Jista' l-Ministru jagħti dettalji u informazzjoni dwar:
(a) Applikazzjonijiet pendenti għal bini / extensions ta' lukandi u akkomodazzjoni oħra quddiem il-Planning Authority?
(b) Numru ta' sodod li qed jintalab li jiżdied?
(ċ) Kategorija tal-akkomodazzjoni?
(d) Lokalita'?
(e) Meta u jekk hemmx ħsieb jinħareġ il-permess?
(d) Data meta maħsub jitlesta x-xogħol?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn indaġni jirriżulta li l-informazzjoni mitluba tista’ tingħata mill-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar u mhux mill-Ministeru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' TOSS li tħallas lejn is-suq Ingliż bejn l-1996 - 1999 u kemm ġew turisti minn dan is-suq fl-istess perijodu?
Response (REFALO, MICHAEL)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa ta' promozzjoni fis-swieq prinċipali tagħna u kemm ġew turisti minn kull suq bejn l-1996 - 1999?
Response (REFALO, MICHAEL)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli, waħda li turi n-nefqa fi promozzjoni fil-core markets u l-oħra li turi l-għadd ta’ turisti li żaru Malta minn kull suq bejn l-1996 u l-1999.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm flus ivvutati għal road construction u tiswijiet ta' toroq u kemm intefqu s'issa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-ammont ivvutat għal Road Construction ġenerali u tiswijiet ta' toroq taħt Vote VII Capital huwa Lm4,650,000 li jkopri kuntratti mogħtija s'issa li jammontaw għal valur komplessiv ta' Lm4.8M. Il-valur tax-xogħol u l-pagamenti li saru s'issa hu Lm2,442,709.56c.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' TOSS li tħallas lejn is-suq Ingliż bejn l-1996 - 1999 u kemm ġew turisti minn dan is-suq fl-istess perijodu?
Response (REFALO, MICHAEL)
Peress li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'hemm xogħlijiet fuq toroq li għaddej bħalissa? X'inhu l-programm tat-toroq ġodda u xogħol biex jiġu rranġati toroq prinċipali? Kemm qed jiswew u se jiswew dawn it-toroq? X'inhu l-programm ta' toroq ġodda u rranġar ta' toroq għas-sena li ġejja?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-programm biex jiġu rranġati t-toroq prinċipali diġa ġie stabbilit skond il-Masterplan għat-toroq, li kopja tagħha kienet tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Xogħol fuq toroq ġodda qed isir skond l-esiġenzi li għandu d-Dipartiment u bi ftehim mal-Kunsilli Lokali kkonċernati.
Il-programm ta' toroq ġodda għas-sena d-dieħla għadu qed jinħadem.
Bħalissa għaddej xogħol ta' toroq li komplessivament hu stmat li jiswa Lm4,870,512.56c li kopja tiegħu ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi destinazzjonijiet fejn l-Air Malta talbet li topera minn u lejn Malta, liema talbiet ġew milqugħa jew miċħuda? Meta saru dawn it-talbiet? Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-Air Malta żżid mar-rotot li qed topera llum fiż-żmenijiet qarib?
Jista' l-Ministru jgħid u jagħti dettalji dwar; (1) kemm kellha seat allocations l-Air Malta fuq rotot turistiċi prinċipali tagħha f'dawn l-aħħar ħames snin; (2) kemm hu maħsub li tkun is-seat allocation fuq l-istess rotot għas-sena li ġejja?
Jista' l-Ministru jikkonferma u jagħtu dettalji dwar il-ħsieb li l-Air Malta tingaġġja s-servizz ta' CEO barranin għall-Air Malta? Jekk fl-affermattiv, meta hu l-ħsieb li dan l-ingaġġ jibda?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 20201 waqt is-Seduta numru 400, liema mistoqsija kienet titratta l-istess suġġett.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown taż-żieda fl-impjiegi li kien hemm f'dawn l-aħħar sentejn fis-settur turistiku?
Jista' l-Ministru jagħti dettalji fuq dawk il-lukandi, stabbilimenti ta' l-ikel u intrapriżi oħra fis-settur turistiku li żiedu jew naqqsu l-impjiegi f'dawn l-aħħar sentejn?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Membru li statistika kif mitluba minnu ma tinżammx.
Dak li għandu x’jaqsam ma l-impiegi fil-lukandi u stabbilimenti li jservu l-ikel, nirreferi lill-Onor. Membru għall-istatistika ppubblikata mill-Uffiċċju Ċentrali ta’ l-Istatistika.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji u informazzjoni dwar:
(a) Applikazzjonijiet pendenti għal bini / extensions ta' lukandi u akkomodazzjoni oħra quddiem il-Planning Authority?
(b) Numru ta' sodod li qed jintalab li jiżdied?
(ċ) Kategorija tal-akkomodazzjoni?
(d) Lokalita'?
(e) Meta u jekk hemmx ħsieb jinħareġ il-permess?
(d) Data meta maħsub jitlesta x-xogħol?
Response (REFALO, MICHAEL)
Peress li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji/informazzjoni dwar:
i) Applikazzjonijiet pendenti għal bini/estensjoni ta' lukandi u akkomodazzjoni oħra.
ii) Numru ta' sodod li qed jintalab li jiżdied.
iii) Kategoriji ta' l-akkomodazzjoni.
iv) Lokalita'.
v) Data ta' l-appuntazzjoni.
vi) Data mistennija ta' meta se jitlesta x-xogħol?
Response (REFALO, MICHAEL)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-tagħrif mitlub. Mhux possibbli iżda li nagħti d-data ta’ meta għandu jitlesta x-xogħol ta’ kull proġett għax din tiddependi mill-ħruġ tal-permess mill-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji/informazzjoni dwar:
i) Applikazzjonijiet pendenti għal bini/estensjoni ta' lukandi u akkomodazzjoni oħra.
ii) Numru ta' sodod li qed jintalab li jiżdied.
iii) Kategoriji ta' l-akkomodazzjoni.
iv) Lokalita'.
v) Data ta' l-appuntazzjoni.
vi) Data mistennija ta' meta se jitlesta x-xogħol?
Response (REFALO, MICHAEL)
Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid u jagħti lista tar-rapporti kollha li saru minn jew mill-NTOM/MTA fl-aħħar sentejn?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li f'dawn l-aħħar sentejn l-N.T.O.M./M.T.A ħejjew dawn ir-rapporti:
M.T.A. Strategic Plan: 2000 - 2002
The Economic Impact of Tourism in Malta
Carrying Capacity Assessment
Market Profiles
Expenditure Survey
Lower Category Accommodation Survey
The Maltese Population's Perception of Tourism in Malta
Tourism Statistics
Annual Reports (1998)
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10909, jista'l-Ministru jgħid: (i) jekk inħarġitx tender għal xiri ta'equipment ta' tindif; (ii) kemm sewa l-istudju li sar; (iii) min għamel l-istudju imsemmi; (iv) jistax il-Ministru jpoġġi dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra; (v) min u fejn se jipprovdi t-training meħtieġ; (vi) din is-sistema hija orħos minn tender lil kuntrattur; u (vii) jekk le, kemm iffranka l-Ministeru?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Jekk inħarġitx tender għal xiri ta' equipment ta' tindif:
Dwar l-ewwel domanda nirreferi għat-Tweġiba Nru. 11372.
Dwar it-tlett domandi li jmiss nixtieq ngħid li dan l-istudju ġie mniedi mid-Dipartiment tal-Policy u Ppjanar tas-Saħħa, li huwa d-Dipartiment fid-Diviżjoni tas-Saħħa responsabbli u nkarigat mir-riforma fil-qasam tas-saħħa, kif ukoll mill-introduzzjoni ta' dawn ir-riformi.
L-istudju sar abbażi ta' proġett pilota li kien ġie mniedi mill-istess Dipartiment f'wieħed mill-isptarijiet tal-Gvern. Fost il-prijoritajiet ta' dan l-istudju kienet l-analiżi tal-kwalita' u l-effiċjenza tat-tindif fl-isptarijiet flimkien ma' l-opinjoni ta' l-istess ħaddiema fuq l-operat tax-xogħol tagħhom u l-aspettativi tagħhom għal futur fuq il-post tax-xogħol. Ġew ukoll analizzati r-riżultati miksuba mill-introduzzjoni tas-sistema bbażata fuq protokolli ta' tindif mibnija fuq flessibilta' fuq il-post tax-xogħol. Barra li ttieħdet ukoll konsiderazzjoni ta' l-eżitu tal-kwestjonarji li kienu ġew imfassla fost il-ħaddiema ta' dan is-settur u l-infermiera responsabbli mis-swali fl-isptar.
Mill-kummenti u r-rakkomandazzjonijiet li ħarġu minn dan l-istudju, jidher b'mod l-aktar ċar li s-sistemi ta' tindif tal-passat għandhom jiġu mwarrba u mibdula b'sistemi moderni u professjonali li jiffaċilitaw il-ħidma u l-operat tal-ħaddiema, filwaqt li jkunu ta' benefiċċju għall-klijenti tagħna. Il-kummenti u r-rakkomandazzjonijiet ta' dan l-istudju qegħdin annessi.
Rigward il-ħames domanda, ninfurmah li sabiex jiġi aċċertat li l-klijenti tagħna, flimkien mal-ħaddiema ta' dan is-settur, jibbenifikaw mir-riforma f'dan il-qasam, u s-servizz ta' l-indafa fl-isptarijiet jilħaq il-livell professjonali, ġiet ingaġġata persuna kkwalifikata f' dan il-qasam. Din il-persuna li ser tissejjah Manager, Hospital Cleaning Service ser tkun responsabbli mit-tmexxija u mill- `in service training' tal-ħaddiema ta' dan is-settur. Għaldaqstant, it-taħriġ kollu ser isir abbażi ta' protokolli u sistemi internazzjonali ta' l-ogħla livell mfassla apposta għal dan il-qasam. It-taħriġ ser isir fuq il-post tax-xogħol (hands on training).
Dwar l-aħħar żewġ domandi, nirreferih għat-tweġibiet preċedenti fejn diġa għidt li l-kuntratt ta' tindif kien qed jiswa lid-Dipartiment tas-Saħħa Lm600,000 fis-sena għal tindif fl-Isptar San Luqa. Pero' is-servizz li sa issa ngħata taħt dan it-tender qatt ma laħaq l-aspettativa ta' ndafa li oriġinalment kienet wara l-iskop li tindif ta' l-isptar jingħata lill-privat.
Permezz ta' ntroduzzjoni ta' din ir-riforma huwa maħsub li dan is-settur jingħata rwol u miri ġodda li minnhom jibbenifikaw kemm il-klijenti tagħna kif ukoll il-ħaddiema.
Għalhekk, barra l-fatt li l-apparat ta' tindif li nxtara ser jitqassam fl-isptarijiet tal-Gvern kollha (jiġifieri Sptar San Luqa, Sptar Boffa u Sptar Monte Carmeli) huwa kkalkulat li l-ammont li ntefaq - Lm105,000 - għandu jiġi mifdi f'xi 5 xhur.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10909, jista'l-Ministru jgħid: (i) jekk inħarġitx tender għal xiri ta'equipment ta' tindif; (ii) kemm sewa l-istudju li sar; (iii) min għamel l-istudju imsemmi; (iv) jistax il-Ministru jpoġġi dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra; (v) min u fejn se jipprovdi t-training meħtieġ; (vi) din is-sistema hija orħos minn tender lil kuntrattur; u (vii) jekk le, kemm iffranka l-Ministeru?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fejn qed jintrabtu l-laneċ: "Ambjent", "Monka" u "Pupilla"?
Jista' l-Ministru jgħid ix-xogħol li qed isir b'dawn il-laneċ?
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jiswew lil gvern kull lanċa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-laneċ 'Ambjent','Monka' u 'Pupilla' qed jintrabtu fit-tarzna ta' Bezzina Ship Repair Yard Ltd.
Ix-xogħol li qed isir b'dawn il-laneċ huwa hekk:
M.V. Ambjent - Ix-xogħol ta' l-M.V. Ambjent hu li tiġbor 'flotsam' minn ġewwa kif ukoll minn barra l-Port il-Kbir. Din il-lanċa tintuża wkoll għall-ġbir ta' żejt minn wiċċ il-baħar.
M.V. Monka - Ix-xogħol ta' l-M.V. Monka jinkludi xogħol ta' monitoraġġ. Din il-lanċa tintuża wkoll f'każ ta' emerġenza ta' tniġġiż minn żejt.
M.V. Pupilla - Din il-lanċa tintuża f'kull każ ta' tindif ta' żejt mill-baħar fejn tintuża biex jitniżżlu u jittellgħu 'booms', u biex jinġabar iż-żejt.
Dawn il-laneċ qed jiswew lill-Gvern madwar Lm7,000. fis-sena, barra minn xi spejjeż straordinarji ta' manutenzjoni.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-metodu ta' tindif fl-isptarijiet u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid f'kull każ jekk hemmx il-ħsieb ta' xi tibdil fil-metodi ta' tindif u kif beħsiebu jimxi l-Ministru f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa t-tindif kemm fl-isptarijiet kif ukoll fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tas-Saħħa isir mill-ħaddiema impjegati mad-Diviżjoni tas-Saħħa, minbarra xi sezzjonijiet fl-isptar San Luqa - li jsiru mill-kuntrattur li kien ingħata t-tender tat-tindif.
Hu maħsub li la darba jagħlaq il-kuntratt preżenti ta' tindif, dan ix-xogħol ukoll jibda jsir mill-ħaddiema tad-Diviżjoni tas-Saħħa bħala parti mir-riforma li qegħda ssir fil-Qasam tas-Saħħa.
Bħal ma diġa sar qabel kull riforma li ġiet imnedija sa issa, sar studju xjentifiku u ntensivta' kif jista'jogħla l-livell tas-settur ta' l-indafa fl-isptarijiet bil-għan li ntejbu s-servizz għall-klijenti tagħna filwaqt li nagħtu image u identita' ġdida lill-ħaddiema ta' dan is-settur. Għaldaqstant, biex ix-xogħol ta' tindif fl-isptarijiet jilħaq il-livell professjonali mixtieq, filwaqt li jiġi iffaċilitat l-operat tal-ħaddiema ser jiġi introdott programm ta' tindif professjonali bbażat fuq:
i. protokolli għal tindif professjonali
ii. programmi speċjalizzati ta' taħriġ intensiv dwar metodi
ta' tindif fl-isptarijiet
iii. introduzzjoni ta' makkinarju industrijali biex
jiffaċilitizza t-tindif
iv. introduzzjoni ta' uniformi ġdida lill-ħaddiema li
minbarra li tagħtihom corporate identity, tagħtihom ukoll image
professjonali