Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għassa tal-Pulizija ta’ Ta’ Sliema – karozzi tal-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi tal-pulizija assenjati mal-Għassa tal-Pulizija ta’ Ta’ Sliema? Jista’ jgħid mill-karozzi assenjati kemm huwa esklussivament għal użu għal-lokalità ta’ Tas-Sliema u fil-każ li hemm karozzi mislufa bejn aktar minn għassa waħda, kemm hu n-numru ta’ dawn il-karozzi u ma’ liema lokalità qegħdin jiġu mislufa?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmt li assenjati mal-Għassa ta’ tas-Sliema hemm żewġ vetturi. Waħda minnhom tkopri id-distrett kollu ta’ tas-Sliema skond il-bżonn. Oħra tintuża esklussivament għax-xogħol tal-lokalita ta’ tas-Sliema. Hemm ċirkustanzi fejn il-karozza tal-għassa tal-Gżira tista tintuża wkoll, jekk ikun hemm il-bzonn.

Għassa tal-Pulizija tal-Gżira – karozzi tal-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi tal-pulizija assenjati mal-Għassa tal-pulizija tal-Gżira? Jista’ jgħid mill-karozzi assenjati kemm huwa esklussivament għal użu fil-lokalità tal-Gżira u fil-każ li hemm karozzi mislufa bejn aktar minn għassa waħda, kemm hu n-numru ta’ dawn il-karozzi u ma’ liema lokalità qegħdin jiġu mislufa?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsijiet parlamentari 19464 u 19466.

ETC — Identity Malta persuni jirreġistraw u jaħdmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid skont ir-reġistru tal-Korporazzjoni ta’ Xogħol u t-Taħriġ kemm mill-14-il elf persuna li ngħataw permess ta’ residenza minn Identity Malta huma impjegati full-time, kemm minnhom huma impjegati part-time u kemm minnhom qed jirreġistraw sabiex ifittxu xogħol? Dawn tal-aħħar, jista’ jindika f’liema parti tar-reġistru qegħdin jirreġistraw?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li persuni barranin japplikaw ma’ Identity Malta biex jingħataw permess ta’ residenza għal raġunijiet differenti. Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ m’għandhiex il-lista tal-erbatax-il elf persuna msemmija fil-mistoqsija u għaldaqstant m'għandhiex l-informazzjoni mitluba.

ETC — Identity Malta – persuni impjegati maċ-ċivil

Question

Jista’ l-Ministru jgħid skont ir-reġistru tal-Korporazzjoni ta’ Xogħol u t-Taħriġ kemm mill-14-il elf persuna li ngħataw permess ta’ residenza minn Identity Malta, , huma impjegati maċ-ċivil jew ma’ entità pubblika?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 19468.
Leg 12 PQ #19019 Sitting 322 2015-11-04 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Registry of Companies — desk officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm desk officers jaħdmu mar-Registry of Companies?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fir-Registry of Companies jaħdmu tlettax-il desk officer.
Leg 12 PQ #19020 Sitting 322 2015-11-04 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Kumpaniji ġodda reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati kumpaniji ġodda bejn Marzu 2013 'l hawn xahar b'xahar?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ kumpaniji registrati ġodda bejn Marzu 2013 u Lulju 2015 kienu kif jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #19021 Sitting 322 2015-11-04 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA — kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif il-kumpaniji li allegatament huma nvoluti fil-każ tal-accountant li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qed jiġu trattati fil-preżent mill-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji u jekk humiex qed jiġu kkalkulati għall-finijiet ta' statistika?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kif ġie intimat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 19016, ir-Reġistratur ma jistax minn rajħ jikkanċella kumpaniji għax jidhirlu li huma montatura jew finta. Il-kumpaniji in kwestjoni għandhom statut reġistrat, għandhom azzjonisti u diretturi u nħarġilhom ċertifikat tar-reġistrazzjoni wara li tħallset il-mi¿ata tar-reġistrazzjoni skont il-liġi. Għalhekk fil-fehma tar-Reġistratur dawn il-kumpaniji għandhom eżistenza legali u għalhekk huma nklużi fl-istatistika, sakemm il-Qorti ma tordnax mod ieħor.

Għassa tas-Swieqi – karozzi tal-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi tal-pulizija assenjati mal-Għassa tal-Pulizija tas-Swieqi? Jista’ jgħid mill-karozzi assenjati kemm huma esklussivament għal użu fil-lokalità tas-Swieqi u fil-każ li hemm karozzi mislufa bejn aktar minn għassa waħda, kemm hu n-numru ta’ dawn il-karozzi u ma’ liema lokalità qegħdin jiġu mislufa?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sal-lum ma hemmx vettura assenjata speċifikament mal-Għassa ta’ Swieqi. Pero hemm tlett vetturi oħra fl-istess distrett li jistgħu jintużaw kif isir regolarment meta jkun hemn il-ħtieġa. Dawn huma iż-żewġ vetturi assenjati l-Għassa ta’ San Giljan u waħda ta’ San Gwann.

Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġwann – karozzi tal-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi tal-pulizija assenjati mal-Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġwann? Jista’ jgħid mill-karozzi assenjati kemm huwa esklussivament għal użu fil-lokalità ta’ San Ġwann u fil-każ li hemm karozzi mislufa bejn aktar minn għassa waħda, kemm hu n-numru ta’ dawn il-karozzi u ma’ liema lokalità qegħdin jiġu mislufa?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 19461.

Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan – karozzi tal-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi tal-pulizija assenjati mal-Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan? Jista’ jgħid mill-karozzi assenjati kemm huwa esklussivament għal użu fil-lokalità ta’ San Ġiljan u fil-każ li hemm karozzi mislufa bejn aktar minn għassa waħda, kemm hu n-numru ta’ dawn il-karozzi u ma’ liema lokalità qegħdin jiġu mislufa?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 19461.

San Ġwann — Triq San Ġiljan – ħofra mikxufa

Question

Hux konxju l-Ministru li fi Triq San Ġiljan San Ġwann, triq li hija l-aktar użata mill-ambulanzi fi triqthom lejn l-isptar, sad-data li qed inressaq din il-mistoqsija parlamentari, hemm ħofra ta' madwar tliet metri fond bi ftit li xejn indikazzjonijiet u barrikati tas-sigurtà madwarha bil-konsegwenza li din qed tkun ta' periklu kbir kemm għall-ambulanzi kif ukoll għat-traffiku kollu li jgħaddi minn din it-triq?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li fi żmien meta tressqet din il-mistoqsija, ċioe’ fit-18 ta’ Settembru, it-trinka kienet qed tingħalaq bil-barriers li għandhom il-flashers magħhom ukoll. F’dak iż-żmien Triq San Ġiljan kienet magħluqa għat-traffiku u l-ambulanzi kienu wkoll avżati biex jgħaddu minn toroq oħra.

Għassa ta’ Swieqi u Għassa ta’ San Ġwann – pulizija mislufa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk numru ta' pulizija hux qegħdin ikunu mislufa bejn l-għassa tas-Swieqi u l-għassa ta' San Ġwann bil-konsegwenza li f'ċerti ċirkustanzi waqt li għassa minnhom tkun miftuħa, l-oħra tispiċċa magħluqa sad-data li qed inressaq din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-għassa tas-Swieqi tinfetah dejjem ħlief għal f’każijiet fejn ikun hemm impenji kbar tal-Pulizija fejn is-servizzi ta’ dawk f’din l-għassa jkun meħtieġ bnadi oħra. Madankollu, okkażżjonijiet bħal dawn huma xi ftit jew wisq rari. Infurmat li l-ebda għassa ma tingħalaq biex tinfetah oħra u bħala regola, it-tlett għases tad-Diviżjon tas-6A dejjem ikunu miftuħa. Meta jkun hemm bżonn ta’ ċaqlieq ta’ Pulizija minn għassa għal oħra fl-istess Diviżjon, dan isir minħabba raġunijiet ta’ mard jew assenza gustifikata oħra.

Is-Swieqi – stallazzjoni ta’ CCTV Cameras

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3224 li r-risposta għaliha ġiet mogħtija f'Lulju tal-2013, il-Ministru responsabbli kien qal li s-sorveljanza tal-Pulizija fil-lokalità tas-Swieqi se tkompli tissaħħaħ ankè permezz ta’ CCTV, jista' l-Ministru preżenti jgħidilna sad-data li qed inressaq din il-mistoqsija parlamentari, fiex wasal dan il-pjan u jekk hux qed jiġi implimentat? Jekk dan il-pjan qed jiġi implimentat, kemm twaħħlu CCTVs s’issa u f’liema toroq twaħħlu il-cameras? Jekk dan il-pjan għadu ma bediex jiġi implimentat jista' l-Ministru jagħti skeda tar-rollout plan ta' din l-inizjattiva hekk importanti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent għaddejja ħidma ta’ preparazzjoni ħalli din il-proposta tibda tiġi mwettqa.
Leg 12 PQ #19016 Sitting 321 2015-11-03 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA — kumpaniji reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'checks and balances għandha l-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji biex tivverifika u tikkonkludi jekk kumpaniji reġsitrati magħha jeżistux u joperawx jekk inkella humiex montatura għal finijiet ta' abbużi kif ġie żvelat fil-każ riċenti li allegatament hu nvolut fih l-accountant li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? X'miżuri ġodda ħadet l-MFSA f'dan ir-rigward wara li kienu żvelati l-każijiet li kien allegatament involut fihom l-individwu msemmi?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ewwelnett wieħed għandu jiddistingwi ċar bejn ir-rwoli tal-MFSA u r-rwol speċifiku tar-Reġistratur tal-Kumpanniji. L-MFSA għandha funzjoni ta’ regolatur tas-settur tas-servizzi finanzjarji u s-setgħa tagħha tkopri biss dawk il-kumpaniji u persuni li jkunu awtorizzati jew liċenzjati minnha sabiex joperaw fis-servizzi finanzjari skont il-leġislazzjoni applikabbli. Ir-rwol tal-MFSA għalhekk ma jinkludix is-superviżjoni ta’ kumpaniji li jagħmlu attivitajiet oħra. Dawn ta’ l-aħħar huma sempliċiment reġistrati mir-Reġistratur tal-Kumpaniji skont il-Companies Act. Ir-Reġistratur għandu dmir li jamministra l-ligi dwar il-Kumpaniji u jista’ jeżerċita biss id-dmirijiet u l-poteri li tagħtih din il-liġi. Il-Ligi dwar il-Kumpaniji tippermetti li kumpanija tista’ tiġi rreġistrata għal kwlunque raġuni jew attivita’ sakemm mhix kontra l-liġi (for any lawful purpose). Kumpanija tista’ anki tiġi stabbilita bl-għan uniku li żżomm xi proprjetà jew assi. Barra minn hekk ir-Reġitratur qatt ma jista’ jkun jaf bil-quddiem x’se tagħmel fil-fatt kumpanija li qed tiġi reġistrata. Ir-reġistrazzjoni hu l-mument meta kumpanija tingħata ħajja ġuridika. Lanqas ma jista’ r-Reġistratur jaqbad u jikkanċella jew jimmulta kumpanija għal fatt biss li din mhux qed tagħmel xi negozju. Ovvjament xi obbligi tal-liġi jkunu jridu jibqgħu jiġu osservati min tali kumpaniji, bħal is-sottomissjoni tal-accounts u annual returns. Ir-Reġistratur ser ikompli jwettaq il-funzjoni u juża l-poteri skont il-liġi, iżda ma jistax imur oltre dan. Ir-Reġistratur ikkonferma li għandu lista tal-kumpaniji li l-accountant imsemmi kien involut fihom. Ir-Reġistratur, kull meta jirċievi xi dokumentazzjoni li tindika li xi waħda minn dawn il-kumpaniji qed tmur għand professjonist ieħor biex tingħata servizzi professjonali relatata mal-Liġi dwar il-Kumpaniji, ser jitlob konferma li sar due diligence mill-ġdid. Dawn il- kumpaniji ser jibqgħu jkunu immoniterjati anki sabiex l-accounts awditjati tagħhom jintbagħtu fil-ħin u b’hekk ikun jista’ jiġi kkonfermat il-kapital tagħhom.
Leg 12 PQ #19017 Sitting 321 2015-11-03 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA — skrutinju ta' kumpaniji

Question

Mill-analiżi li għamlet l-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji wara li ġie żvelat il-każ li allegatament huwa nvolut fih l-accountant li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk l-MFSA tistax tinkonkludi li hemm kumpaniji reġistrati magħha li huma finta? Jekk iva, kemm kien hemm bejn Jannar 2014 u Lulju 2015? Jekk le, l-MFSA bdiet xi forma ta' skrutinju biex tanalizza tali kumpaniji u tieħu azzjoni fil-konfront tagħhom?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-Reġistru tal-Kumpaniji ġabar lista tal-kumpaniji li l-accountant imsemmi għamel rapport fuq il-kapital inizjali tagħhom (l-expert’s report skont l-artikolu 73 tal-Companies Act). Huma madwar 510 il-kumpaniji li ġew reġistrati minn Jannar 2014 sa Lulju 2015 permezz ta’ tali rapport maħruġ mill-accountant imsemmi dwar il-kapital azzjonarju mħallas in specie. Jekk dawn il-kumpaniji, jew uħud minnhom, humiex finta ma jistax jiddeċidiha ir-Reġistratur. Hija biss il-Qorti li tista’ tiddikjarhom hekk.
Leg 12 PQ #19018 Sitting 321 2015-11-03 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA — de-listing ta' kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji fil-preżent għandhiex proċess li jwassal għal de-listing tal-kumpaniji? Jekk iva, kemm ġew de-listed kumpaniji minn Marzu 2013 'l hawn u x'kienu r-raġunijiet ewlenin li l-aktar wasslu għal de-listing ta' kumpaniji?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Liġi dwar il-Kumpaniji ma tipprovdix għal xi tip ta’ de-listing sommarju ta’ kumpaniji, la fuq diskrezzjoni tar-Reġistratur u lanqas ta’ xi Awtorità jew persuna oħra (de-listing japplika biss fir-rigward ta’ kumpaniji li huma kwotati fuq xi stock exchange). L-iżjed proċess viċin ta’ dan huwa l-proċess ta’ defunct skont l-artikolu 325 tal-Companies Act li jista’ jinbeda mir-reġistratur fir-rigward ta’ kumpaniji li jidhru abbandunati jew li m’hemm ħadd interessat fihom. Dan il-proċess iżda jitlob li r-reġistratur jikteb lill-kumpanija kkonċernata u wara anke jagħmel pubblikazzjoni fuq il-website tar-reġistru tal-kumpaniji kif ukoll f’gazzetta lokali ta’ kuljum, u l-isem tal-kumpanija jitħassar biss jekk fiż-żmien stipulat ħadd ma juri interess li din tinżamm fuq ir-reġistru.

Triq Birkirkara– trinka miftuħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li x-xogħlijiet li saru fit-trinka li nfetħet fi Triq Birkirkara bejn Triq in-Naxxar u Triq Tas-Sliema, humiex mistennija jerġgħu jsiru fil-ġimgħat li ġejjin mid-data li qed inressaq din il-mistoqsija parlamentari? Jekk se jsir intervent f'din il-parti tat-triq fejn ix-xogħol jidher li hu diġà magħluq, għalfejn se jerġa jsir intervent ieħor?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li fid-data li ġiet imressqa din il-mistoqsija, cioe’ fit-18 ta’ Settembru, kien diġà ġie stallat trunk main kbir tal-ilma tul Triq Birkirkara kollha. Ix-xogħol fuq il-main tad-distribuzzjoni tal-ilma huwa parti minn tender maħruġ minn Transport Malta li jkopri ukoll xogħlijiet oħra.

Triq San Ġiljan bejn Triq Tas-Sliema u Mater Dei — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hi mistennija li titlesta Triq San Ġiljan bejn Triq Tas-Sliema u Mater Dei mid-data li qed inressaq din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentri 18987 (tmintax-il elf, disa’ mija, sebgħa u tmenin).

San Ġwann — devjazzjonijiet perikolużi

Question

Jaħsibx il-Ministru li d-devjazzjonijiet li qed isiru fi Triq Birkirkara, Triq San Ġiljan u Triq San Ġwann tal-Għargħar f'San Ġwann, permezz ta’ sinjali, barrikati u s-suppost miżuri tas-sigurtà li qed jittieħdu f'dawn is-siti tax-xogħlijiet sad-data li qed inressaq din il-mistoqsija parlamentari, humiex fil-fatt iwasslu għall-aktar perikli milli jservu bħala miżura tas-sigurtà?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li d-devjazzjonijiet li saru u qed isiru fi Triq Birkirkara u Triq San Ġwann tal-Għargħar huma għal ‘full road closure’. Ix-xogħlijiet li qed isiru fi Triq San Ġiljan qegħdin jitwettqu bit-triq magħluqa għaliex ix-xogħol u l-wisgħa tat-triq ma jippermettux li jgħaddu karozzi. Għalhekk m’hemm l-ebda żieda ta’ periklu għas-sewwieqa minħabba dawn ix-xogħlijiet. Anzi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tieħu l-prekawzjonijiet kollha biex jissalvagwardjaw is-saħħa u s-sigurtà tan-nies.

San Ġwann — devjazzjonijet

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk il-Ministeru tiegħu jew il-Korporazzjoni responsabbli għamlitx interventi mal-kuntrattur sabiex jirregola d-devjazzjonijiet permezz ta’sinjali u miżuri oħra ta’ sigurtà li l-kuntrattur suppost qed jagħmel f’siti f’Triq Birkirkara, Triq San Ġiljan u Triq San Ġwann tal-Għargħar sad-data li qed inressaq din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li s-sinjali ta’ devjazzjoni fuq dawn ix-xogħlijiet huma skont kif mitlub minn Transport Malta. Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika x’tip ta’ interventi qed tirreferi għalihom.