Legislature:
Category:
Reset
Active:

Heritage Malta – Sejħa ta’ Conservastor-Painting

Question

B'referenza għas-sejħa li ħarġet Heritage Malta fir-rigward ta' Conservator - Painting (ETC 397/2016), jista’ l-Ministru jgħid kif il-bord tal-għażla ħa jistabbilixxi li l-applikanti li jaqgħu taħt il-kriterja li ġejja, ‘having proven experience of practice as a conservator - restorer for a period of not less than fifteen years.’ huma vera ġenwini?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi f’dan il-każ il-bord tal-għażla jista’ jistabbilixxi l-kredibbiltà tal-esperjenza dikjarata mill-applikanti kemm mid-dokumentazzjoni sottomessa minnhom, kif ukoll mill-verifiki li l-bord jiddeċiedi li għandu jagħmel, kif isir f’kull sejħa oħra meta jiġu mitluba kwalifiċi u/jew esperjenza.

Heritage Malta – family friendly measures u teleworking

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 11479, 13294 u 16738, jista’ l-Ministru jagħtina 'update' ta' kemm-il ħaddiem ta' Heritage Malta qed jużufruwixxu mit-teleworking? Jista’ jgħid f’liema grad huma u f’liema dipartment qed jaħdmu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi bħalissa hemm tliet impjegati ta’ Heritage Malta li qed jużufruwixxu mill-faċilità ta’ teleworking: senior executive fid-dipartiment tal-proġetti u żewġ executives fid-dipartiment tal-finanzi.

Heritage Malta – Head Conservation

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 16394, jista’ l-Ministru jagħti update dwar jekk Heritage Malta tħossx il-ħtieġa li toħroġ is-sejħa għall-Head - Conservation?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi dan ir-rwol bħalissa qed jiġi kopert mill-Kap Eżekuttiv u għalhekk ma hemmx ħtieġa li tinħareġ sejħa għal Head-Conservation

Heritage Malta – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kull direct order li ħarġet minn Heritage Malta minn Ġunju 2015 s'issa? Jista’ wkoll jgħid lil min ingħataw dawn id-direct orders, in-natura tax-xogħol involut, l-ammont (bil-vat inkluż) kif ukoll ir-raġunijiet għaliex inħarġu dawn id-direct orders?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Heritage Malta – sejħa – membri tal-Ġurija

Question

B referenza għas-sejħa HM 28/6/2016 ta' Heritage Malta, jista’ l-Ministru jgħid min se jkunu l-Membri tal-Ġurija relatati ma’ din is-sejħa? Jista’ jgħid min se jkunu l-konsulenti esterni abbinati ma’ din il-ġurija? Jista’ jgħid x'se tagħmel Heritage Malta sabiex tassigura li ma jkun hemm l-ebda konflitt ta' interess bejn dawn l-individwi u individwi oħra li huma interessati f'din is-sejħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li mhux se jkun hemm konsulenti esterni marbuta ma’ din il-ġurija. Bħal f’kull proċess ieħor simili, il-membri kollha tal-ġurija jridu jiddikjaraw li m’għandhom l-ebda kunflitt ta’ interess, qabel jibdew jevalwaw l-offerti. Dispost li nghaddi l-ismijiet tal-membri privatament lill-Onor. Interpellant.

Heritage Malta – membri tal-ġurija – kriterji għal marki

Question

B'referenza għas-sejħa HM 28/6/2016 ta' Heritage Malta, jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterji l-ġurija se tagħti l-punti allokati kemm għall-prodott, għall-marketing u għall-business model? Jista’ jagħti l-break down ta' dawn il-marki?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li d-dokument tas-sejħa HM 28/6/2016 jispjega wieħed x’għandu jifhem bil-kriterji msemmija. Dawk kollha interessati kellhom il-liberta kollha li jissuġġerixxu dak li jidhrilhom hu l-aħjar fl-offerta tagħhom. Heritage Malta se tagħzel l-iktar proposta vantaġġjuża għaliha meta wieħed jieħu in kunsiderazzjoni l-aspetti kollha.

Heritage Malta – Sistema ta’ POS fir-ristoranti

Question

B'referenza għas-sejħa HM 28/6/2016 ta' Heritage Malta, jista’ l-Ministru jgħid għaliex Heritage Malta hija obbligata tipprovdi sistema ta’ Point of Sale (POS) tar-ristoranti li mhux se tkun qed topera hi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li s-sistema ta’ Point of Sale se tkun ipprovduta minn Heritage Malta għal raġunijiet ta’ awditjar u kontabbiltà.

Heritage Malta – understanding of and response to concept — punti tal-ġurija

Question

B'referenza għas-sejħa HM 28/6/2016 ta' Heritage Malta, jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterji l-ġurija se tagħti l-50 punt allokati għall-‘understanding of and response to concept’? Peress li dan is-suġġett huwa ta' natura suġġettiva ħafna, jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri Heritage Malta ħa ser tieħu Heritage Malta, sabiex il-punti jkunu mogħtija jkunu iktar oġġettivi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li d-dokument tas-sejħa HM 28/6/2016 jispjega wieħed x’għandu jifhem bil-kriterju msemmi. Barra minn hekk dawk kollha nteressati kellhom l-opportunita kollha li jsaqsu l-mistoqsijiet kollha meħtieġa waqt il-laqgħat li saru, liema laqgħat kienu miftuħa għal kulħadd. Kemm id-dokument tas-sejħa kif ukoll l-ispjegazzjonijiet li ingħataw waqt il-clarification meetings kollha huma pubbliċi, u wiehed jista’ jsibhom fuq heritagemalta.org/muzacafe.

Heritage Malta – sejħa għall-Manager-IT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Heritage Malta toħroġ sejħa għall-Manager - IT? Jekk fl-affermattiv, meta se jsir dan u jekk fin-negattiv, jista’ l-Ministru jagħti raġuni għaliex dan il-post se jibqa’ vakanti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi dan ir-rwol bħalissa huwa kopert mill-Head IT & Corporate Services u ghalhekk f’dan l-istadju ma hemmx bżonn li toħroġ sejħa simili.

Heritage Malta – branding guidelines

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta għandhiex 'branding guidelines'? Jekk fin-negattiv, jista’ jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq dawn il-linji gwida?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi Heritage Malta għandha branding guidelines. Dan id-dokument kien sar fl-2003 ftit wara li twaqqfet l-Agenzija, u ġie aġġornat xi snin wara.

Heritage Malta – Showers u Eyewash stations

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-laboratorji ta' Heritage Malta għandhomx Shower u Eyewash Stations? Jekk fl-affermattiv, kemm hemm minn dawn lis-stations u f’liema laborotarji laboratorji qegħdin?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi fil-laboratorji ta’ Heritage Malta hemm shower u eyewash station.

Belt Valletta – esebizjoni esibizzjoni — viżitaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il viżitatur żaru l-esebizjoni esibizzjoni dwar il-Belt Valletta? Jista’ jgħid kemm minn dawn in-nies daħlu b'xejn?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li minn meta fetħet il-wirja fit-23 ta’ Lulju sas-6 ta’ Ottubru kien hemm 3,292 viżitatur li żaru il-wirja, li 794 minnhom daħlu mingħajr ħlas (il-maġġoranza l-kbira tagħhom waqt in-Notte Bianca).

Wirja dwar il-Belt Valletta – cost Cost-benefit Benefit analysis Analysis u marketing Marketing planPlan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx cost Cost-bBenefit analysis Analysis u marketing Marketing plan Plan qabel ma ġiet varata l-wirja dwar il-Belt Valletta? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' dawn id-dokumenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi wirja bħal dik dwar il-Belt Valletta ma huwiex proġett tali li jeħtieġ Cost Benefit Analysis, u għalhekk dan ma sarx. Min-naħa l-oħra Marketing Plan isir dejjem – qed inpoggi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaġar Qim, Forti Sant’ Anġlu u Forti Sant’Iermu – sejħa mal-ispazji kummerċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ħa ser toħroġ is-sejħa relatata mal-ispazji kummercjali kummerċjali (catering) relatati maċ-ċentru Ċentru tal-viżitaturi Viżitaturi f’Ħaġar Qim, il-Forti Sant’ Anġlu u il-Forti Sant’Iermu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi fl-immedjat ma hemm l-ebda ħsieb li tinħareġ sejħa rigward l-ispazji kummerċjali fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi ta’ Ħaġar Qim u fil-Forti Sant’ Anglu. Is-sejħa għall-immaniġjar tal-ispazji kummerċjali fil-Forti Sant’Iermu għandha tiġi ppubblikata iżjed tard din is-sena.

Heritage Malta — mużika amplifikata f’istabbiliment

Question

B'referenza għas-sejħa (HM 28/6/2016) ta’ Heritage Malta, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li Heritage Malta mhux se taċċetta mużika amplifikata ġewwa dan l-is-stabbiliment?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi dan l-istabbiliment se jkun parti integrali minn mużew tal-arti immexxi mill-agenzija nazzjonali tal-wirt kulturali, fil-qalba tal-Belt Valletta u għalhekk l-attivitajiet kollha li jkun hemm fih iridu jkunu idoneji għal dan il-kuntest.

Heritage Malta – ħaddiema — inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inizjattivi ħadet Heritage Malta sabiex tinkoraġġixxi l-ħaddiema tagħha sabiex jikomplu jistudjaw fil-livelli tad-dottorat jew post-doc?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi l-inizjattivi ta’ Heritage Malta rigward impjegati li jkomplu jistudjaw, inkluz f’livell ta’ dottorat jew post-doc, huma regolati mill-Ftehim Kollettiv, u kull talba li tirċievi din l-Aġenzija, tiġi kkunsidrata skond l-istess Ftehim Kollettiv.

Sant’Anġlu – Karozzi tal-elettriku

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26026, jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħsara li saret fuq waħda mill-karozzi elettriċi xi ġimgħat ilu ġietx imsewwija? Jista' wkoll jgħid x'kienet il-kawża ta' dan l-inċident u x'miżuri ħadet Heritage Malta sabiex dan l-inċident ma’ jerġax iseħħ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat minn Heritage Malta li l-ħsara msemmija tinsab fil-proċess li tissewwa. X’aktarx il-ħsara kienet ikkawżata minn użu żejjed. Permezz ta’ hekk tfasslet proċedura sabiex inċidenti bħal dawn ikunu evitati.

Heritage Malta – sigurtà tal-kuntratturi

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26024, jista' l-Ministru jgħid jekk l-uffiċjali kollha tas-sigurtà tal-kuntratturi li kienu u għadhom assenjati ġewwa s-siti, il-mużewijiet u l-Head Office ta' Heritage Malta għandhomx ċertifikat bażiku tal-ewwel għajnuna kif ukoll training bażiku fit-tifi tan-nar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-kuntratturi li jipprovdu servizz ta’ sigurta fil-mużewijiet, siti u Head Office ta’ Heritage Malta huma obbligati li l-impjegati tagħhom ikollhom il-ħiliet u l-liċenzji kollha meħtieġa skont il-liġi.

Il-Kalkara – Bighi – Heritage Malta –restawr ta’ smoking shed

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26023, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-smoking shed storika tkun restawrata sa meta jiġi inawgurat il-proġett il-ġdid tal-Esplora?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-proġett Esplora huwa kompletament differenti minn Heritage Malta. Ix-xogħol fuq is-smoking shed jitkompla u jiġi konkluż kemm jista’ jkun malajr skont il-prijoritajiet tal-Aġenzija.

Mużew il-ġdid ta’ Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħidilna x'ser tkun l-istrateġija tal-interpretazzjoni marbuta mal-mużew il-ġdid ta' Għawdex (Gozo Museum) vis-á-vis il-partijiet relatati mal-arti u lis-storja tagħha? Jista' jgħid ukoll jekk hux qed jiġi kkonsidrat li artifatti li jappertjenu lil Għawdex jiġu rritornati f'dan il-Mużew?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li bħala interpretazzjoni il-Gozo Museum se jkun qed jiffoka fuq l-istorja ta’ Għawdex tul iż-żminijiet sa llum, permezz ta’ wirja li tiġbor flimkien l-aspetti arkeoloġiċi, storiċi, folkloristiċi, naturali u għall-ewwel darba wkoll dak artistiku. Bħall-proġetti oħra ġodda ta’ Heritage Malta, se tingħata attenzjoni sabiex dan ikun aċċessibbli għall-udjenzi kollha possibbli. Qed jiġu evalwati l-possibilitajiet kollha sabiex oġġetti rilevanti jkunu inklużi f’din il-wirja skont l-esiġenzi tal-aġenzija.