Legislature:
Category:
Reset
Active:

L-Imsida – break-ins, serq, hit and run u vandaliżmu ieħor

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati rapporti ta’ break-ins, serq, hit and run u kull tip ta’ vandaliżmu ieħor fil-lokalità tal-Imsida, sena b’sena mill-2008 sad-data li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni relatata ma’ rapporti hekk kif reġistrati mill-pulizija fir-rigward tal-lokalita’ tal-Imsida, qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Il-Gżira – break-ins, serq, hit and run u vandaliżmu ieħor

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati rapporti ta’ break-ins, serq, hit and run u kull tip ta’ vandaliżmu ieħor fil-lokalità tal-Gżira, sena b’sena mill-2008 sad-data li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni relatata ma’ rapporti hekk kif reġistrati mill-pulizija fir-rigward tal-lokalita’ tal-Gzira, qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

San Ġwann – Triq Ta’ Ċieda — wires

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li għal bosta xhur tħallew wires imdendlin fi Triq Ta’ Ċieda, kantuniera ma’ Triq JF Marks, f’San Ġwann hekk kif anke ġie rrapurtat ukoll minn xi residenti mal-gazzetta The Times of Malta ta’ nhar it-Tnejn 30 ta’ Novembru? Jista’ jgħid meta hu mistenni li jitneħħa dan il-perikolu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt mgħarraf li l-wires imsemmija mhumiex parti mis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku li tieħu ħsieb l-Enemalta plc.

Is-Swieqi — għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fid-dawl tal-aħħar rapport li ħareġ fejn mara anzjana mis-Swieqi kienet vittma ta’ break-in, fejn intrabtet u insterqet, jekk din ġietx offruta u ngħatatx għajnuna u appoġġ għat-trawma psikoloġika li għaddiet minnha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-għaqda Non-Governattiva Victim Support Malta toffri s-servizzi tagħha b’mod volontarju, għal sapport emozzjonali, liema għajnuna tingħata b’mod professjonali minn diversi professjonisti. Dawn is-servizzi li toffri l-Victim Support Malta ikunu possibli biss jekk l-għaqda Non-Governattiva tkun mgħarrfa b’każijiet simili. F’każijiet simili li jkunu pubbliċi, il-Victim Support Group toffri s-servizzi lill-Awtoritajiet konċernati.

Is-Swieqi — għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fid-dawl tal-aħħar rapport li ħareġ fejn mara anzjana mis-Swieqi kienet vittma ta’ break-in, fejn intrabtet u insterqet, jekk din ġietx offruta u ngħatatx għajnuna u appoġġ għat-trawma psikoloġika li għaddiet minnha?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 21425.

Break-ins – servizz għat-trawma psikoloġika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fid-dawl tal-aħbarijiet riċenti ta’ diversi break-ins, speċjalment meta l-vittmi jkunu ġewwa darhom, dawn il-vittmi qed jingħatalhom servizz għat-trawma psikologika li jkunu għaddew minnha?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 21425.

Break-ins – servizz għat-trawma psikoloġika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fid-dawl tal-aħbarijiet riċenti ta’ diversi break-ins speċjalment meta l-vittmi jkunu ġewwa darhom, dawn il-vittmi qed jingħatalhom servizz għat-trawma psikologika li jkunu għaddew minnha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 21425.

San Ġwann – Triq Caruana Dingli – xogħol wieqaf

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn sad-data li qed inressaq din il-mistoqsija parlamentari x-xogħol fuq Triq Caruana Dingli, San Ġwann, reġa’ waqaf u m’hemmx aċċess adegwat għall-bini tal-Kunsill Lokali?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li x-xogħol fuq il-main tal-ilma fit-triq imsemmija tkompla wara li ġew megħluba xi diffikultajiet loġistiċi bejn il-kuntrattur ta’ Transport Malta u l-istess Korporazzjoni.

Ta’ Xbiex – Triq Abate Rigord — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jindika meta se ssir manutenzjoni fi Triq Abate Rigord, Ta’ Xbiex, fil-bidu tan-niżla li tagħti għal Triq ix-Xatt tax-Xbiex peress li l-wiċċ ġdid li ngħata ftit tax-xhur ilu diġà beda jinqala’ b’konsegwenza li f’din il-parti tat-triq żviluppaw ħofor kbar li qed iwasslu għal dewmien fit-traffiku f’din iż-żona?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq imsemmija ma taqax taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta.

MRI – waiting list

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list għall-MRI?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-onorevoli interpellant li wieħed mill-aktar dipartimenti li fih rajna tnaqqis drastiku fil-waiting lists huwa dak tal-Medical Imaging fejn minn sena u nofs għat-test tal-MRI illum tistenna bejn tlieta u erba’ xhur.

Magni speċjalizzati għall- Cardiac MRI — investiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir investiment f’magna speċjalizzata biex tagħmel il-Cardiac MRI għax għalkemm il-magna preżenti tista’ tiġi aġġustata għal cardiac, din il-magna l-ġdida mhux biss tkun qed tnaqqas il-waiting list, iżda tista’ potenzjalment issarraf fi dħul peress li tkun waħda mill-ftit magni fl-Ewropa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 21039.

Karozzi bi pjanċi tar-reġistrazzjoni barranin minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk karozzi bi pjanċi tar-reġistrazzjoni barranija u li huma minn pajjiż barra l-Unjoni Ewropea jistgħux jkunu fiċ-ċirkolazzjoni f’Malta? Jekk iva, għal kemm żmien?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant tagħmel referenza għat-twegiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 20973.

Karozzi bi pjanċi ta’ reġistrazzjoni bi kliem bl-Għarbi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hux konxju li bħalissa f’Malta hawn kwantità kbira ta’ karozzi bi pjanċi ta’ reġistrazzjoni bi kliem bl-Għarbi? Jaf kif dawn daħlu Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi din il-Mistoqsija lil-Ministru kkonċernat.

Karozzi bi pjanċi ta’ reġistrazzjoni bi kliem Għarbi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-karozzi bi pjanċi ta’ reġistrazzjoni bi kliem Għarbi humiex identifikabbli f’terminu ta’ sid, dettalji, liċenzja u assikurazzjoni mill-Pulizija Maltija jew minn Uffiċjal tal-Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi meta Transport Malta jew il-Pulizija jagħmlu diversi road side checks fit-toroq Maltin, f’kull okkażżjoni l-uffiċjal jitolbu lis-sewwieq tal-vettura sabiex jippreżentaw d-dokumenti kollha meħtieġa fosthom, dettalji tas-sid, liċenzja tas-sewqan u l-assikurazzjoni. F’każ li xi wieħed minn dawn id-dokumenti ma jiġix ippreżentat allura dik il-vettura ma titħalliex tiċċirkola fit-triq u tiġi ttowjata.

Karozzi bi pjanċi ta’ reġistrazzjoni bi kliem Għarbi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-karozzi bi pjanċi ta’ reġistrazzjoni bi kliem Għarbi humiex identifikabbli f’terminu ta’ sid, dettalji, liċenzja u assikurazzjoni mill-Pulizija Maltija?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 20980.

Karozzi bi pjanċi ta’ reġistrazzjoni bi kliem Għarbi — assikurazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-karozzi bi pjanċi ta’ reġistrazzjoni bi kliem Għarbi humiex koperti b’assikurazzjoni u jekk ikun hemm inċident li jinvolvi waħda minn dawn il-karozzi, jista’ jkun hemm kumplikazzjonijiet ta’ assikurazzjoni?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta u l-Pulizija jagħmlu diversi road side checks fit-toroq Maltin u f’kull okkażżjoni l-uffiċjal jitolbu lis-sewwieq tal-vettura sabiex jippreżenta d-dokument ta’ l-assikurazzjoni. F’każ li dan ma jiġix ppreżentat allura dik il-vettura ma titħalliex tiċċirkola fit-triq u tiġi ttowjata.

Karozzi bi pjanċi ta’ reġistrazzjoni barranin — inċidenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid s’issa kemm kien hawn inċidenti f’pajjiżna li kienu jinvolvu karozzi bi pjanċi ta’ reġistrazzjoni barranija? F’liema pajjiż kienet reġistrata l-vettura jew vetturi involuti? F’liema lokalità seħħ l-inċident?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li minn Jannar 2015 sa l-aħħar ta’ Ottubru 2015 ġew irrapurtati seba’ u tletin inċident lill-Pulizija li fihom kien hemm nvoluta karozza bi pjanċi ta’ reġistrazzjoni barranija. Qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-lokalità fejn seħħew l-inċidenti. Ninformaha wkoll li l-Pulizija ma għandiex informazzjoni rigward inċidenti li setgħu ġew irrapurtati lill-Gwardjani Lokali kif ukoll f’liema pajjiż huma rreġistrati l-pjanċi brranin.

Għassa tas-Swieqi magħluqa

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma r-rapporti li dehru fil-Malta Independent tal-Ħamis 12 ta’ Novembru, li meta r-residenti marru l-Għassa tas-Swieqi biex jirrapurtaw break-in f’11:45pm sabuha magħluqa?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li kuntrarju għal dan li kien hemm irrapurtat fil-Malta Independent tal-Ħamis 12 ta’ Novembru, fejn ġie allegat li meta r-residenti marru l-Għassa tas-Swieqi biex jirrapurtaw break-in f’11.45pm sabuha magħluqa, l’għassa in kwistjoni kienet miftuha fil-ħin indikat. Fil-fatt l-uffiċċjal li kienet fl-għassa dak il-ħin kienet hi stess li ħadet ir-rapport mingħand il-koppja li rrapurtat l-incident.

Karozzi b’number plates barranin

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra statistika ta’ karozzi li bħalissa hawn f’Malta b’number plates barranin u li għandhom il-permess li jiċċirkolaw b’dawn il-pjanċi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont Artikolu 18 ta’ l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni u l-liċenzjar ta’ vetturi bil-mutur, KAP 368, kull vettura rregġistrata f’pajjiż ieħor tista’ tiddaħħal u tinstaq f’Malta temporanjament għal perjodu konsekuttiv li ma jkunx jaqbeż seba’ xhur f’perjodu ta’ tnax il-xahar.