Legislature:
Category:
Reset
Active:

Heritage Malta – intangible heritage

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għamlet Heritage Malta minn Marzu tal-2013 sa issa sabiex ippromoviet l-intangible heritage relatat mal-istorja ta' pajjiżna? Jista' wkoll jgħid x'inhu l-pjan tal-Aġenzija f'din il-materja għas-sentejn li ġejjin u x'budget hemm allokat għal dan l-iskop?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat minn Heritage Malta li l-wirt intanġibbli huwa parti integrali, anzi sostanzjali, mill-programmi edukattivi u attivitajiet kulturali oħra li torganizza Heritage Malta rigward snajja’, drawwiet kulinari, reliġjuzi, eċċ sa mit-twaqqif tagħha. Dan japplika wkoll għal ħafna wirjiet temporanji li torganizza l-aġenzija. Barra minn hekk Heritage Malta tieħu kull opportunita sabiex tiġbor ukoll oġġetti li huma direttament relatati mal-wirt intanġibbli iżda fil-forma tanġibbli tagħhom, bħal per eżempju għodda ta’ ċertu snajja, ecc. Dan jibqa’ jsir fis-snin li ġejjin.

Tempji Ta’ Skorba u Ta’ Ħaġrat

Question

Jista' l-Ministru jgħidilna kemm persuni żaru t-Tempji Ta' Skorba u Ta' Ħaġrat fl-Imġarr bejn Jannar u Ġunju 2015 u Jannar u Ġunju 2016 rispettivament?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u Ġunju tal-2015 f’Ta’ Haġrat marru 823 u fi Skorba marru 220 viżitatur rispettivament, filwaqt li bejn Jannar u Gunju tal-2016 marru 998 u 606 persuna li tfisser żieda totali ta’ 54%.

Kunsilli Lokali Marsaxlokk, Marsaskala, Isla u Bormla – kuntratti ta’ servizz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-kuntratti ta’ servizz li kellhom il-Kunsilli Lokali ta’ Marsaxlokk, Marsaskala, Isla u Bormla bejn l-1 ta’ Jannar 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid jekk dawn il-kuntratti ngħatawx wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b’direct order?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsilli Lokali msemmija intalabu jagħtu din l-informazzjoni. L-Onor. Interpellant jifhem u japprezza li l-informazzjoni li qed jitlob hi voluminuża u tirrikjedi riżorsa konsiderevoli umana u ta’ ħin. Infurmat li l-Kunsilli Lokali qedgħin jiġbru id-data biex hekk kif tkun iffinalizzata nkun f’pożizzjoni li npoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kunsill Lokali Xagħra Għawdex – manutenzjoni u tiswija tal-fanali ornamentali fi Vjal 8 ta’ Settembru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra Għawdex fuq manutenzjoni u tiswija ta’fanali ornamentali li hemm fi Vjal 8 ta' Settembru fix-Xagħra, Għawdex, mill-1 ta' Jannar 2010 sal-lum? Jista' jgħid min għamel dan ix-xogħol, meta sar u kemm sewa kull darba li sar dan ix-xogħol? Kif ingħata dan ix-xogħol kull darba li sar, b'direct order, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'tender?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba hekk kif provduta mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra.

Xagħra Għawdex – tindif ta’ toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tax-Xagħra Għawdex fuq tindif ta’ toroq mill-ewwel ta' Jannar 2010 sal-lum, għal kull sena? Min għamel dan ix-xogħol u kemm tħallset kull persuna/kumpanija li għamlet dan ix-xogħol sena b'sena mid-data mogħtija sal-lum? Kif ingħata dan ix-xogħol b'direct order, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'tender?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali tax-Xagħra ntalab jagħti din l-informazzjoni. L-Onor. Interpellant jifhem u japprezza li l-informazzjoni li qed jitlob hi voluminuża u tirrikjedi riżorsa konsiderevoli umana u ta’ ħin. Infurmat li l-Kunsill Lokali qed jiġbor id-data biex hekk kif jiffinalizzaha nkun f’pożizzjoni li npoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

Heritage Malta – Bighi – Head Office – reperti storiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex, Heritage Malta qed iżżomm numru konsiderevoli ta’ reperti storiċi mitluqa għall-elementi fil-Head Office tagħha ġewwa Bighi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li dawn ir-reperti jikkonsistu fi frammenti arkitettoniċi li Heritage Malta ssalva minn żmien għal żmien minn binjiet eċċ filwaqt li oħrajn jiġu Bighi għar-restawr meħtieġ minħabba tibdil fil-wirjiet ta’ xi mużewijiet eż. armi araldiċi għall-Mużew tal-Gwerra u oħrajn. Infakkar li dawn huma magħmula minn ġebel u rħam li għadda ħafna snin barra u li għalhekk f’ħafna drabi jkun jiflaħ għall-elementi.

Kunsilli Lokali — sena finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kull Kunsill Lokali f'Malta u Għawdex x' kienet il-pożizzjoni tiegħu f'għeluq is-sena finanzjarja 2015? Liema Kunsilli spiċċaw b'surplus u liema kellhom deficit? Liema Kunsilli tejbu l-financial indicator tagħhom u b'kemm komparat mal-għeluq tas-sena finanzjarja 2014?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Il-Kalkara – Bighi – Heritage Malta –restawr ta’ smoking shed

Question

Jista' l-Ministru jagħti update ta' meta Heritage Malta se tlesti r-restawr fuq is-smoking shed storika li hemm fl-entratura tal-Head Office tagħha f'Bighi l-Kalkara?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq is-smoking shed ma qabadtx ritmu sostnut minħabba prijoritajiet oħra li kellha u għad għandha Heritage Malta. Sadanittant tneħħa l-ħadid minn ġol-ħitan sabiex tieqaf il-ħsara u beda jinħadem xi xogħol tal-ġebel meħtieġ.

Heritage Malta – sigurtà tal-kuntratturi

Question

Jista’ l-Ministru jassigura li l-uffiċjali kollha tas-sigurtà tal-kuntratturi​ li kienu u għadhom assenjati ġewwa s-siti u mużewijiet ta' Heritage Malta jkollhom liċenzja valida ta' gwardjan privat skont il-liġi?​

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-kuntratturi li jipprovdu servizz ta’ sigurta fil-mużewijiet u siti ta’ Heritage Malta huma obbligati li l-impjegati tagħhom ikollhom il-liċenzji kollha meħtieġa skont il-liġi.

Heritage Malta – ħaddiema ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem ġdid ġie ngaġġat minn Heritage Malta minn Marzu 2014 sal-lum? F’liema grad ġew impjegati u mil-liema lokalità ġejjin dawn il-ħaddiema?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li minn Marzu 2014 sa llum ġew irreġistrati 33 ħaddiem ġdid fuq il-kotba ta’ Heritage Malta, numru minn dawn il-ħaddiema ġew ingaġġati minħabba proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea. Il-gradi u l-lokalità ġew elenkati fit-tabella li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sant Anġlu – Karozzi tal-elettriku

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-karozzi tal-elettriku ġewwa Sant’Anġlu huma koperti b’assigurazzjoni kontra kull tip ta’ inċident li jista’ jinqala?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-karozzi elettriċi msemmija jintużaw fil-Forti Sant’ Anġlu biss u għalhekk huma koperti awtomatikament minn Heritage Malta kif huma koperti l-ħwejjeġ l-oħra kollha.

Heritage Malta – Triq Melita – exhibition spaces għal skopijiet kummerċjali

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li f’Diċembru 2015, l-exhibition space li għandha Heritage Malta, fi Triq Melita ġewwa l-Belt Valletta ġie imwelli għal skopijiet kummerċjali? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid jekk ħarġitx sejħa għall-offerti f’dan ir-rigward?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-ispażju msemmi fl-ebda mument ma ġie mwelli għal skop kummerċjali, iżda sempliċement għal wirjiet ta’ arti bil-kundizzjonijiet tas-soltu, kif sar kemm il-darba fl-istess spazju u f’mużewijiet oħra ta’ Heritage Malta.

Heritage Malta – manager — DSL

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena hemmx il-ħsieb li jiġi ingaġġat manager responsabbli mid-DSL fi ħdan Heritage Malta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li matul din is-sena ma hemmx ħsieb li jigi ngaġġat manager għad-DSL

Heritage Malta – sit diġitali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna żaret is-sit diġitali ta' Heritage Malta minn Jannar 2014 sa Diċembru 2015?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi kien hemm 551,416 persuna li żaru l-website ta’ Heritage Malta.

Art in Public Spaces Programme 2016-2018 – votazzjoni

Question

B'referenza għall-votazzjoni relatata mal-Proġett Art in Public Spaces Programme 2016-18, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ħadet Heritage Malta sabiex tkun assigurata t-trasparenza f’din l-votazzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li meta s-sottomissjonijiet tal-imsemmi proġett ġew esebiti fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti waqt in-Notte Bianca tal-2015, kien hemm uffiċjali inkarigati sabiex jieħdu ħsieb il-kaxxa tal-votazzjoni, kemm fil-loġġia tal-mużew kif ukoll mal-bank ewlieni tar-reception.

Heritage Malta – Heads u Managers – performance bonus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-objettivi u l-kriterji kollha li fuqhom se jingħata l-performance bonus lis-CEO, il-Heads u l-Managers ta’ Heritage Malta matul is-sena 2016?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.

Heritage Malta — performance bonus - kriterji

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16842, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ​il-miri milħuqa tas-CEO, Heads u Managers u b’liema persentaġġi?

Response (BONNICI, OWEN)

B’referenza ghall-miri tal-2015 imniżżla fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 16842, minħabba n-natura kunfidenzjali ta’ din l-informazzjoni ma nħossx li din għandha titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, iżda nistieden lill-On. Interpellant li jkellimni privatament.

Heritage Malta — Stores

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma d-diffikultajiet li qegħdin jiffaċċjaw l-istores ta' Heritage Malta u għaliex numru ta' uffiċini, laboratorji, mużewijiet u siti spiċċaw mingħajr affarijiet bażiċi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li Heritage Malta ma tafx bid-diffikultajiet imsemmija. Dan l-aħħar l-Aġenzija kabbret l-istores u daħħlet sistemi ta’ IT ġodda sabiex taħdem b’mod aktar effiċjenti u effettiv fit-tqassim ta’ stock.

Auberge d’Italie — scaffolding

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni għaliex fis-7 ta' Jannar 2016, parti mill-iscaffolding tal-Auberge d'Italie kien se jikkrolla fit-Triq il-Merkanti, Valletta? Jista' jgħid x’miżuri ħa tieħu Heritage Malta sabiex tipproteġġi l-persuni li jużaw din iż-żona u din il-binja mit-trabijiet li qed jinħolqu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-iscaffolding tal-Berġa tal-Italja fl-ebda mument ma kien fil-periklu li jikkrolla, iżda sarlu intervent ta’ prekawzjoni ulterjuri minħabba l-irjiħat qawwija ta’ dawk il-ġranet. F’kull sit/proġett tagħha Heritage Malta taħdem skont il-liġijiet applikabbli. Dawn jiġu spezzjonati regolarment u fl-ebda mument ma nstab xi nuqqas f’dan ir-rigward.

Heritage Malta — defibrillator

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 16739, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess sabiex Heritage Malta tinvesti f'defibrillator ġewwa l-Head Office kif ukoll fis-siti u mużewijiet l-iktar frekwentati mill-viżitaturi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-proċess għadu għaddej.