Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kwalità tat-tarmak fi Triq San Ġiljan, San Ġwann ġietx spezzjonata u tilħaqx il-livelli meħtieġa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li t-testijiet fuq kampjuni mit-tarmac ta’ Triq San Ġiljan ser isiru dalwaqt minn kumpanija indipendenti. Ir-riżultati ta’ dawn it-testijiet jintbagħtu dirett lill-Perit tal-Korporazzjoni skont standards stabbiliti minn Transport Malta.
Jista’ l-Ministru jagħti n-numri tal-karozzi tal-linja li jgħaddu minn San Ġwann u r-rotot rispettivi li jgħaddu minnhom il-karozzi tal-linja fil-preżent? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni skont kif kienu r-rotot qabel ma saru l-aħħar tibdiliet?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22256.
Jista’ l-Ministru jagħti l-iskeda tal-frekwenza tas-servizz tal-karozzi tal-linja li jgħaddu minn San Ġwann fil-preżent u l-iskeda ta’ frekwenza tas-servizzi tal-karozzi tal-linja li kienu jgħaddu minn San Ġwann sa qabel ma saru l-aħħar tibdiliet?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22256.
Jista’ l-Ministru jgħid minn liema lokalitajiet, Transport Malta tirċievi l-ilmenti dwar it-toroq? Jista’ jelenka din l-informazzjoni sena b’sena mill-2013 ‘l hawn?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ma żżommx informazzjoni rigward minn liema lokalitajiet joriġinaw l-ilmenti dwar toroq. Ħafna drabi jkun il-każ li min qed jagħmel l-ilment ma jipprovdix l-indirizz personali tiegħu / tagħha.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk rigward l-ilmenti li Transport Malta tirċievi dwar it-toroq, jekk hux dejjem jintbagħtu ittra ta’ acknowledgement?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull ilment dwar toroq li jidħol għand il-Customer Care Unit permezz tal-email info.tm@transport.gov.mt jiġi ackowledged fl-istess ġurnata jew l-ġurnata ta’ wara jekk l-ilment ikun daħal wara l-ħinijiet tal-uffiċċju.
Żjarat barra minn Malta għal laqgħat dwar Traffic Management System
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk flimkien ma’ uffiċjali ta’ Transport Malta għamilx żjarat barra minn Malta biex jattendi laqgħat dwar Traffic Management System? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kien l-outcome ta’ dawn il-laqgħat?
Response (MIZZI, JOE)
Nikkonferma li delegazzjoni mill-Ministeru u Transport Malta attendiet għal żjara ġewwa Seoul għall-okkażjoni tal-World Road Congress. Waqt din iż-żjara l-uffiċċjali ta’ din id-delegazzjoni żaru t-Traffic Management Centre ġewwa Seoul fejn ġew diskussi soluzzjonijiet possibli għal sfidi komuni fiż-żewġ pajjiżi fuq dak li jirrigwarda immaniġġjar tat-traffiku.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-deviation routes plan għall-Kappara Junction?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa qed isiru l-preparamenti neċessarji minn Transport Malta biex fil-ġimgħat li ġejjin jibdew ix-xogħlijiet fuq is-sit tal-Kappara Junction. Inżid ngħid illi Transport Malta diġa għaddejja b’diversi xogħlijiet f’toroq fl-inħawi ta’ madwar l-istess junction u dawn ix-xogħlijiet ivarjaw minn tibdil tal-wiċċ tat-triq sa’ rikostruzzjoni fejn l-istess toroq ikollhom ħsarat strutturali. Dawn it-toroq qed jiġu mtejba biex iservu bħalha rotot alternattivi għas-sewwieqa tul l-andament tal-proġett.
Waqt ix-xogħlijiet fuq il-Kappara Junction ser ikunu qed isiru l-isforzi meħtieġa biex partijiet minn Triq Mikiel Anton Vassalli tibqa’ miftuħa għat-traffiku u dan biex kemm jista’ jkun jitnaqqas l-inkonvenjent għall-istess sewwieqa. Minkejja dawn l-isforzi wieħed irid japprezza illi minħabba l-iskala tax-xogħlijiet ser ikun hemm tnaqqis tan-numru u l-wisa’ tal-vehicle lanes u l-aċċess għal Sliema Road ser ikollu jingħalaq għal perjodi ta’ zmien. Għalhekk, Transport Malta ser tkun qed tħejji sinjali biex tħeġġeġ sewwieqa li jistgħu jevitaw Triq Mikiel Anton Vassalli biex minflok jużaw toroq f’żoni iktar ċentrali. Għal dawk il-perjodi meta l-aċċess minn jew għal Sliema Road ser ikun magħluq ser jitwaħħlu sinjali biex is-sewwieqa jiġu gwidati għal numru ta’ rotot alternattivi skont il-fażi partikolari tax-xogħol.
Importanza kbira ser tingħata għal proċessi kif il-pubbliku ser ikun qed jiġi aġġornat bit-tibdil fis-sistema tat-traffiku. Wara l-proċess estensiv ta’ konsultazzjoni fil-fażi tal-applikazzjoni għall-permess tal-MEPA, fil-ġimgħat li ġejjin TM ser tkun qed tagħmel serje ta’ laqgħat ta’ informazzjoni ma’ diversi stakeholders.
Ix-xogħlijiet fuq it-toroq alternattvi bdew f’Diċembru tal-2015 u x-xogħol fuq il-junction innifisha mistenni jibda fit-tieni kwart ta’ din is-sena. Il-proġett mistenni jitlesta sal-aħħar tas-sena 2017. Il-proġett tal-Kappara Junction ser ikun qed itaffi l-konġestjoni f’ din ir-rotta importanti li hija wkoll parti mit-Trans European Network. Għalhekk, il-proġett ser itejjeb din il-junction f’waħda iktar effiċjenti, ser inaqqas il-queues twal li bħalissa jakkummulaw mar-roundabout eżistenti, u għaldaqstant is-sewwieqa jkunu jistgħu jaslu fid-destinazzjoni tagħhom f’inqas ħin.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li persuni li jaħdmu ma’ Transport Malta, issottomettew l-inġustizzji tagħhom mal-Bord tal-Inġustizzji u ngħataw promozzjoni minflok ingħataw il-grades li kienu ilmentaw dwarhom bħala inġustizzja?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tispjega aħjar il-mistoqsija tagħha.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna siefret Brussel f’isem Transport Malta matul l-2015? Min kienu dawn il-persuni u għal kull persuna, kemm kienet l-ispiża tar-room rate/night?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2015, kien hemm 83 persuna f’isem Transport Malta li siefru Brussel. Dawn l-impjegati huma minn direttorati varji tal-Awtorita’ u minn dan l-ammont siefru 41 impjegat fuq taħriġ ffinanzjat minn fondi ESF tal-Unjoni Ewropea.
L-ispiża tar-room rate per night ma tistax tingħata minħabba li dawn l-impjegati jingħataw subsistence allowance li minnha jieħdu ħsieb b’mod dirett għall-akkomodazzjoni tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi assenjati (mixtrija jew leased) minn Transport Malta? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-vetturi jistgħu jintużaw wara l-ħin tax-xogħol? Liema huma dawn il-vetturi? Min isuq tali vetturi? X’inhi r-raġuni li dawn il-vetturi jistgħu jintużaw wara l-ħin tax-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għandha 41 vettura mikrija u 40 vettura mixtrija, li minnhom 43 jintużaw wara l-ħin tax-xogħol.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-vetturi li jintużaw wara l-ħin tax-xogħol. Hemm raġunijiet varji għalfejn dawn il-karozzi jintużaw wara l-ħin tax-xogħol, fosthom esiġenzi tax-xogħol u l-kuntratt tal-impjegat konċernat.
Transport Malta – dipartiment għar-Riżorsi Umani – każijiet ta’ inġustizzji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li d-Dipartiment għar-Riżorsi Umani ta’ Transport Malta, laqa’ każijiet ta’ inġustizzji f’Mejju 2015, minkejja li dawn ilhom li ġew magħluqa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li d-Dipartiment tar-Riżorsi Umani fi ħdan Transport Malta ma laqa’ l-ebda każ ta’ inġustizzji f’Mejju 2015. F’dan l-istess xahar, id-Dipartiment tar-Riżorsi Umani avża lil dawk kollha konċernati bir-rakkomandazzjoni li l-Kummissjoni tal-Grievances għamlu fil-konfront ta’ kull applikant. Wara li ħarġu dawn in-notifiki, numru żgħir ta’ impjegati staqsew x’kien ġara mill-każ tagħhom, u għaldaqstant inġibdet l-attenzjoni tal-Kummissjoni u ntalbet tweġiba.
Direttorat ta’ Transport Malta – miżuri ta’ Health and Safety
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ittieħdux il-miżuri kollha ta’ Health and Safety qabel ma’ d-Direttorat ta’ Transport Malta jiġi trasferit fil-bini l-ġdid, f’Raħal Ġdid?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċċjal ta’ Trasport Malta nkarigat mis-Saħħa u Sigurta’ fuq il-post tax-xogħol qed isegwi mill-qrib u fuq bażi regolari x-xogħlijiet li qed isiru fil-post magħruf bħala l-A3 Towers biex kollox ikun konformi mal-liġi kif ukoll mal-leġislazzjoni sussidjarja tas-Saħħa u Sigurta’ fuq il-post tax-xogħol.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ ilmenti pendenti dwar it-toroq li rċeviet Transport Malta? Jista’ jagħti din l-informazzjoni sena b’sena mill-2013 ‘l hawn?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ lmenti pendenti li għandha Transport Malta fuq toroq huwa ta’ 148.
Ninsab infurmat li dawn ivarjaw minn ilmenti ta’ natura minuri għal oħrajn iktar sinifikanti. Infurmat ukoll li minn dan in-numru jista’ jkun hemm ilmenti li jikkonċernaw toroq li r-responsabbilta’ tagħhom taqa’ taħt il-kunsill lokali rispettiv.
San Ġiljan – break-ins, serq, hit and run u vandaliżmu ieħor
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati rapporti ta’ break-ins, serq, hit and run u kull tip ta’ vandaliżmu ieħor fil-lokalità ta’ San Ġiljan, sena b’sena mill-2008 sad-data li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn sad-data li qed inressaq din il-mistoqsija parlamentari, ix-xogħol fuq Triq Caruana Dingli, San Ġwann reġa’ waqaf u m’hemmx aċċess adegwat għall-bini tal-Kunsill Lokali?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq Triq Caruana Dingli għadu għaddej u hemm aċċess għall-bini tal-Kunsill bil-limitazzjonijiet li jiddettaw x-xogħlijiet f’din it-triq.
Is-Swieqi – break-ins, serq, hit and run u vandaliżmu ieħor
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati rapporti ta’ break ins, serq, hit and run u kull tip ta’ vandaliżmu ieħor fil-lokalità tas-Swieqi, sena b’sena mill-2008 sad-data li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni relatata ma’ rapporti hekk kif reġistrati mill-pulizija fir-rigward tal-lokalita’ ta’ Swieqi, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
San Ġwann – break-ins, serq, hit and run u vandaliżmu ieħor
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati rapporti ta’ break-ins, serq, hit and run u kull tip ta’ vandaliżmu ieħor fil-lokalità ta’ San Ġwann, sena b’sena mill-2008 sad-data li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni relatata ma’ rapporti hekk kif reġistrati mill-pulizija fir-rigward tal-lokalita’ ta’ San Ġwann, qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Pembroke – break-ins, serq, hit and run u vandaliżmu ieħor
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati rapporti ta’ break-ins, serq, hit and run u kull tip ta’ vandaliżmu ieħor fil-lokalità ta’ Pembroke, sena b’sena mill-2008 sad-data li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni relatata ma’ rapporti hekk kif reġistrati mill-pulizija fir-rigward tal-lokalita’ ta’ Pembroke, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.