B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15023, jista’ l-Ministru jipprovdi l-informazzjoni kollha dwar toroq residenzjali li qed jinbnew għall-ewwel darba peress li dawk jaqgħu taħt ir-responsabilità diretta ta’ Transport Malta kif ġie speċifikat fil-mistoqsija parlamentari inkwistjoni?
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15024, jista’ l-Ministru jipprovdi l-informazzjoni kollha dwar toroq arterjali li qed jinbnew għall-ewwel darba u dawk li qed jinbnew mill-ġdid?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent għaddej xogħol ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Kosta li jkopri tul ta’ 7.3 kilometri.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15025, jista’ l-Ministru jipprovdi l-informazzjoni kollha dwar toroq arterjali li qed jinbnew għall-ewwel darba u dawk li qed jinbnew mill-ġdid?
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15027, jista’ l-Ministru jgħid il-perjodu meta hu mistenni li jitlesta l-asfalt fi Sqaq Ħofra l-Għargħur?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn x’inżid mar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 15027, ħlief li Transport Malta tkun tista’ tkompli bix-xogħlijiet meta l-WSC tlesti bix-xogħlijiet tagħha.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-karozza tal-linja bir-rotta numru 233, liema rotta tgħaddi kull siegħa minn Tas-Sliema għal Swieqi (Victoria Gardens) u li tgħaddi kull siegħa, jista’ jgħid jekk hux beħsiebu li tgħaddi aktar frekwenti tal-anqas waqt ix-xhur tas-Sajf fejn jidher li d-domanda għal din ir-rotta tiżdied sostanzjalment?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bl-introduzzjoni tar-rotot il-ġodda huwa ppjanat li tiġi introdotta rotta ġdida li fi triqitha mis-Swieqi lejn il-Belt Valletta tgħaddi minn San Ġiljan u tas-Sliema. Din ir-rotta ser ikollha frekwenza ta’ kull 20 minuta.
Kummissjoni Ewropea Infringement proceedings dwar Tonnage Tax
Question
Peress li kemm il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura kif ukoll il-Ministru għall-Finanzi rreferewni lill-Ministru kkonċernat, jista’ d-Deputat Prim Ministru jispjega xi żviluppi qed isiru dwar it-tonnage tax fid-dawl tal-infringement proceedings li għaddejjin bħalissa?
Response (GRECH, LOUIS)
Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant li fir-rigward tat-Tonnage Tax, Malta ma tpoġġietx taħt infringment proceedings iżda fil-25 ta’ Lulju 2012 l-Kummissjoni Ewropea fetħet investigazzjoni formali fuq il-qafas legali Malti biex tistħarreġ jekk dan kienx konformi ma’ dak li huwa mħaddan fl-Unjoni Ewropea.
Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment (IIP) — Applikazzjonijiet
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 14536 u 15020 fejn stqsejt għal breakdown ta’ kif waslu xahar b’xahar l-applikazzjoni tal-IIP, kif ukoll breakdown ta’ f’liema stadju tal-proċess waslu l-459 applikazzjoni, liema mistoqsijiet ma ġewx imwieġba, jista’ l-Ministru jispeċifika għal liema regolatur qed jirreferi li Identity Malta tat din l-informazzjoni? Jista’ jgħid jekk dan ir-regolatur jaqax taħt ir-responsabilità tiegħu? Jekk iva, jista’ jitlob lir-regolatur inkwistjoni biex jipprovdi lill-Parlament l-informazzjoni mitluba f’mistoqsijiet parlamentari 14536 u 15020?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari 14536 u 15020 jirreferu għar-Regolatur tal-Programm tal-Investitur Individwali, hekk kif speċifikat fl-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap.188). Kif tispeċifika din il-liġi r-Regolatur huwa maħtur mill-Prim Ministru wara konsultazzjoni mal-Kap tal-Oppożizzjoni.
L-Att jispeċifika li: ‘Fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu taħt dan l-Att, ir-Regolatur għandu jaġixxi fil-ġudizzju individwali tiegħu u m’għandux ikun soġġett għad-direzzjoni jew kontroll ta’ xi persuna jew awtorità oħra’
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14485, jista’ l-Ministru jispjega l-mekkaniżmi li jistgħu jintużaw mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji biex iż-żjarat għand entitajiet liċenzjati jissaħħu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dawn il miżuri jinkludu:
1. Taħrig intensiv għall impjegati ma regulaturi barranin ta ċerta livell u fama, inkuż ma awtoritajiet Ewropej bħall-ESMA, EIOPA, EBA u ECB;
2. It-tisħiħ tal-prestazzjoni tal-funzjoni ta’ superviżjoni bankarja permezz tal-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, li daħal fis-seħħ fl-4 ta’ Novembru 2014;
3. Viżti tematiċi jew focussed fejn ir-riskju huwa akbar; u
4. Ir-riżorsi limitati jiġu utilizzati bil-għaqal, b'enfasi, b'mod ġenerali, fuq entitajiet liċenżjati li huma ta’ riskju u ta’ impatt qawwi jekk ifallu.
5. Enfasi biex ir-reklutaġġ jinkludi nies b'esperjenza fis-settur (sa fejn hu possibbli).
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 15021 u 14537, jista’ l-Minsitru jwieġeb sa meta mistenni jippubblika l-Financial Statements tal-Enemalta Corporation għal 2012 u l-2013 peress li ż-żmien biex jippreżenta dawn id-dokumenti huwa long overdue?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15021 (ħmistax-il elf, wieħed u għoxrin)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15022, jista’ l-Ministru jipprovdi l-informazzjoni kollha dwar toroq residenzjali li qed jinbnew għall-ewwel darba peress li dawk jaqgħu taħt ir-responsabilità diretta ta’ Transport Malta kif ġie speċifikat fil-mistoqsija parlamentari inkwistjoni?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li preżentament it-toroq residenzjali li qed jinbnew għall-ewwel darba huma hekk kif ġej :-
Triq in-Niġem, Għaxaq
Parti minn Triq il-Port Ħieles B, Birżebbuġa
Triq ġdida fi / u parti minn Triq Ninu Cremona, Raħal Ġdid
Triq l-Ibjar / Arkati, Raħal Ġdid
Parti minn Triq Annetto Caruana, San Pawl il-Baħar
Triq San Benedettu, Kirkop
Triq Jean de la Cassiere, San Pawl il-Baħar
Triq ġdida f’ Triq il-Wilġa, Marsaxlokk
Jista’ l-Ministru jindika meta hu ppjanat li Transport Malta tagħmel ix-xogħlijiet meħtieġa fi Sqaq il-Ħofra fil-Għargħur?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fir-rigward ta’ din it-triq, Transport Malta qed tagħmel kordinazzjoni mal-WSC, fejn jirriżulta li din l-entità trid tgħaddi xi servizzi ġodda qabel isir l-asfalt minn Transport Malta fil-parti li qiegħda f’scheme.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14676, jista’ l-Ministru jispjega kif in-national development bank ma jaqax fil-portafoll tiegħu jew tal-anqas ma hux involut fit-twaqqif tiegħu ġaladarba hu jokkupa l-kariga ta’ Ministru għall-Finanzi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-responsabbilta għat-twettieq tal-proposta dwar National Development Bank hija tad-Deputat Prim Ministru bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali. Nista nikonferma wkoll li l-Ministeru tal-Finanzi, bħalma jiġri f’ħafna proġetti oħra, huwa nvolut fil-proċess ta tnehdija tan-National Development Bank.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li parti minn Triq is-Slielem ġewwa l-Madliena ssir one way?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li uffiċċjali ta’ Transport Malta ltaqgħu mas-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali tas-Swieqi rigward li parti minn Triq is-Slielem issir one-way. Transport Malta talbet informazzjoni addizzjonali rigward din it-talba u fil-preżent qed tistenna risposta mingħand il-kunsill.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14676, peress li l-Ministru għall-Finanzi rreferieni għall-Ministru kkonċernat, jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huwa l-Ministeru responsabbli ladarba l-Ministru għall-Finanzi qed jgħid li mhux hu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lid-Deputat Prim Ministru.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14537, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-financial statements u l-annual reports tal-Enemalta tal-2012 u l-2013 sarux? Jekk iva, jista’ l-Ministru jippreżentahom fuq il-Mejda tal-Kamra? Meta l-Ministru mistenni jippreżentahom? Jekk dawn ma sarux, jista’ jgħid għalfejn ma sarux meta l-liġi li kienet tkopri s-snin inkwistjoni tistipula li l-financial statements għandhom jiġu ppreżentati fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-accounts tal-Enemalta Corporation se jiġu ppubblikati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru toroq residenzjali minn Transport Malta, li allura hu responsabbli għalihom il-gvern ċentrali u mhux il-kunsill lokali, sena b’sena u lokalità b’lokalità f’dawn l-aħħar ħames snin? Kemm isarrfu f’kilometri ta’ toroq, sena b’sena? Għal kull triq jista’ l-Ministru jindika f’liema sena beda u f’liema sena spiċċa x-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika jekk hux qed tirreferi għall-bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża li saret f’dawn l-aħħar ħames snin, sena b’sena fuq toroq residenzjali li hu responsabbli għalihom il-gvern ċentrali, li saru minn Transport Malta?