Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux beħsiebu jżid in-numru tal-pulizija assenjati fl-għassa tas-Swieqi għal waqt ix-xhur tas-sajf? Jekk iva, b’kemm beħsiebu jżidhom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill Onor. Interpellanta li l-compliment tal-Pulizija f’kull għassa u sezzjoni jiġi studjat regolarment u l-uffiċċjali jiġu assenjati skond il-ħtieġa speċjalment meta jsir ingaġġ ġdid kif sar ftit taż-żmien ilu, fost posibilitajiet oħra. Għaldaqstant il-possibilita li jiżdiedu il-Pulizija fl-għassa tas-Swieqi tiġi mistħarġa meta jsir it-tqassim ta’ membri ġodda jew skond dak il-bżonn partikulari.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux infurmat li hemm ħaddiema fi Transport Malta li jinsabu fuq forced leave? Kemm hu l-ammont ta’ dawn il-ħaddiema? X’inhi r-raġuni għalfejn dawn il-ħaddiema ntalbu joħorġu fuq forced leave u minn min ingħatat id-direzzjoni biex isir dan?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li fil-preżent Transport Malta għandha impjegat wieħed li ntalab ma jirrappurtax għax-xogħol sakemm isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa dwar każ li l-Awtorita’ saret taf dwaru.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-ġimgħa li għaddiet familjari ta’ residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paul qabdu wieħed mill-impjegati tal-ward isawwat anzjan fil-Psychogeriatric Ward Men? Jista’ jinforma lill-Kamra x’tip ta’ investigazzjoni qed issir fuq dan il-każ? Jista’ jgħid jekk il-persuna in kwestjoni ġietx sospiża mix-xogħol u jekk iva, meta din il-persuna ġiet sospiża mix-xogħol jew inkella għadhiex taħdem fir-Residenza San Vinċenz de Paul fuq xogħol differenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-allegat każ, ġie ikkomunikat lill-amministrazzjoni ta’ San Vincenż l-għada li allegatament seħħ l-inċident. L-investigazzjonijiet bdew mill-ewwel, skont il-proċeduri stabbiliti, waqt li rajna li jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa skont Regolament 20 tal-Kodiċi għall-Immaniġġjar tas-Servizz Pubbliku. L-amministrazzjoni ser tkun qed tieħu dawk il-passi kollha mehtiega skont l-eżitu tar-riżultati li joħorġu mill-investigazzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jispeċifika min qiegħed jikkontribwixxi fir-Responsible Gaming Foundation u l-ammonti rispettivi li qed jagħtu lil dan il-Fond?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kontributuri tar-Responsible Gaming Foundation huma primarjament tlieta, il-Maltco, il-Malta Gaming Authority u Operaturi li jaħdmu fis-settur, b’dawn ta’ l-aħħar jikkontribwixxu fuq bażi volontarja.
Proġett Università Amerikana – studju dwar l-impatt ekonomiku
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 16246, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk ir-rapport ta' żewġ paġni huwiex ir-rapport sħiħ jew sempliċiment extract jew summary? F'każ li mhuwiex ir-rapport sħiħ, jista' jippubblika r-rapport sħiħ?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li r-rapport li qed tirreferi għalih huwa studju preliminari.
Ir-Rabat – Triq tad-Dwejra – servizzi tal-ilma u d-drenaġġ
Question
Jista’ l-Ministru jindika b’liema fondi saret it-Triq tad-Dwejra Malta (limiti tar-Rabat) bejn it-Triq tal-Imġarr u ż-żona Tas-Salib, jekk hux b’fondi ta’ Transport Malta jew inkella b’Fondi Ewropej? Jekk il-ħidma li saret kienet tinkludix it-tibdil tas-servizzi tal-ilma u d-drenaġġ fl-imsemmija triq? Jekk is-servizzi ma nbidlux, jista’ jagħti r-raġuni għalfejn ma nbidlux meta minn informazzjoni li għandi dawn is-servizzi ilhom mgħoddija minn żmien l-Amministrazzjoni Brittanika f’pajjiżna?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-triq imsemmija ingħatat wiċċ ġdid taħt il-programm European Agricultural Fund for Rural Development 2007 – 2013, li huwa parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea. L-eliġibilta` ta’ dan il-fund talloka biss flus għal-xogħol ta’ resurfacing.
Jista’ l-Ministru jikkonferma u f’każ li iva, jindika meta se jsir xogħol ta’ patching fit-toroq fiż-żona tas-Salib fil-limiti tar-Rabat peress li t-toroq imsemmija qed jintużaw bħala rotta ta’ devjazzjoni lejn il-Baħrija? Jista’ jikkonferma li waqt li bdew ix-xogħlijiet fuq it-triq li tagħti għall-Baħrija, din ir-rotta ta’ devjazzjoni miż-Żona tas-Salib, sal-bieraħ kienu għadhom ma sarux xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuqha b’detriment għar-residenti tal-Baħrija u l-inħawi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet għaddejjin mhumiex ta’ Transport Malta. It-triq li qiegħda tintuża bħala rotta ta’ devjazzjoni waqt dawn ix-xogħlijiet ma taqax taħt ir-risponsabbilta’ ta’ Transport Malta. Madankollu Transport Malta qed tevalwa l-possibilita li tintervjeni.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jew jiċħad li l-pjani biex issir bypass fil-lokalità tal-Iklin bejn il-bypass ta’ Birkirkara u r-roundabout fil-Wied tal-Iklin u Triq Geronimo Abos kienux abbandunati u allura jfisser li din il-bypass mhux se ssir?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qatt m’ abbandunat il-possibilita’ tal-bini ta’ Bypass bejn il-Bypass ta’ B’Kara u r-roundabout fil-Wied tal-Iklin u Triq Geronimo Abos. Transport Malta se tkompli għaddejja bl-istudji neċessarji dwar il-vijabilita’ ta’ dan il-proġett abbażi tal-prioritajiet u riżorsi disponibbli.
In vista tal-fatt li l-Gvern se jkun qed iniedi l-proċess tal-Public Transport Card mill-Kunsilli Lokali, jista’ l-Ministru jgħid x’diskussjonijiet ta’ preparazzjoni saru bejn Transport Malta, il-management tal-kumpanija Spanjola u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali bi preparazzjoni għal dan il-proċess u x’backing se jkun qed jingħata lill-Kunsilli Lokali fuq din il-ħidma?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li hekk kif ġie imħabbar, Tallinja Card qiegħda titqassam permezz tal-posta u mhux permezz tal-kunsilli lokali.
Peress li l-Prim Ministru kien jgħid li permezz tad-dħul mill-Individual Investor Programme (IIP) se jsiru proġetti li qatt ma rajna bħalhom, jista' jelenka l-lista ta' proġetti li huma ppjanati li se jsiru mill-gvern bil-flus li se jidħlu mill-IIP?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li bħal issa għaddej il-proċess biex jitwaqqaf il-Fond ghall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali, li minn naħa tiegħu se jkun qed jiddentifika l-progetti msemmija.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li fl-aħħar ġimgħat kien hemm bidla fil-biljetti li jintużaw fil-Pitkalija?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li skond informazzjoni mgħoddija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari t-tibdil ta’ kupuni tal-kaxxi tal-Pitkalija beda f’Ottubru tal-2014 u għalaq ftit tal-ġranet ilu. Il-bdil sar ma’ kupuni li issa huma iktar diffiċli li jkunu falsifikati.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra x'wassal għal din il-bidla fil-biljetti li jintużaw fil-Pitkalija?Jista' jispjega kif saret it-transizzjoni? X’pre-avviż ingħata u kemm ingħata żmien biex wieħed jibdel minn sistema għall-oħra? Kemm ingħata żmien biex persuna tbiddel il-biljetti l-qodma għal dawk ġodda? Ingħatat soluzzjoni għal min inqabad b'ammont ta' biljetti antiki biex jibdilhom għal dawk ġodda?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li skond informazzjoni mgħoddija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari r-raġuni primarja għalfejn inbidlu l-kupuni hija li kien hemm numru konsiderevoli ta’ kupuni foloz fl-idejn kif ukoll il-kupuni l-antiki setgħu jiġu faċilment ikkupjati. Il-kupuni l-ġodda ġew maħduma b’tali mod illi jkun diffiċli ferm li dawn jiġu kkupjati. Il-kupuni bdew jinbidlu bil-mod sa minn Ottubru 2014. Wara li għaddew numru sew ta’ xhur li fihom kien hemm żmien biżżejjed li kullħadd jinduna x'qed jiġri ġie deċiż li jkun magħluq iż-żmien li fih setgħu jinbidlu l-kupuni anke biex tkun evitata l-possibiltà potenzjali li xi ħadd jipprova jaċċellera xi falsifikazzjonijiet.
Għalhekk fis-6 ta’ Mejju 2015 inħareġ avviż ġewwa l-Pitkalija li l-kupuni l-antiki ser jibqgħu jiġu aċċettati sat-22 ta’ Mejju 2015, fejn dan il-perjodu ġie estiż sat-12 ta’ Ġunju 2015 b’avviż ieħor li nħareġ fil-25 ta’ Mejju, 2015. Dawn l-avviżi ġew ippublikati wkoll fil-Gazzetta tal-Gvern nhar it-12 ta’ Mejju kif ukoll fit-2 ta’ Ġunju, 2015.
Barra minn hekk f'kull każ intbagħtu SMS’s lill-bdiewa kollha li huma rreġistrati mal-ARPA.
Responsible Gaming Foundation – benefiċjarji u ammonti allokati
Question
Jista’ l-Ministru jelenka separatament l-benefiċjarji u l-ammonti allokati għalihom li gawdew mir-Responsible Gaming Foundation , mit-tnedija tiegħu sal-lum?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-benefiċjarji tar-responsible gaming foundation huma dawk in-nies li sfortunatament jkollhom problema bil-logħob. Madanakollu l-fondazzjoni nediet “Corporate Social Responsability Programm” sabiex għaqdiet u organizzazzjonijiet oħra joffru attivitajiet alternattivi għal-logħob ta’ l-azzard jkunu jistgħu jibbenefikaw minn fondi allokati. Dan il-programm gie mniedi permezz ta’ konferenza stampa fid-19 ta’ Dicembru 2015. Is-sejħa ghal-applikazzjonijiet kienet miftuħa bejn 2 ta’ Frar 2015 u 27 ta’ Frar 2015 u kienet reklamata fuq il- gazzetti lokali, fuq is-sit soċjali Facebook u fuq il-website tal-Fondazzjoni. B’kollox daħlu 31 applikazzjoni li minnhom ġew magħzula 21 b’total ta’ €92,650.84.
Jista’ l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn kien hemm qtugħ ta’ dawl għal numru ta’ sigħat f’partijiet minn San Ġwann u Tas-Sliema fit-8 ta’ Ġunju 2015?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fit-8 ta’ Ġunju 2015 kien hemm żewġ ħsarat fuq cables tas-sistema tad-Distribuzzjoni, liema ħsara ġiet irranġata mill-aktar fis possibli.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list għall-Housing u kif inhi maqsuma lokalità lokalità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar għandha 2902 applikazzjoni għal akkomodazzjoni alternattiva mqassma kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Proġett Università Amerikana – studju dwar l-impatt ekonomiku
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju tal-ekonomista li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li rrefera għalih waqt l-attività politika tal-partit tiegħu l-Ħadd, 17 ta’ Mejju 2015, dwar l-impatt ekonomiku tal-proġett imsejjaħ mill-Gvern ‘Università Amerikana’?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra , it-tagħrif mitlub.