in-numru ta’ żjarat ta’ compliance on site, b’mod partikolari wara l-każijiet tal-kumpaniji lid-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-MFSA qiegħda tiddiskuti mekkaniżmi li jistgħu jintużaw biex iż-żjarat għand entitajiet liċenzjati jissaħħu.
Leg 12 PQ #14486 Sitting 243 2015-02-25 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA – compliance visits

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13717, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-proċess li bih jitwettqu l-compliance visits? Il-kumpaniji li fuqhom isiru dawn il-visits jintgħażlu b’mod ad hoc jew wara xi rapport?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fir-raba’ term tas-sena isir pjan fejn jiġu magħżula l-entitajiet finanzjarji li se jkunu suġġett għal compliance visit fis-sena ta’ wara. Dawn l-entitajiet jiġu magħżula abażi ta’ numru ta’ fatturi, fosthom: - Riskji li jirrapreżentaw lis-sistema finanzjarja ta Malta; - Assessjar tar-riskji u l-kontrolli żviluppati minn kull intrapriża biex innaqsu dawn ir-riskji varji; - Balance Sheet size u analiżi ta informazzjoni kwantitattiva oħra ; - Numru ta’ lmenti milqugħa mingħand il-konsumaturi u sorsi kwalitattiva eżistenti oħra; u - Kwistjonijiet ta’ nuqqas ta’ compliance. L-Awtorita’ tagħmel żewġ tipi ta’ żjarat: żjarat estensivi u dawk iffukati fuq temi partikolari. Isiru wkoll żjarat ad-hoc minħabba informazzjoni addizzjonali li l-Awtorità tirċievi minn whistleblowers jew minn sorsi oħrajn.
Leg 12 PQ #14487 Sitting 243 2015-02-25 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Falliment ta’ kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li fis-sena 2013 seħħ il-falliment tal-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jispjega x’wassal għall-falliment tal-kumpanija u x’superviżjoni kienet qed issir fuq din il-kumpanija qabel ma falliet? Kemm-il żjara għall-verifika ta' compliance saret fuq l-istess kumpanija matul iż-żmien meta din kienet liċenzjata?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpanija daħlet fi proċess ta’ likwidazzjoni f’April 2014 minħabba li ma rnexxilhiex iżżid il-kapital biex tkompli topera. Il-fatturi li wasslu għal din is-sitwazzjoni kienu li l-kumpanija ma sabitx is-support minn għand l-azzjonisti biex iżżid il-kapital, instab li l-prioviżjonijiet tekniċi tal-kumpanija ma kinux qed jiġu miżmuma kif suppost u l-governanza tal-kumpanija kellha bżonn tissaħħaħ aktar wara numru ta’ riżenji ta’ diretturi. Il-kumpanija kienet tissottometti audited financial statements u management accounts li jinkludu rapporti ta’ marġini ta’ solvibilità . Itħejjew rapporti minn esperti u saru diversi laqgħat mad-diretturi tal-kumpanija qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni biex il-kumpanija tidħol fi proċess ta’ likwidazzjoni. Matul iż-żmien li din il-kumpanija kienet liċenzjata saru żewġ compliance visits.
Leg 12 PQ #14488 Sitting 243 2015-02-25 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA – falliment ta’ kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’azzjoni tittieħed mill-MFSA biex tipprova tipprevjeni falliment ta’ kumpaniji bħalma ġara fil-każ tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tissorvelja mill-qrib is-saħħa finanzjarja tal-kumpaniji liċenzjati minnha skont il-poteri kollha li għandha fil-liġi. B’mod partikolari, bħala kundizzjoni ta’ liċenzja kumpaniji tal-assikurazzjoni huma mitluba li jissottomettu fuq bażi regolari audited financial statements u management accounts li jinkludu rapporti ta’ marġini ta’ solvibbilità. Huma wkoll mitluba li jissottomettu dettalji tal-attiv li jkopri il-proviżjonijiet tekniċi. Dawn kif ukoll il-proviżjonijiet tekniċi jiġu eżaminati biex l-Awtorità tassigura li l-attiv huwa mingħajr piż. Il-kumpaniji għandhom ukoll bżonn permess mingħand l-Awtorità biex jitħallsu xi dividends. L-Awtorità tissorvelja l-kumpaniji wkoll billi titkellem b’mod regolari mal- management u l-bord tal-kumpaniji.
Leg 12 PQ #14489 Sitting 243 2015-02-25 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA – Rapport dwar Money laundering

Question

B’referenza għal tweġiba parlamentari 13718, fejn jidher lir-rapport fuq is-superviżjoni kontra l-money laundering sar għal skop intern, jista’ l-Ministru jelenka l-punti saljenti li ħarġu minn dan ir-rapport?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-punti salienti li ħarġu mis-Self-Assessment kontra l-Money Laundering huma dawn: 1. Kemm l-awtoritajiet kif ukoll l-operaturi għandu jkollhom għarfien tajjeb tal-livell ta’ riskju ta’ money laundering fil-pajjiż kif ukoll f’setturi differenti u għandhom japplikaw livell ta’ superviżjoni, attenzjoni u proċeduri li jkunu skont dak ir-riskju. 2. L-awtoritajiet għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom ir-risorsi kollha meħtieġa, inkluż in-numru ta’ personnel li hemm bżonn sabiex ikunu jistgħu jagħmlu superviżjoni effettiva kontra l- money laundering skont ir-riskji li jiġu identifikati. Is-superviżjoni kontra l- money laundering għandha tiżdied sabiex ikun assigurat li l-operaturi fis-setturi kollha josservaw ir-regoli kontra l- money laundering . 3. L-operaturi kollha, kemm dawk finanzjarji kif ukoll oħrajn, li għandhom obbligi taħt ir-regolamenti kontra l- money laundering għandhom josservaw bl-aktar mod skrupoluż l-obbligazzjonijiet tagħhom skont il-liġi, partikolarment fejn jinvolvi l-għarfien tar-riskju ta’ money laundering u l-proċeduri ta’ customer due diligence. 4. Għandhom isiru l-emendi kollha neċessarji sabiex dawk in-nuqqasijiet li ġew identifikati fil-liġijiet ta’ Malta kontra l- money laundering jiġu indirizzati u b’hekk jiġi assigurat li l-liġijiet u regolamenti Maltin kontra l- money laundering jaderixxu kompletament mal-istandards internazzjonali riveduti tal- Financial Action Task Force (FATF). 5. Ir-risorsi tal-FIAU għandhom jiżdiedu sabiex din l-awtorità tkun tista’ taqdi aħjar il-funzjonijiet tagħha skont il-liġi. 6. L-awtoritajiet għandhom iħarsu lejn ir-riskji marbuta mal- online gaming sector u jaddottaw il-livell ta’ superviżjoni meħtieġ filwaqt li għandhom ukoll jirrevedu l- fit and proper assessment ta’ operaturi li diġà għandhom liċenzja skont ir-riskju identifikat.
Leg 12 PQ #14490 Sitting 243 2015-02-25 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA – proċess ta’ applikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu ż-żmien medju li tieħu l-MFSA biex tiġi pproċessata applikazzjoni għal liċenzja? Jista’ l-Ministru jispeċifika ż-żmien medju għal kull kategorija ta’ liċenzja?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi skont l-Att dwar il-Kummerċ tal-Assigurazzjoni, l-MFSA trid taghħti d-deċiżjoni fuq applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ Kumpanija tal- assigurazzjoni fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi t-tagħrif meħtieġ li jrid jingħata taħt dan l-Att. F’każ meta l-awtorizzazzjoni li tkun qed tintalab tkun waħda ristretta għar- rijassigurazzjoni jew “captive”, iż-żmien preskritt taħt dan l-Att huwa ta’ tliet xhur. Skont l- Att dwar L-Intermedjarji fl-assigurazzjoni, L-MFSA għandha tiddeċiedi applikazzjoni għal reġistrazzjoni jew iskrizzjoni ta’ Aġent, Broker jew Manager fl-assigurazzjoni fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi t-tagħrif meħtieġ li jingħata taħt dan l-Att. F’dan il-qasam iż-żmien medju meħud għall-ipproċessar ta’ liċenzji jvarja minn xahrejn sa sitt xhur. Skont l-Att dwar is-Servizzi ta’ Investiment , l-perjodu massimu biex l-MFSA tagħti deċiżjoni fuq applikazzjoni għal-liċenzja huwa ta’ sitt xhur minn meta l-Awtorità tirċievi l-applikazzjoni kompluta b’mod adekwat flimkien mad-dokumentazzjoni kollha rikjesta. Iż-żmien medju għal-liċenzji taħt l-Att tas-Servizzi ta’ Investiment tipikament ivarja minn 4 sa 12 il-ġimgħa. Skont L-Att Dwar Pensjonijiet tal-Irtirar , L-MFSA trid tagħti deċiżjoni fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi t-tagħrif meħtieġ li jrid jingħata taħt dan l-Att. F’dan il-qasam iż-żmien medju meħud għall-ipproċessar ta’ liċenzji jvarja minn xahrejn sa sitt xhur. Skont l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju, l-MFSA għandha tiddeċiedi kull applikazzjoni għal-liċenzja fi żmien sitt xhur minn meta tkun irċeviet t-tagħrif meħtieġ li jrid jingħata taħt dan l-Att. Ta’ min jinnota li minn Novembru li għadda, taħt dan is-settur, kull applikazzjoni ġdida qiegħda tiġi determinata mill-ECB ukoll, bħala parti mill-Awtorità Ewropea ( Single Supervisory Mechanism ). Normalment, l-MFSA tieħu bejn sitt xhur u sena biex toħroġ liċenzja ta’ bank ġdid. Skont l-Att dwar l-Istituzzjoinijiet Finanzjarji, l-MFSA għandha tiddeċiedi kull applikazzjoni għal-liċenzja fi żmien tliet xhur minn meta tkun irċeviet t-tagħrif meħtieġ li jrid jingħata taħt dan l-Att. Normalment, l-MFSA tieħu bejn tliet xhur u sitt xhur biex toħroġ liċenzja ta’ istituzzjoni ġdida. Skont l-Att dwar it- Trusts u t- Trustees , l-MFSA għandha tiddeċiedi kull applikazzjoni għal liċenza fi żmien tliet xhur minn meta tkun irċeviet t-tagħrif meħtieġ li jrid jingħata taħt dan l-Att. L-MFSA tieħu medja ta’ tliet xhur biex toħroġ liċenzja taħt dan is-settur. Skont l- Att dwar Provdituri ta’ Servizz lill-Kumpaniji , l-MFSA għandha tiddeċiedi kull applikazzjoni għal-liċenzja fi żmien sitt xhur minn meta tkun irċeviet t-tagħrif meħtieġ li jrid jingħata taħt dan l-Att. L-MFSA tieħu medja ta’ tliet xhur biex toħroġ reġistrazzjoni ta’ entità ġdida f’dan is-settur. F’kull settur hawn fuq imsemmi, l-MFSA ġeneralment tiltaqa’ mal-applikanti u kemm jista’ jkun tikoordina magħhom fuq iż-żmien li jiehħu l-proċess ta’ applikazzjoni. Iż-żmien meħud mill-MFSA biex tipproċessa applikazzjoni għal-liċenzja f’kull settur fil-fatt jiddependi fuq bosta fatturi hawn taħt immsemija: · Iż-żmien meħud għar-risposti ta’ terzi persuni biex il-proċess ta’ due diligence jiġi finalizzat; · Il-kwalità tal-applikazzjoni u l-komplessità tal-attività proposta mill-applikant; · Iż-żmien meħud mill-applikant biex jirrispondi għall- mistoqsijiet/kjarifiki/rikjesti għall-dokumentazzjoni oħra li l-MFSA tagħmel dwar l-applikazzjoni u l-kwalità tar-risposti tal-applikant; · Tibdil li jista’ jsir mill-applikant waqt il-proċess ta’ applikazzjoni.

Ir-rapport ta’ Swissleakes

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-korp tal-pulizija, permezz tal-kuntatti li għandu fuq livell Ewropew u internazzjonali, għandux aċċess għal-lista sħiħa tal-individwi jew kumpaniji marbutin ma' Malta msemmija fir-rapport ta' Swissleaks?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex jirreferi għal-mistoqsija parlamentari 14478.
Leg 12 PQ #14480 Sitting 242 2015-02-24 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Ir-rapport ta’ Swissleaks

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħidma konġunta għaddejja bejn il-Ministeru tiegħu u l-Ministeru tal-Intern u s-Sigurta' Nazzjonali dwar ir-rapport li ġie żvelat minn Swissleaks?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14474.
Leg 12 PQ #14481 Sitting 242 2015-02-24 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Investment Registration Scheme

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il individwu u kumpanija ddikjaraw il-fondi tagħhom skont l-Investment Registration Scheme?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru totali ta’ applikazzjonijiet validi taħt l-Investment Registration Scheme tal-2014 kien 1469. Dawn l-applikazzjonijiet saru minn 986 individwu u 10 kumpaniji. Huwa importanti li wieħed jinnota li kien hemm numru ta’ individwi li tefgħu iktar minn applikazzjoni waħda.
Leg 12 PQ #14482 Sitting 242 2015-02-24 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Investment Registration Scheme

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta’ fondi ddikjarati skont l-Investment Registration Scheme? Jista’ minn dawn l-ammonti jgħid x’inhu t-total ta’ dawk il-fondi u l-kontijiet li ġew ripatrijati u dawk li tħallew f’kontijiet barra minn Malta?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għad-dettalji relatati mal-mistoqsija t’hawn fuq li kienu ngħataw fl-istqarrija tal-gvern NR 150006 bid-data tat-3 ta’ Jannar, 2015.
Leg 12 PQ #14483 Sitting 242 2015-02-24 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Individual Investor’s Programme – Rapport tal-Kummissjoni Ewropea

Question

Fid-dawl tal-aħħar rapport tal-Winter Forecast maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea fejn din irrimarkat li l-bejgħ taċ-ċittadinanza sejjer aħjar minn dak previst, jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-previżjoni oriġinali tal-Gvern mal-Kummissjoni u x'inhuma r-riżultati li qed tirreferi għalihom il-Kummissjoni biex waslet għal tali konklużjoni?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fid Draft Budgetary Plan, l-estimi ta’ ġbir ta’ fondi mill-IIP għall-2014 kien dak ta’ 0.06% tal- GPD li jammonta għal madwar ħames miljun Ewro. Fl-estimi tal-Budget għall-2015, din il-figura ġiet riveduta ’l fuq għall-ħmistax-il miljun Ewro għall-2014.
Leg 12 PQ #14484 Sitting 242 2015-02-24 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Individual Investor’s Programme – dħul tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid, skont l-applikazzjonijiet li rċieva l-Gvern għax-xiri taċ-ċittadinanza, kemm qed ikun previst id-dħul tal-Gvern, xahar b'xahar u s-sena rispettiva marbuta ma' dawn l-applikazzjonijiet?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Malta Gaming Authority — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ applikazzjonijiet ġodda li rċeviet il-Malta Gaming Authority għal kull settur li tirregola fl-2013 u fl-2014? Kemm minn dawn ġew ipproċessati u kemm għadhom fil-proċess li tingħata liċenzja?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #14474 Sitting 241 2015-02-23 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Ir-rapport ta’ Swissleaks — investigazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Financial Intelligence Analysis Unit jew entità Governattiva oħra fetħitx investigazzjoni fid-dawl tar-rapport ta' Swissleaks fejn ġie żvelat li hemm numru ta' Maltin li huma involuti f'dan il-każ?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Finanzi huma konxji ta’ dan ir-rapport li kien gie ippublikat fl- 2010 u li l-Gvern tal-ġurnata kien naqas li jikseb l-informazzjoni fuqu. Madanakollu, ngħarraf ukoll lill-Onorevoli Interpellant illi l-FIAU hija prekluża bil-liġi milli tipprovdi dettalji dwar każijiet li jkunu qegħdin jiġu analizzati minnhom jew li jagħtu dettalji dwar rapporti li jkunu saru minn xi persuni, kif ukoll li jgħaddu informazzjoni dwar informazzjoni li setghet ingħatat lill-pulizija.
Leg 12 PQ #14475 Sitting 241 2015-02-23 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Ir-rapport ta’ Swissleaks

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk b'rabta mar-rapport ta' Swissleaks, il-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) għandhiex informazzjoni fis-sens li l-Maltin li għandhom dawn il-kontijiet setgħu kienu qed jużaw dawn il-kontijiet għal skopijiet ta' ħasil ta' flus barra minn pajjiżna?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14474.
Leg 12 PQ #14476 Sitting 241 2015-02-23 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Ir-rapport ta’ Swissleaks

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk b'rabta mar-rapport ta' Swissleaks saritx investigazzjoni sabiex jiġi żvelat jekk il-kontijiet tal-Maltin imsemmija humiex involuti f'evażjoni ta' taxxa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14474.
Leg 12 PQ #14477 Sitting 241 2015-02-23 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Il-każ ta’ Swissleaks

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni li wasslet għall-konklużjoni li l-flus fil-kontijiet imsemmija fir-rapport ta' Swissleaks setgħu ġew minn sorsi illeċiti? Jekk fl-affermattiv, kien hemm xi forma ta' konklużjonijiet li qanqlu suspett u allura ġew mgħoddija lill-Pulizija biex tieħu azzjoni?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14474.

Ir-rapport ta’ Swissleaks

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk min-naħa tal-Pulizija hux qed isiru xi investigazzjonijiet marbuta ma’ dak li ħareġ mir-rapport ta' Swissleaks?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li f’dan l-istadju l-Pulizija m’hiex tagħmel investigazzjonijiet marbuta ma’ dak li ħareġ mir-rapport ta' Swissleaks. Peress li l-awtoritajiet tat-taxxi jmexxu nvestigazzjoni f’każijiet fejn hemm evazzjoni ta’ taxxi, l-Onorevoli Interpellant hu mitlub jindirizza din l-Interpellanza lill-Awtoritajiet konċernati.