Heritage Malta — Artistic Expression/s at City Gate,Valletta HM28.10.2016 – kontribut tal-Fondazzjoni Valletta 2018
Question
B'referenza għas-sejħa li Heritage Malta ħarġet bl-isem ta' Artistic Expression/s at City Gate,Valletta HM28.10.2016, jista' l-Ministru jgħid x'ser ikun il-kontribut tal-Fondazzjoni Valletta 2018 f'dan il-proġett?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni Valletta 2018 mhux se tkun qed tagħti kontribut dirett għal dan il-proġett.
Heritage Malta — Artistic Expression/s at City Gate,Valletta HM28.10.2016 - sottomissjonijiet
Question
B'referenza għas-sejħa li Heritage Malta ħarġet bl-isem ta' Artistic Expression/s at City Gate, Valletta HM28.10.2016, jista' l-Ministru jgħid kemm-il sottomissjoni saret għal din is-sejħa kif ukoll, iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tar-rapport tal-ġurija fir-rigward tar-riżultati?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella bil-lista tal-parteċipanti. Din il-lista ilha li tħabbret mit-22 ta’ Frar 2017 u tinstab fuq il-website ta’ Heritage Malta http://www.heritagemalta.org/monuments/wp-content/uploads/2017/02/Expression-of-interest-for-artistic-expressions-at-City-Gate-Valletta-List-of-participants.pdf.
Il-proċess ta’ għażla għal din is-sejħa għadu mhux konkluż u għalhekk ir-rapport finali ma jistax jiġi ppubblikat.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ħaddiema ta' Heritage Malta li ġew promossi minn Marzu 2013 sal-lum? Jista' jgħid f'liema grad ġew promossi u mil-liema lokalitajiet ġejjin dawn il-ħaddiema?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Heritage Malta — Artistic Expression/s at City Gate,Valletta HM28.10.2016 – kriterji
Question
B'referenza għas-sejħa li Heritage Malta ħarġet bl-isem ta' Artistic Expression/s at City Gate,Valletta HM28.10.2016, jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ħa jingħata l-premju ta' €1000 imsemmi fis-sezzjoni 5.11?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li, kif spjegat fid-dokument tas-sejħa, hija fid-diskrezzjoni tal-ġurija li tagħti (jew ma tagħtix) il-premju msemmi għal xi merti li seta’ kellha xi sottomissjoni partikolari.
Heritage Malta – Artistic Expression/s at City Gate,Valletta HM28.10.2016
Question
B'referenza għas-sejħa li Heritage Malta ħarġet bl-isem ta' Artistic Expression/s at City Gate,Valletta HM28.10.2016, jista' l-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-ġurija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-proċess ta’ għażla għal din is-sejħa għadu mhux konkluż u għalhekk m’ huwiex għaqli li jitħabbru l-ismijiet tal-membri tal-ġurija.
B'referenza għall-esebizzjoni li qiegħda tittella fuq is-sejf ta' de Valette, jista' l-Ministru jgħid minn Heritage Malta, min kien inkarigat mill-aspett tas-sigurtà?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-aspett tas-sigurtá kien f’idejn uffiċjali ta’ Heritage Malta responsabbli mis-sigurtá, mill-allestiment tal-wirja, u mill-IT.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31604, jista' l-Ministru jassigura li din is-sena, Heritage Malta ser tagħmel l-almu tagħha sabiex il-ħaddiema tagħha jattendu l-Curatorial School li ser tiġi organizzata bejn it-28 ta' Awwissu u l-1 ta' Settembru?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fil-waqt opportun dawk kollha kkonċernati ser jkunu infurmati kif isir f’kull okkażjoni simili.
Ruma — Palazzo Barberini – esebizzjoni – xogħlijiet li ttellgħu minn Heritage Malta
Question
B'referenza għall-esebizzjoni li qed tittella’ ġewwa Palazzo Barberini, f'Ruma, jista' l-Ministru jsemmi x-xogħlijiet kollha li Heritage Malta tellgħet għal din l-okkażjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li għall-okkażjoni tal-wirja f’Palazzo Barberini Heritage Malta kienet responsabbli għall-għazla tal-kwadri u għall-kontenut tal-katalgu (flimkien mal-kollegi tal-Barberini), kif ukoll għat-trasport u l-logistika meħtiega sabiex il-kwadri twasslu Ruma.
Għall-okkażjoni intużaw dawn ix-xolgħijiet:
Mathias Stomer:
Lamentation Over the Dead Abel, The Good Samaritan, Beheading of St John the Baptist
Jusepe Ribera: St Stephen
Francesco de Mura: Allegory of Malta
Unknown: Heraclitus
Mattia Preti: Doubting Thomas, Drunkenness of Noah, Lot and his Daughters
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan ta' taħriġ għas-sena 2017, għall-ħaddiema ta' Heritage Malta? Jista' wkoll jgħid x'ser jagħmel is-CEO sabiex jinkoraġixxi il-Continuous Professional Development (CPD) tal-istess ħaddiema?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-pjan ta’ taħrig s'issa jinkludi kors tal-First Aid. Barra minn hekk l-aġenzija se tkompli wkoll bl-għajnuna speċifika lill-dawk kollha li għaddejjin bl-istudji tagħhom. Dan dejjem isir skond kif regolat mill-Ftehim Kollettiv.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment ta' Heritage Malta fil-Proġett tal-Biennale ta' Venezja li ser isir f'2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li Heritage Malta ser tkun qed tislef xi xogħlijiet mill-kollezzjoni nazzjonali magħzula mit-tim kuratorjali tal-Biennale ta’ Venezja, minbarra li toffri assistenza teknika oħra speċjalment f’dak li jirrigwarda loġistika u trasport.
B'referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 24583 u 28218, jista' l-Ministru jelenka kif s’issa Heritage Malta bbenefikat minn dan il-Memorandum of Understanding?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li sa issa Heritage Malta ibbenefikat billi użat strumenti tekniċi fil-laboratorji tal-Università, staff attendew għal lectures speċifiċi u qed igawdu minn aċċess għar-riżorsi kollha tal-librerija.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhuma l-ideat tal-Malta EU Presidency 2017 Working Group (Culture) fir-rigward tal-promozzjoni tal-aspetti tal-Istorja ta' Malta bħalma hija l-etnografija u l-lingwa Maltija? Jista' wkoll jgħid minn huma l-membri ta' dan il-working group?
Response (BONNICI, OWEN)
M’huwiex ċar għal xiex il-‘Maltese Presidency Working Group’ imsemmi fid-domanda qed jirreferi eżattament. Minn naħa tal-kultura, it-tema prinċipali li Malta qiegħda tindirizza waqt il-Presidenza hija li tizviluppa konklużjonijiet fuq approċċ strateġiku fi ħdan l-Unjoni dwar relazzjonijiet kulturali internazzjonali abbażi tal-Komunikazzjoni Konġunta maħruġa mill-Kummissjoni u mill-European External Action Service. Għaldaqstant, Malta ser tkun qed tippromwovi li jitħares mhux biss il-wirt kulturali Malti, iżda dak Ewropew u mondjali. Il-Presidenza Maltija laħqet ukoll qbil proviżorju mal-Parlament Ewropew fuq proposta leġislattiva dwar is-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali fis-sena 2018. L-għan ta' din is-sena hija li jsiru inizijattivi fl-iStati Membri kollha biex nippromwovu l-istorja, il-wirt u l-valuri Ewropej u nsaħħu s-sens ta' identità Ewropeja u fl-istess ħin, ngħarfu l-opportunitajiet u l-isfidi li joffri l-wirt kulturali tagħna. Malta wkoll qed taħdem biex testendi t-titlu ta’ Belt Ewropea Kapitali tal-Kultura għal pajjiżi EFTA/EEA. Din il-ħidma kollha, u iktar, qed issir fi ħdan il-Culture Affairs Committee - grupp li jiltaqa’ fi Brussell u li għalih jattendu rappreżentanti tal-Istati Membri kollha.
Heritage Malta — Principal Curator - Phoenician, Roman and Medieval
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28999, jista' l-Ministru jikkonferma li t-tieni post ta' Principal Curator - Phoenician, Roman and Medieval f'Heritage Malta ma kienx ippjanat? Jikkonferma l-Ministru li d-dewmien fir-riżultat kien dovut lejn kandidat li għamel pressjoni sabiex kellu jsir hu wkoll b'detriment għall-kandidat li ġie l-ewwel? Jista' jgħid ukoll kemm kienet il-marka globali għal dan il post u kemm kienet id-differenza ta' bejn iż-żewġ kandidati?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi għal dak li spjegajt diġà fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28999.
Heritage Malta – Dipartiment tal-HR – taħriġ fuq capacity building u ppjanar tar-riżorsi umani
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28999, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li d-Dipartiment tal-HR fi ħdan Heritage Malta jingħata taħriġ speċjalizzat fuq capacity building u ppjanar fir-rigward tar-riżorsi umani?
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28999, jista' l-Ministru jgħid fuq liema proġetti dawn l-individwi qed jaħdmu flimkien?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-proġetti li qed jaħdmu fuqhom iż-żewg uffiċjali msemmija huma draft management plans għas-siti amministrati mid-dipartiment, kif ukoll ix-xogħol meħtieg ta’ post excavation wara l-iskavi li saru fis-siti tal-istess dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid x'għamlet il-Fondazzjoni Valletta 2018 minn Marzu tas-sena 2013 sa issa, sabiex tippromovi l-proġett ta' Heritage Malta -MUŻA? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll il-costings ta' kull inizjattivà abbinata ma’ dan il-proġett?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li għal dan il-għan il-fondazzjoni Valletta 2018 u Heritage Malta, żviluppaw, b’mod konġunt il-proġett ta’ parteċipazzjoni ċivika ‘Naqsam il-MUŻA’ – eżerċizzju għall-kurazzjoni artistika mill-komunita’. F’din l-attività membri mill- kommunita’ jiġu mistiedna jagħżlu u jippreżentaw xogħlijiet artistiċi mill-kollezzjoni tal-arti li ser tkun għall-wiri dalwaqt f’MUŻA. Permezz tal-istess proċess, il-parteċipanti qed jiġu esposti għall-mudell MUŻA li se kun qed jiħeġġeġ kurazzjoni nnovattiva tal-arti fejn l-interpretazzjoni ta’ min iżur il-Mużew ser ikollha valur ġdid.
Dan il-proġett ilaqqa’ diversi membri tal-komunità sabiex jitkellmu dwar liema biċċa arti mill-kollezzjoni nazzjonali tolqothom l-iktar. Imbagħad jidentifikaw spazju u mod sabiex jesebixxu l-biċċa li tkun laqtithom l-iktar ma’ membri oħra tal-komunita’ tagħhom u l-pubbliku inġenerali. B’hekk tkun qed titpoġġa l-arti fil qalba tal-kommunita’.
Sa tmiem l-2016, kienu saru erba’ interventi twal f’dawn il-lokalitajiet: Valletta, Kalkara, Gżira u Marsa. F’kull lokalita’ ġew involuti madwar 200 ruħ fuq perjodu twil u numru ta’ interventi/workshops. Il-prodott finali kien gawdut minn numri ħafna ikbar ta’ udjenzi. Fost dawn insemmu student fi skejjel, parteċipanti ta’ festival lokali u numru estensiv ta’ turisti.
Il-proġett ‘Naqsam il-MU¯A’ sar b'investiment ta’ € 28,560.19 fis-sena (2016).
B'referenza għall-proġett ta' Heritage Malta - MUŻA, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' individwi/organizzazzjonijiet li ġew ikkonsultati f'dan ir-rigward tal-interpretazzjoni ta' dan il-proġett? Jista’ jinkludi wkoll id-dati ta' meta saru dawn il-konsultazzjonijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-kontenut tal-interpretazzjoni ta’ dan il-proġett tfassal kompletament minn Heritage Malta skond il-prassi. Dan wara ġie mgħoddi lill-konsulent internazzjonali ta’ fama f’dan il-qasam, li huwa parti mill-konsorzju li intagħzel minn fost numru sostanzjali li ħadu sehem fil-kompetizzjoni internazzjonali mnedija b’dan il-għan.
MUŻA huwa mużew parteċipattiv ispirat mill-aktar żviluppi reċenti fid-dinja tal-mużewijiet. Dan il-proċess ġie mniedi f’Ġunju tal-2014 b’seminar flimkien ma’ workshops miftuħ għall-pubbliku. Wara dan ġew organizzati għadd ta’ focus groups li għalihom kienu mistiedna jipparteċipaw għadd ta’ individwi u akkademiċi, studjużi u artisti, anke minn istituzzjonijiet, fosthom Dipartimenti tal-Universita’ ta’ Malta, istituzzjonijiet pubbliċi kulturali u soċjali. Dan il-proċess ta’ konsultazzjoni għadu u ser jibqa għaddej fuq livelli differenti wkoll permezz tal-proġett ‘Naqsam il-MUŻA’ bil-parteċipazzjoni ta’ għadd ta’ lokalitajiet f’Malta u Għawdex.