Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Ġiljan – qtugħ ta’ provvista tad-dawl

Question

Jista’ l-Ministru jagħti raġuni għalfejn il-Ħadd 25 ta’ Ottubru 2015 inqatgħet il-provvista tad-dawl f’San Ġiljan?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20399 (għoxrin elf, tlett mija, disgħa u disgħin).

L-Imsida – qtugħ ta’ provvista tad-dawl

Question

Jista’ l-Ministru jagħti raġuni għalfejn il-Ħadd 25 ta’ Ottubru 2015 inqatgħet il-provvista tad-dawl fl-Imsida?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20399 (għoxrin elf, tlett mija, disgħa u disgħin).

Port il-Kbir – Cruise liner

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17791, jista’ l-Ministru jikkonferma jew jiċħad jekk il-cruise liner tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ingħatax il-permess biex jidħol fil-Port il-Kbir matul ix-xhur tas-Sajf 2015, minkejja li l-Kaptan kien infurmat b’theddida ta’ bomba hekk kif kien se jitlaq mill-port tal-Greċja? Huwa infurmat li l-imsemmi cruise liner ipprova jidħol f’portijiet oħra imma ma ngħatax awtorizzazzjoni minħabba raġunijiet ta’ sigurtà peress li kien informa l-awtoritajiet konċernati bit-theddida ta’ bomba? Jaf f’liema portijiet dan il-cruise liner ipprova jidħol qabel ingħata l-awtorizzazzjoni biex jidħol fil-Port il-Kbir? Huwa nfurmat jekk il-cruise liner ingħatax l-awtorizzazzjoni biex jidħol fil-Port il-Kbir mal-ewwel talba? Jekk mhux mal-ewwel talba, jaf ma’ liema attentat il-cruise liner tħalla jidħol fil-Port il-Kbir?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda theddida ta’ bomba abbord il-cruise liner tal-kumpanija MSC matul ix-xhur tas-sajf.

Shangai Electric — involviment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ma’ Shangai Electric u l-Gvern Malti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Stqarrija maħruġa mill-kumpanija Accenture li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Arms Ltd — involviment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ma’ Arms Ltd?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Intepellant illi l-ARMS qegħda tagħmel riċerka fuq mudelli ta’ service improvement flimkien mal-Enemalta u l-Water Sevices Corporation.

Shangai Electric — involviment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu użax is-servizzi tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jek iva, għaliex?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Intepellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20284 (għoxrin elf, mitejn, erbgħa u tmenin).

Skema tal-IIP – spejjeż governattivi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17884, jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid s'issa kemm kienet l-ispiża governattiva fi sponsorships, promotions, marketing, konferenzi, artikoli, safar u affarjiet oħra relatati mal-iskema tal-IIP?

Response (GRECH, LOUIS)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistqosija lill-Ministeru għall-Intern u Sigurta' Nazzjonali.

Skema tal-IIP – spejjeż governattivi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17884, jista' l-Ministru jgħid s'issa kemm kienet l-ispiża governattiva fi sponsorships, promotions, marketing, konferenzi, artikoli, safar u affarjiet oħra relatati mal-iskema tal-IIP?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Kappara Junction – Triq alternattiva

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux beħsiebu jilqa’ t-talba li ressqu b’mod konġunt il-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann u l-Kunsill Lokali tas-Swieqi rigward triq li tgħaddi minn Wied il-Għomor u tgħaqqad lil San Ġwann permezz ta’ Triq Pelikan ma’ Triq il-Qasam fis-Swieqi? Jista’ jgħid jekk it-talbi hijiex sabiex titwessa’ din it-triq għal two way traffic u jsir il-pavimentar neċessarju? Jista’ jgħid jekk hux konxju li kif jibda x-xogħol fil-Kappara Junction, din it-triq se tkun rotta alternattiva għas-sewwieqa u l-problema ta’ gridlock se tiżdied?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq maġenb Wied il-Għomor li tgħaqqad il-lokalita’ ta’ San Ġann ma’ dik tas-Swieqi ġiet identifikata bħala rotta alternattiva marbuta mal-proġett tal-junction tal-Kappara. Transport Malta se tkun qed tagħmel xogħlijiet żgħar biex jitwessgħu żewġ pinch points tul din it-triq u se tkun qed tagħmel ukoll xi xogħlijiet ta’ asfaltar. B’dawn l-interventi ta’ Transport Malta, it-triq se tkun tiflaħ takkomoda traffiku miż-żewġ direzzjonijiet.

Is-Swieqi – xogħlijiet fuq mini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jistgħux isiru mini żgħar fil-ġnub tal-mina ewlenija ta’ tarf fi Triq is-Swieqi, fis-Swieqi peress li hi ta’ perikolu għan-nies li jkunu qegħdin jimxu minnha u bil-karozzi dejjem għaddejjin?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan is-suġġeriment se jiġi nkluż mal-proġetti prospettivi ta’ Transport Malta. Il-possibilita’ tal-inklużjoni ta’ dan il-proġett ma’xogħlijiet ta’ Transport Malta ser tiddependi mill-prioritajiet u fondi disponibbli.

Kontribuzzjonijiet għall-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Gvern matul l-2015, f’kontribuzzjonijiet ta’ €300 li ngħataw lil dawk l-anzjani ‘il fuq minn 75 sena? Jista’ jgħid kemm kienet tiswa lill-Gvern kieku din il-kontribuzzjoni kompliet tingħata bħala lump sum minflok instalments ta’ kull xahar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, sas-26 ta’ Ottubru 2015, in-nefqa tal-Gvern għas-sena 2015, f’pagamenti għall-anzjani ta’ ’l fuq minn 75 sena kienet ta’ €8,500,666.24. Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant, li l-pagament kien u baqa’ jingħata bħala lump sum.

Is-Swieqi – rekluti ġodda fl-għassa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux beħsiebu li jalloka aktar pulizija fl-għassa tas-Swieqi mir-rekluti l-ġodda li daħlu fil-Korp?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għandha tkun infurmata li l-allokazzjoni issir direttament mill-Kummissarju tal-Pulizija. Ninsab infurmat li r-rekluti l-ġodda kollha ġew assenjati fil-post tagħom fid-diversi branki u distretti tal-Korp. Fl-għassa tas-Swieqi ġie allokat Kuntistabbli tal-Pulizija wieħed mir-rekluti l-ġodda li daħlu fil-Korp.

San Ġiljan – rekluti ġodda fl-għassa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux beħsiebu li jalloka aktar pulizija fl-għassa ta’ San Ġiljan mir-rekluti l-ġodda li daħlu fil-Korp?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għandha tkun infurmata li l-allokazzjoni issir direttament mill-Kummissarju tal-Pulizija. Ninsab infurmat li r-rekluti l-ġodda kollha ġew assenjati fil-post tagħhom fid-diversi branki u distretti tal-Korp. Fl-għassa ta’ San Ġiljan ġew allokati għaxar (10) Kuntistabbli tal-Pulizija mir-rekluti l-ġodda li daħlu fil-Korp.

San Ġwann – rekluti ġodda fl-għassa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux beħsiebu li jalloka aktar pulizija fl-għassa ta’ San Ġwann mir-rekluti l-ġodda li daħlu fil-Korp?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għandha tkun infurmata li l-allokazzjoni issir direttament mill-Kummissarju tal-Pulizija. Ninsab infurmat li r-rekluti l-ġodda kollha ġew assenjati fil-post tagħhom fid-diversi branki u distretti tal-Korp. Fl-għassa ta’ San Ġwann ġie allokat Kuntistabbli tal-Pulizija wieħed mir-rekluti l-ġodda li daħlu fil-Korp.

San Ġwann – Misraħ Lourdes – bla dwal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn sad-data li qed titressaq din il-mistoqsija, Misraħ Lourdes, San Ġwann ilu għall-ammont ta’ ġranet bla dawl? Meta hu mistenni li tittieħed azzjoni biex il-problema titranġa darba għal dejjem u kemm jista jkun malajr?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn spezzjonijiet li għamlu fuq il-post il-ħaddiema tal-Enemalta plc irriżulta li d-dawl f'Misraħ Lourdes, San Ġwann huwa mixgħul.

San Ġwann – Misraħ Lewża – Ġranet mingħajr dwal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn sad-data li qed titressaq din il-mistoqsija, Misraħ Lewża, San Ġwann ilu għall-ammont ta’ ġranet bla dawl? Meta hu mistenni li tittieħed azzjoni biex il-problema titranġa darba għal dejjm u kemm jista jkun malajr ?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonnċernat.

San Ġwann – Misraħ Lewża – Ġranet mingħajr dwal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn sad-data li qed titressaq din il-mistoqsija, Misraħ Lewża, San Ġwann ilu għall-ammont ta’ ġranet bla dawl? Meta hu mistenni li tittieħed azzjoni biex il-problema titranġa darba għal dejjem u kemm jista jkun malajr?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn spezzjonijiet li għamlu fuq il-post il-ħaddiema tal-Enemalta plc irriżulta li d-dawl f'Misraħ Lewża, San Gwann huwa mixgħul.

Kappara Junction – deviation routes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk instabux deviation routes oħra qabel ma jibda x-xogħol fuq il-Kappara Junction? Jekk sab, liema huma? Se jsir xogħol ta’ manutenzjoni f’dawn ir-rotot alternattivi? Jekk iva, meta se jibda x-xogħol? Jekk dawn id-deviation routes jinkludu toroq residenzjali fil-lokalitajiet, x’konsultazzjoni saret mal-Kunsilli Lokali/Kumitati Amministrattivi rispettivi biex ikun hemm koordinazzjoni u kooperazzjoni meħtieġa f’dawn il-lokalitajiet?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tikkjarifika għal-liema rotot oħra ta’ devjazzjoni qed tagħmel referenza għalihom.

Kappara Junction — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema xahar tas-sena 2016 hu ppjanat li jibda x-xogħol fil-Kappara Junction?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet marbuta mal-proġett tal-junction tal-Kappara mistennija jibdew lejn il-bidu tas-sena d-dieħla bl-ewwel xogħlijiet isiru fuq ir-rotot ta’ devjazzjoni.

Marsa Junction — xogħlijiet

Question

Peress li x-xogħol fuq il-Kappara Junction mistenni jdum sentejn, jista’ l-Ministru jikkonferma li x-xogħol fil-Marsa Junction mhux se jibda waqt li jkun għadu għaddej ix-xogħol fil-Kappara Junction? Fid-dawl ta’ dan, jikkonferma li x-xogħlijiet fil-Marsa Junction se jkunu qed jinbdew f’din il-leġiżlatura?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bidu tax-xogħlijiet fuq il-junction tal-Marsa se jkun determinat mill-Grant Agreement mal-Unjoni Ewropea. Ta’ min iżid ukoll li x-xogħol fuq il-Marsa Junction mhux kollu se jkun qed jaffettwa l-andament tat-traffiku. Għaldaqstant ċertu xogħlijiet fuq il-junction tal-Marsa jistgħu jinbdew waqt li x-xogħlijiet fuq il-Kappara junction ikunu għadhom ma ntemmux.