Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – ħlas ta’ impjegati fis-Segretarjat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux nies jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu iżda jitħallsu minn entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm huwa n-numru ta’ impjegati li qed jaħdmu b’din il-kundizzjoni? Min huma l-persuni li qed jaħdmu b’dan il-mod? B’kollox kemm huwa l-ammont totali ta’ nies li jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li m’hemm l-ebda persuna fis-Segretarjat tiegħi li taħdem bil-kundizzjonijiet imsemmija fil-mistoqsija parlamentari. Is-Segretarjat tal-Ministeru tiegħi huwa kompost minn 18-il persuna.
Fil-binja tal-Ministeru tiegħi, li fiha jirrapportaw għax-xogħol kemm membri tas-Segretarjat tiegħi u kemm
civil servants
f'uffiċji differenti jirrapporta għax-xoghol impjegat ta' Heritage Malta li m'huwiex parti mis-Segretarjat tiegħi iżda jaqdi funzjoni kruċjali ta'
liason officer
bejn Heritage Malta, il-Ministeru tiegħi u l-uffiċju tas-Segretarjat Permanenti.
Din il-persuna, li qed tieħu ħsieb, fost oħrajn, l-aġġornament tal-politika partimonjali, id-
day-to-day
administration
tal-Kumitat ta' Garanzija u t-tfassil ta' liġi aġġornata għas-settur, naturalment baqgħet titħallas preċiżament bl-istess kundizzjonijiet tax-xogħol bħal qabel.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – ħlas ta’ impjegati fis-Segretarjat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux nies jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu iżda jitħallsu minn entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm huwa n-numru ta’ impjegati li qed jaħdmu b’din il-kundizzjoni? Min huma l-persuni li qed jaħdmu b’dan il-mod? B’kollox kemm huwa l-ammont totali ta’ nies li jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tas-segretarjat, total ta’ 16 il-persuna, jitħallsu kollha mil-Ministeru.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – ħlas ta’ impjegati fis-Segretarjat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux nies jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu iżda jitħallsu minn entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm huwa n-numru ta’impjegati li qed jaħdmu b’din il-kundizzjoni? Min huma l-persuni li qed jaħdmu b’dan il-mod? B’kollox kemm huwa l-ammont totali ta’ nies li jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'għandi l-ebda membru fis-Segretarjat tiegħi li jitħallas minn xi entita' li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħi. B'kollox għandi tmintax-il impjegat fis-Segretarjat tiegħi, inklużi il-messaġġiera u x-xufiera, minn compliment ta' 19.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – ħlas ta’ impjegati fis-Segretarjat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux nies jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu iżda jitħallsu minn entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm huwa n-numru ta’ impjegati li qed jaħdmu b’din il-kundizzjoni? Min huma l-persuni li qed jaħdmu b’dan il-mod? B’kollox kemm huwa l-ammont totali ta’ nies li jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li ma hemm ebda persuna li taħdem fis-Segretarjat tiegħi li qegħda titħallas minn entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħi. Il-kuntratt t’impjieg tal-persuni fis-Segretarjat tiegħi huma kollha bbażati fuq id-dokument Engagement of Staff for Ministers' Secretariats li diġà tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostennibli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima – ħlas ta’ impjegati fis-Segretarjat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux nies jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu iżda jitħallsu minn entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm huwa n-numru ta’ impjegati li qed jaħdmu b’din il-kundizzjoni? Min huma l-persuni li qed jaħdmu b’dan il-mod? B’kollox kemm huwa l-ammont totali ta’ nies li jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li fis-Segretarjat tiegħi ma hemm l-ebda uffiċjal li jitħallas minn entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħi. Fl-istess waqt l-ammont totali ta’ nies li jaħdmu fis-Segretarjat tiegħi huwa fil-parametri tad-dokument “Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats” li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Prim Ministru fil-15 t’April 2013.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — ħlas ta’ impjegati fis-Segretarjat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux nies jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu iżda jitħallsu minn entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm huwa n-numru ta’ impjegati li qed jaħdmu b’din il-kundizzjoni? Min huma l-persuni li qed jaħdmu b’dan il-mod? B’kollox kemm huwa l-ammont totali ta’ nies li jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Segretarjat tiegħi huwa kompost hekk kif stipulat fl-Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats – March 2013.
Ministeru għal Għawdex – ħlas ta’ impjegati fis-Segretarjat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux nies jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu iżda jitħallsu minn entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm huwa n-numru ta’ impjegati li qed jaħdmu b’din il-kundizzjoni? Min huma l-persuni li qed jaħdmu b’dan il-mod? B’kollox kemm huwa l-ammont totali ta’ nies li jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor/ Interpellant li ħadd mill-impjegati li jaħdmu fis-Segretarjat tiegħi ma jitħallas mill-entità li taqà taħt ir-responsabbiltà tiegħi.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – ħlas ta’ impjegati fis-Segretarjat
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk għandiex nies jaħdmu fis-Segretarjat tagħha iżda jitħallsu minn entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm huwa n-numru ta’impjegati li qed jaħdmu b’din il-kundizzjoni? Min huma l-persuni li qed jaħdmu b’dan il-mod? B’kollox kemm huwa l-ammont totali ta’ nies li jaħdmu fis-Segretarjat tagħha?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ħadd mis-segretarjat ma jitħallas minn entita' li taqa' taħt ir-responsabilta' tiegħi. L-ammont totali ta' nies li jaħdmu fis-segretarjat tiegħi huwa ta' tnejn u għoxrin persuna.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kwalifiċi tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li ġiet impjegata mill-Bank Ċentrali bħala konsulent? X’inhuma l-expertise tagħha fejn mistenni tagħti l-konsulenza tagħha lill-Bank Ċentrali? Jista’ jippubblika s-CV ta’ din il-konsulenta u jagħti d-dettalji ta’ remunerazzjoni tagħha tul it-tliet snin li ġejjin?
Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru – full complement
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-full complement ta’ impjegati fis-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u ta’ Segretarju Parlamentari inbidilx? Jekk iva, kemm huwa n-numru ta’ impjegati skont il-full complement il-ġdid fiż-żewġ każi rispettivi? Jekk le, jista’ jinforma lill-Kamra jekk kien hemm każijiet fejn saru xi eċċezzjonijiet? Liema huma dawn il-każijiet? U f’dawn il-każijiet kemm hu l-ammont ta’ impjegati li ġie permess li jkunu ngaġġati?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-complements fis-Segretarjati Privati huma regolati mill-Guidelines for the Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats, li kopja tiegħu tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f’seduta numru 7, tal-15 t’April 2013. Ma kien hemm ebda tibdil f’dawn il-guidelines u ebda eċċezzjonijiet fis-Segretarjat Privat tiegħi u tas-Segretarju Parlamentari kif imsemmija fil-mistoqsija tagħha.
Ministeri u s-Segretarji Parlamentari – skemi ġodda ta’ ingaġġ
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux infurmat b’xi skema ġdida fejn il-Ministeri u s-Segretarji Parlamentari qed jitħallew jingaġġaw nies magħhom minn entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħhom, iżda jibqgħu jitħallsu mill-entità li ġew mislufin minnha?
Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk teżistix prassi li permezz tagħha persuni li jkunu jaħdmu ma’ entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu jiġu ssekondati mas-Segretarjat Privat tal-Ministeru/Segretarjat Parlamentari iżda jibqgħu jitħallsu mill-entità tal-impjieg oriġinali tagħhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li ma tezisti l-ebda prassi fissa kif qed tirreferi għalija hija. F’każijiet li qed tagħmel riferenza għalihom hija, wiehed ikun irid ihares lejn il-policies tal-entita in kwistjoni u x-xogħol li jkunu mehtiega jagħmlu l-uffiċċjali fis-Segretarjat Privat.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – ħlas ta’ impjegati fis-Segretarjat
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk għandux nies jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu iżda jitħallsu minn entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm huwa n-numru ta’ impjegati li qed jaħdmu b’din il-kundizzjoni? Min huma l-persuni li qed jaħdmu b’dan il-mod? B’kollox kemm huwa l-ammont totali ta’ nies li jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda persuna li taħdem fis-Segretarjat tiegħi w li qegħda titħallas minn entita’ li taqa’ taħt ir-responsabilita’ tiegħi. Il-kuntratt t’impjieg tal-persuni fis-Segretarjat tiegħi huma kollha bbażati fuq id-dokument Engagement of Staff for Ministers Secretariat li kien ġie mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fil-15 t’April 2013.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – ħlas ta’ impjegati fis-Segretarjat
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk għandux nies jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu iżda jitħallsu minn entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm huwa n-numru ta’ impjegati li qed jaħdmu b’din il-kundizzjoni? Min huma l-persuni li qed jaħdmu b’dan il-mod? B’kollox kemm huwa l-ammont totali ta’ nies li jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
It-tweġiba hija fin-negattiv. Dwar in-numru ta’ nies li jaħdmu fis-Segretarjati Privati, nirreferi lill-Onor Interpellant għall-Guidelines for the Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats, li kopja tiegħu tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f’seduta numru 7, tal-15 t’April 2013.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn bus information and ticket booths f’Malta u Għawdex?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat illi f’Malta u Għawdex l-operatur tat-trasport pubbliku għandu seba’ bus information u ticket booths.
Jista’ jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu f’kull bus information and ticket booth rispettivament u b’kemm-il impjegat topera waqt il-ħinijiet tal-ftuħ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li fil-bus information u ticket booth illi għandu l-operatur tat-trasport publiku jkun hemm minn tal-inqas persuna waħda f’kull booth sabiex taqdi lill-passiġieri. Minkejja dan, in-numru ta’ ħaddiema jiżdied skont id-domanda. Tajjeb wieħed jinnota li booth li hemm fl-Universita’ ma tkunx miftuħa fis-sajf.
Bus information and ticket booths – ħinijiet ta’ ftuħ
Question
Jista’ jgħid il-ħin tal-ftuħ ta’ kull bus information u kull ticket booth?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li normalment, il-ħinijiet tal-ftuħ tal-bus information u ticket booths li għandu l-operatur tat-trasport pubbliku huma bejn is-sitta ta’ filgħodu u l-ħamsa ta’ wara nofsinhar. Tajjeb wieħed jinnota li booth li hemm fl-Universita’ ma tkunx miftuħa fis-sajf.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija assenjati fl-għassa tas-Swieqi waqt il-ħinijiet tal-ftuħ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Għassa tas-Swieqi hemm sitt uffiċjali tal-Pulizija stazzjonati biex jagħmlu għassa fil-lokalita. F’kull watch ikun hemm mill anqas Pulizija wieħed u matul il-ġurnata, ħafna drabi jkun hemm tlieta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pulizija assenjati esklussivament għall-għassa tas-Swieqi? F’każ li din it-tweġiba tkun fl-affermattiv, jista’ jgħid kemm huma?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għal mistoqsija parlamentari 17321.