Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Ġwann – xogħlijiet fuq leak tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax isir xogħol fuq leak tad-drenaġġ li issa ilu ħiereġ fil-parti tat-triq ta' bejn Triq Caruana Dingli u Triq l-Istefanotis San Ġwann eżatt quddiem il-Masġar Patri Leopoldu Tabone u faċċata ta' ħanut tal-ħaxix li hemm fl-istess triq?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li l-każ qed jiġi nvestigat.

San Ġwann – Triq Ugo Carbonaro – problema tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Minustru jieħu azzjoni fuq problema tad-drenaġġ li hemm fi Triq Ugo Carbonaro, San Ġwann u li kaġun ta' dan, diversi huma l-familji li qiegħed ikollhom id-drenaġġ ġewwa d-djar tagħhom u li żgur qed ikun ta' periklu għas-saħħa tagħhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li minn investigazzjonijiet li saru ma rriżultax li hemm xi tkissir fis-sistema tad-drenaġġ fl-akwati.

San Ġwann – kantuniera bejn Triq Wied Għollieqa u Vjal ir-Rihan — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir ix-xogħol meħtieġ u jingħata t-tarmak f'ħofra li hemm f'kantuniera bejn Triq Wied Għollieqa u Vjal ir-Rihan, San Ġwann?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika l-post eżatt ta’ din il-ħofra minħabba li ma hemm l-ebda konessjoni ma Triq Wied Għollieqa li tinstab fil-Kappara ma’ Vjal ir-Rihan, it-triq prinċipali ta’ quddiem il-Knisja Parrokkjali tal-lokalita’ ta’ San Ġwann.

San Ġwann – Triq tal-Balal – twaħħil ta’ bozoz

Question

Jista’ l-Ministru jara li jitwaħħlu bozoz mat-tliet arbli li hemm fi Triq tal-Balal, San Ġwann fejn bħalissa fin-nuqqas tagħhom, it-triq hi mudlama u jista' jiġi kkaġunat xi inċident?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li l-Kumpanija Enemalta plc m’hijiex responsabbli għall-installazzjoni ta’ dwal ġodda f’toroq jew postijiet pubbliċi.

San Ġwann – Triq in-Naxxar – xogħlijiet ta’ manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jintervjeni fuq ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni li saru fl-aħħar ġranet fi Triq in-Naxxar, f’San Ġwann peress li dawn ix-xogħlijiet ma koprewx il-ħsarat kollha fl-imsemmija triq u peress li din se tkun waħda mit-toroq ewlenin ta’ devjazzjoni waqt ix-xogħol fuq il-Kappara Junction, dawn il-ħsarat se jispiċċaw jiggravaw bil-konsegwenza li jkollu jsir xogħol ġdid ta’ tiswija u allura terġa’ tingħalaq b’detriment u inkonvenjenza għas-sewwieqa u għar-residenti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq it-triq in kwistjoni sar wara li saret evalwazzjoni tal-kundizzjoni tal-wiċċ tat-triq mill-periti ta’ Transport Malta, skont prassi stabbiliti. Din l-evalwazzjoni wasslet għall-konklużjoni li ma kienx hemm bżonn li t-triq tingħata wiċċ ġdid tul il-medda kollha. Fil-fatt, saru nterventi fuq dawk il-meded li rriżulta li kellhom bżonn ta’ manutenzjoni.

Mediċina għal kura tal-Hepatitis C

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta beħsiebu jqassam il-mediċina għall-kura tal-Hepatitis C, Harvoni hekk kif kien ġie mwiegħed? Jista’ jgħid jekk hux se tingħata b’xejn lil kull pazjent li għandu din il-kundizzjoni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-medicina Ledipasvir/Sofosbuvir, bdiet tinghata b’xejn lil dawk il-pazjenti li kwalifikaw ghaliha skond kriterji medici.

Is-Swieqi u San Ġwann – Triq tal-Wied — one way

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23784, jista’ l-Ministru jgħid ma’ min ikkonsulta mill-Kunsill Lokali tas-Swieqi u f’liema data?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali tas-Swieqi ilu jaf għal xhur sħaħ dwar ix-xogħlijiet ippjanati għal Triq il-Pelikan. Rigward il-one way, il-kuntrattur żbalja meta għamel it-triq one way. Fil-fatt, Transport Malta mill-ewwel ħadet il-passi biex il-one way titneħħa. Triq il-Pelikan hija preżentament magħluqa minħabba l-istess xogħlijiet ta’ twessiegħ.

San Ġwann u s-Swieqi – Triq tal-Wied – one way

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23785, jista’ l-Ministru jgħid għal liema żviluppi mhux previsti qed jirreferi u allura x’inhi t-target date ġdida għat-tlestija ta’ dawn ix-xogħlijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan għadu li x-xogħol fuq it-triq bejn San Ġwann u s-Swieqi jitlesta sa nofs April.

Familji u negozju – provista ta’ dawl maqtugħ – kontijiet pendenti

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23786, jista’ l-Ministru jkun aktar speċifiku dwar kif informazzjoni aggregata ta’ households u entitajiet kummerċjali li soffrew sospensjonijiet fil-provista tad-dawl, hija kummerċjalment sensittiva?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li qed tintalab hija dwar l-operat kummerċjali tal-kumpanija u informazzjoni dwar il-klijenti tal-istess kumpanija.

San Ġwann – Triq is-Sebuqa – partijiet bla dawl

Question

Jista’ l-Ministru jagħti raġuni għalfejn parti minn San Ġwann fi Triq is-Sebuqa u l-madwar kienu bla dawl nhar is-Sibt 19 ta’ Marzu 2016?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat mill-Enemalta plc li fid-19 ta’ Marzu 2016 il-Kumpanija ma kellha l-ebda xogħlijiet jew ħsarat li wasslu għal qtugħ fil-provvista fl-inħawi msemmija. Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jekk għandha xi dettalji speċifiċi, tgħaddi l-informazzjoni dwarhom.

San Ġwann – Vjal ir-Rihan – manutenzjoni meħtieġa fuq il-bozoz tat-triq

Question

Jista’ l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni meħtieġa f’waħda mill-bozoz tat-triq fi Vjal il-Rihan, San Ġwann, quddiem id-daħla tal-iskola minħabba l-periklu li qed jinħoloq kemm għas-sewwieqa kif ukoll għan-nies li jkunu mexjin fl-inħawi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li t-tiswijiet meħtieġa tlestew.

San Ġwann — signage

Question

Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni biex is-signage li qed jitwaħħal f’San Ġwann ikunu signage relevanti u jagħmel aktar sens mhux bħal pereżempju s-signage li hemm fi Triq San Franġisk fejn is-signage juri bl-aktar mod ċar li ma jistax isir aċċess minn din it-triq ladarba ma tkunx resident jew jeħtieġ li tuża l-pompa tal-petrol, meta l-eqreb pompa tal-petrol f’din l-akkwata hi aktar minn kilometru ‘l bogħod?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sinjali li twaħħlu nhar is-Sibt 12 ta’ Marzu twaħħlu bi żball mill-kuntrattur u fil-fatt ġew imneħħija mill-istess kuntrattur ftit wara li Transport Malta ġibditlu l-attenzjoni.

San Ġwann – signage għal rotot alternattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli għas-signage li twaħħal nhar is-Sibt 12 ta’ Marzu, f’diversi toroq f’San Ġwann li jirreferu fost l-oħrajn għal rotot alternattivi fil-Ħamrun u l-Addolorata u li kellhom jerġgħu jitneħħew ftit tas-sigħat wara? Jista’ jgħid jekk fid-dawl tax-xogħol tal-Kappara Junction, jemminx li għandu jkun hemm pjanar aħjar anke fir-rigward ta’ road signage?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sinjali li twaħħlu nhar is-Sibt 12 ta’ Marzu twaħħlu bi żball mill-kuntrattur u fil-fatt ġew imneħħija mill-istess kuntrattur ftit wara li nġibditlu l-attenzjoni. Rigward ir-road signagne għal tul il-proġett tal-Kappara, Transport Malta diġa ħabbret li ser tkun qed tagħmel ukoll użu mill-Variable Message Signs (VMSs) li ġew installati riċentament u li huma mezz ta’ komunikazzjoni effiċjenti billi jippermettu aġġornamenti iżjed attwali fuq l-andament tal-proġett.

San Ġwann – Triq Birkirkara – signage korretti

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’inhu s-signage korrett li hemm fi Triq Birkirkara, San Ġwann, bejn Triq San Pawl u Triq San Pietru fejn għal xi żmien kienu juru “Men at work” u “No left turning” għal Triq San Pietru, imbagħad ġew mgħottija bit-tape u issa reġgħu nkixfu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq din il-medda ta’ triq għadhom għaddejjin. Għaldaqstant is-sinjali jinkixfu jew jitgħattew skont il-ħtieġa u skont l-andament tax-xogħlijiet.

San Ġwann – Kunsill Lokali – tibdil fid-direzzjoni tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann u r-residenti tat-toroq rispettivi humiex qegħdin jiġu infurmati b’xogħol li qed isir u bit-tibdil fid-direzzjoni tat-traffiku, kawża ta’ sinjali li qed jitwaħħlu għall-għarrieda u li ħafna drabi juru bl-aktar mod ċar li dawn is-sinjali huma riċiklati u ntużaw f’xogħlijiet f’lokalitajiet oħra u għaldaqstant ma jagħmlux sens għat-toroq li qed isir ix-xogħol fihom bħalissa peress li jagħmlu referenza għal toroq f’lokalitajiet oħra?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann kien infurmat dwar id-diversi xogħlijiet ippjanti għall-lokalità u qiegħed jinżamm aġġornat f’kull stadju. Għal dak li jirrigwarda r-residenti u l-pubbliku in ġenerali, dawn qed jiġu nfurmati permezz ta’ diversi stqarrijiet maħruġa fil-mezzi tax-xandir.

Triq Birkirkara — tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn fil-parti tan-naħa t’isfel ta’ Triq Birkirkara, fejn din il-parti titwessa’, għal xi raġuni jidher li t-tarmak il-ġdid mhux qed jingħata min-naħa għall-oħra tat-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta’ l-asfalt fil-parti tan-naħa t’isfel ta’ Triq Birkirkara issa ġie komplut u sar fil-wisa’ permessibli kollu.

Triq Birkirkara — tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn fil-parti tan-naħa t’isfel ta’ Triq Birkirkara, fejn din il-parti titwessa’, għal xi raġuni jidher li t-tarmak il-ġdid mhux qed jingħata min-naħa għall-oħra tat-triq?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.

Is-Swieqi u San Ġwann – Triq tal-Wied — one way

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ikkonsultati l-Kunsilli Lokali tas-Swieqi u San Ġwann dwar il-fatt li t-triq tal-wied ta’ bejn San Ġwann u s-Swieqi saret one way? Jekk fl-affermattiv, meta ġew ikkonsultati?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żewġ kunsilli lokali kienu jafu bix-xogħlijiet li kellhom isiru fi Triq il-Pelikan għal diversi xhur. Konsultazzjoni dettaljata saret mal-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann fil-15 ta’ Frar peress li dawn ix-xogħlijiet kellhom jiġu kkoordinati ma’ diversi xogħlijiet oħra f’din il-lokalita’.

San Ġwann u s-Swieqi – Triq tal-Wied – one way

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal kemm żmien hu mistenni li t-triq tal-wied ta’ bejn San Ġwann u s-Swieqi tibqa’ one way?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament it-triq hija magħluqa u se tibqa’ magħluqa sakemm jintemmu x-xogħlijiet. Ix-xogħlijiet kienu ppjanti li jitlestew sa nofs April pero’ il-programm ta’ xogħlijiet jista’ jiġi mtawwal minħabba żviluppi mhux previsti.

Familji u negozju – provista ta’ dawl maqtugħ – kontijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il familja u negozju inqatgħatilhom il-provista ta’ dawl minħabba kontijiet pendenti? Jista’ jagħti din l-informazzjoni sena b’sena mis-sena 2013 ‘l hawn u l-informazzjoni tinqasam bejn households u kummerċjali?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ARMS Ltd qed tiltaqa’ ma dawk li jkunu waqgħu lura fil-ħlasijiet biex tipprova ssib soluzzjoni dwar kif jistgħu jsiru l-ħlasijiet. L-informazzjoni dwar sospensjonijiet hija ta’ natura kummerċjali.