Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru toroq arterjali, sena b’sena u lokalità b’lokalità f’dawn l-aħħar ħames snin? Kemm isarrfu f’kilometri ta’ toroq sena b’sena? Għal kull triq jista’ l-Ministru jindika f’liema sena beda u f’liema sena spiċċa x-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta tagħmel xogħol b’mod regolari fuq toroq arterjali skont il-prijoritajiet li jirriżultaw, nitlob lill-istess Onor. Interpellant tispeċifika jekk hux tirreferi għall-manutenzjonijiet fuq toroq arterjali jew bini mill-ġdid ta’ dawn l-istess toroq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża li saret f’dawn l-aħħar ħames snin, sena b’sena fuq toroq arterjali? Jista’ jgħid jekk ix-xogħlijiet fuq dawn it-toroq kinux iffinanzjati mill-gvern ċentrali jew minn fondi Ewropej?
toroq arterjali u toroq residenzjali – Finanzjament
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għat-tliet snin li ġejjin għal xogħlijiet fuq toroq arterjali u toroq residenzjali ġodda? Jista’ jgħid xi pjanijiet għandu sena b’sena? Jista’ jgħid xi pjanijiet għandu dwar l-iffinanzjar ta’ dawn it-toroq, ċjoè kemm minnhom se jkunu ffinanzjati mill-gvern ċentrali u kemm se jkunu ffinanzjati minn fondi Ewropej?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-każ ta’ xogħlijiet fuq toroq arterjali bħalissa għaddej ix-xogħol fuq Triq il-Kosta u nħareġ it-tender għal xogħlijiet fuq il-flyover tal-Kappara, filwaqt li manutenzjoni tibqa’ ssir fuq toroq oħra b’mod regolari u skont il-bżonn. Fir-rigward ta’ toroq residenzjali ġodda, bħal dejjem, Transport Malta tagħmel xogħol fuq dawn it-toroq skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Ovvjament, il-pjan għal dawn it-toroq ikun qed jinħadem b’mod progressiv matul is-snin. Inżid ukoll li xogħlijiet maġġuri bħal per eżempju dawk ta’ Triq il-Kosta u l-flyover tal-Kappara jkunu finanzjati mill-Unjoni Ewropea, filwaqt li xogħol ta’ manutenzjoni u dak li jkopri toroq residenzjali ikun qed isir minn fondi nazzjonali.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslet il-ħidma tal-Gvern dwar l-inizjattiva Seed Capital li tħabbret fil-baġit?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar flimkien mal-Università ta' Malta beħsiebhom jniedu t-TAKE OFF Seed Fund Award fl-aħħar t’April 2015 bid-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet ippjanata li ser tkun l-aħħar ta‘ Mejju 2015 (biż-żewġ dati għandhom jiġu kkonfermati iktar 'il quddiem). Il-fondi li jammontaw għal €100,000 ġew assenjati speċifikament għal distribuzzjoni bejn negozji li għadhom jibdew (start-ups) u akkademiċi sabiex jagħtihom il-faċilità jmexxu ‘l quddiem l-ideat tagħhom lejn kummerċjalizzazzjoni u ħolqien ta’ negozji ‘high- growth’ f’Malta.
Jista' l-Ministru jgħid f’liema stadju waslet il-ħidma tal-Gvern għat-tnedija ta' Islamic banking f'pajjiżna?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saru numru ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni ma’ entitajiet li huma interessati f’dan is-settur u bħalissa qed isir studju ta’ kif għandu jiġi ntrodott l-Islamic Banking f’pajjiżna.
B’referenza għat-tender mogħti lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, għal maritime hub, jista’ l-Ministru jgħid kemm mis-sit se tingħata lil preferred bidder u kemm mis-sit se jżomm il-Gvern?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi tim ta’ esperti ser ikun qed jiddiskuti mal-‘preferred bidder’ kemm mis-sit ser tkun qed tingħata lilu b’tali mod li l-proġett ikun viabbli u jista’ jsir.
Jista’ l-Ministru jispjega b’mod tanġibbli x’inhu l-pjan tal-preferred bidder għal maritime hub?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-pjan tal-‘preferred bidder’ għall-maritime hub huwa illi jopera fl-Industrija taż-Żejt u l-Gass li ser tkun tinkudi:
- Head Office għall-kumpanija;
-żewġ
rig stop facilities
li jinkludu
project offices,
-workshops
, postijiet
għall-ħażna u mud processing facilities
;
-
docking and berthing facilities
;
-
Petroleum, Marine & Subsea Industry Fabriaction, Inspection & Repair
;
- postijiet
għall-
ħażna li jistgħu jiġu uza
ti minn kumpaniji ta
ż
-
żejt,
-kumpaniji tat-tħaffir u
major Rig Solution Companies
; u
-Oil, Gas and Marine Engineering Hub li ser jinkludi wkoll numru ta’ uffiċċji u faċilitajiet ta' taħriġ li ser joffru korsijiet akkreditati internazzjonalment.
Studji dwar baga proposta mill-Ministeru għal Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi studji ambjentali u tekniċi saru fuq il-fattibilità tal-baga proposta mill-Ministeru għal Għawdex? Minn min sar dan l-istudju? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju li sar?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.
Studji dwar baga proposta mill-Ministeru għal Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi studji ambjentali u tekniċi saru fuq il-fattibilità tal-baga proposta mill-Ministeru tiegħu? Minn min sar dan l-istudju? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju li sar?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat illi studji tekniċi dwar il-baga tax-Xlendi qed jiġu kkummissjonati wara taħdidiet ma’ l-awtoritajiet konċernati.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet li għadhom pendenti jew li għadhom fil-proċess tal-applikazzjoni? Jekk fl-affermattiv kemm hemm minn dawn l-applikazzjonijiet?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Applikazzjonijiet Pendenti
Assigurazzjoni u Intermedjari tal- Assigurazzjoni
– 26. Din il-figura tkopri applikazzjonijiet għal-liċenzja għall-Kumpaniji tal-Assigurazzjoni, Ċelluli Protetti f’kumpaniji tal-Assigurazzjoni u Intermedjarji fl-Assigurazzjoni, Kumpaniji biex jaġixxu ta` Intermedjarji, Reġistru Aġenti/Brokers/Managers, Awdituri Approvati u Intermedjarji marbuta fl-assigurazzjoni
Servizzi ta’ Investiment
- 113. Din il-figura tkopri applikazzjonijiet għal-liċenzja ta’ kumpaniji ta’ investimenti, kumpaniji ta’ amministrazzjoni tal-fondi, fondi u sottofondi.
Pensjonijiet tal-Irtirar
- 6. Din il-figura tkopri applikazzjonijiet għal-liċenzja ta’ Amministrazzjoni ta’ Skemi tal-Irtirar, Skemi tal-Irtirar u Maniġġar tal-Investiment.
Kummerċ Bankarju
- 4.
Istituzzjonijiet Finanzjarji
- 17. Din il-figura tkopri applikazzjonijiet għal-liċenzja ta’ istituzzjonijiet għal servizzi finanzjarji ġenerali, provditur ta’ servizz ta’ pagament u istituzzjoni ta’ flus elettroniċi.
Trusts
u
Trustees
– 15. Dawn l-applikazzjonijiet jinkludu
trustees
, istituzzjonijiet li joffru servizz ta’ mandatarju, kif ukoll amministrazzjoni ta’ fondazzjoni privati.
Provdituri ta’ Servizz lill-Kumpaniji
- 204.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14244, jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif dawn l-applikazzjonijiet waslu xahar b'xahar? Jista' jagħti breakdown ta' f'liema proċess waslu l-459 applikazzjoni?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet tingħata minn Identity Malta lir-Regolatur, hekk kif inhu stipulat fl-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija.
Jista' l-Ministru jippublika l-annual report u l-financial statements tal-2012 u 2013 tal-Enemalta peress li l-aħħar annual report u financial statement li ġew ippubblikati fuq is-sit elettroniku tal-Enemalta huma dawk tal-2011?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta plc inħolqot tard fl-2014 u għadha ma ppubblikat l-ebda annual report u financial statement. L-istatements tal-Enemalta plc ser jiġu ppubblikati skont il-liġijiet ta’ Malta.