Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #5755 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Kopja ta' l-accounts

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-accounts ta' l-Universita' li juru l-ħruġ u d-dħul mill-għotjiet lil Foundation u mill-kirjiet li qed jidħlu ċioe' mill-Mid-Med Bank, BOV, mill-Canteen, mill-bookshop, mil-librerija etc kif ukoll mill-introjtu ta' aktar minn 400 student barrani? Jista' l-Ministru jiddikjara illi l-kunċett ta' l-Universita' Tal-Qroqq hu bbażat fuq skop kummerċjali għal studji internazzjonali?

Response (GALEA, LOUIS)

B'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 5755, ser inpoġġi kopja ta' audited accounts ta'l-Universita' għas-sena 1997. Informat li l-Universita' ma tirċievi ebda kera mill-Mid Med Bank, Bank of Valletta, mill-Canteen, mill-bookstop u mill-librerija. Hemm żewġ Foundations, waħda hija l-Mid Med Bank Computer and Commerce Sciences Foundation li mill-imgħax fuq il-kapital jitħallsu scholarships, research grants u sponsorship ta' Lectureship fil-Computer Science and Commerce related Science f'Malta u Bank of Valletta Banking and Finance Studies Foundation, li mill-imgħax fuq il-kapital tiffinanzja l-Bank of Valletta Chair of Banking and Finance. L-introjtu mill-istudenti barranin, li parti minnhom huma eżentati mill-fees, huwa stmat li jlaħħaq mal-350,000 liri Maltin. Hemm ukoll operations agreement bejn l-University Catering Services Ltd u Corinthia Palace Hotel Co Ltd fejn ta' l-aħħar iħallas annual concession fee ta' Lm25,000 lil University Catering Services Ltd li bħalissa tmur biex jitħallas il-kera ta' l-University Residence. L-iskop ta' l-Universita' li jġib studenti barranin mhux ibbażat fuq wieħed kummerċjali imma biex f'kunċett modern ikun hemm taħlita ta' studenti minn diversi pajjiżi.
Leg 9 PQ #5756 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — Bord ta' l-arbitraġġ

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il seduta ġiet trasferita fil-Bord ta' l-Arbitraġġ dwar l-Artijiet matul is-snin 1997 u 1998 kawża illi xi membru tal-Bord kien indispost? Kemm-il kawża tressqet u kemm ġew deċiżi fl-istess snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-1997 u l-1998, in-numru ta' seduti tal-Bord ta' l-Arbitraġġ dwar l-Artijiet li ġew trasferiti minħabba li xi membru tal-Bord kien indispost kien ta' 5. Ninsab infurmat ukoll illi fl-istess perijodu n-numru ta' kawżi li tressqu quddiem il-Bord kien ta' 64. Dwar in-numru ta' kawżi deċiżi, ninsab infurmat li fl-1997 dan kien ta' 15, filwaqt li fl-1998 l-ebda kawża ma ġiet deċiża. 22.03.99
Leg 9 PQ #5757 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — Imgħaxijiet legali

Question

Wara li ngħataw diversi sentenzi mill-Bord ta' l-Arbitraġġ dwar l-Artijiet fit-2 u fis-16 ta' Lulju, 1997 illi l-gvern hu obbligat li jħallas l-imgħaxijiet legali mid-data ta' l-esproprjazzjoni ċioe' ta' 8%, għaliex id-Dipartiment ta' l-Artijiet jinsisti li jħallas 5% lil ħafna proprjetarji li jkollhom l-artijiet esproprjati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li kien hemm erba' sentenzi, fosthom dawk li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant, fejn il-Bord ta' l-Arbitraġġ dwar l-Artijiet obbliga lill-Gvern iħallas imgħaxijiet legali ta' 8% mid-data ta' l-esproprjazzjoni. Dawn il-kawżi kienu kollha jikkonċernaw biss art li ġiet meħuda skond l-Att dwar Arei għall-Iżvilupp tal-Bini (B.D.A.) Il-Bord ta' l-Arbitraġġ dwar l-Artijiet qatt ma ta sentenza fejn il-Gvern ġie obbligat iħallas l-imgħaxijiet bit-8% ħlief għal dawn l-erba' każi li l-ebda wieħed minnhom ma jittratta akkwist ta' art skond il-Kapitlu 88 (Land Acquisition Ordinance). Għaldaqstant f'każ ta' akkwist ta' art skond il-Land Acquisition Ordinance id-Dipartiment ta' l-Artijiet baqa' jħallas l-imgħaxijiet bil-5% kif kien minn dejjem jagħmel. 22.03.99
Leg 9 PQ #5312 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Lukandi — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-hotels kollha f'Malta u f'Għawdex u l-ammonti tad-dawl u l-ilma pendenti jew le li għandha kull lukanda mal-Water Services Corportation u mal-Korporazzjoni Enemalta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma narax li jkun etikament korrett li nagħmel pubblika l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #4467 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Kirjiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iddaħħal f'kirjiet l-Universita' ta' Malta? Jista' jgħid f'kull każ kemm hu l-ammont ta' kirjiet li ddaħħal u fiex tikkonsisti kull waħda?

Response (GALEA, LOUIS)

Ir-rati ta' kirjiet li ddaħħal l-Universita' għas-sala Sir Temi Żammit u għas-swali l-oħra fi ħdan is-Centre for Communicatons Technology (CCT) huma elenkati fl-iskeda li ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #3529 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Ħaddiema fis-segretarjat

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni kollha li huma fis-segretarjat privat tiegħu? X'inhu x-xogħol ta' kull wieħed u f'liema impjieg kienu l-aħħar qabel ġew fis-segretarjat?

Response (REFALO, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor Membru għat-tweġiba li tajt illum għall-Mistoqsija Numru 3455.