B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25644, jista’ l-Ministru jikkonferma li, għall-kuntrarju tar-risposta li ta, Heritage Malta użat nies maniġerjali u fi Grad A sabiex isir "grass weeding u general clean up" fit-Tempju Kordin III?
Response (BONNICI, OWEN)
Nassumi li l-On. Interpellant qed jirreferi ghal team building session informali li saret b’mod volontarju f’Marzu 2015, ftit wara li s-sit imsemmi ghadda f’idejn Heritage Malta. Dakinhar ufficjali tal-agenzija illiberaw il-fdalijiet arkeologici minn haxix, hamrija, u affarijiet ohra. Apparti l-iskop socjali tal-attività, dan ix-xoghol relattivament specjalizzat ma jistax jaghmlu kulhadd minhabba n-natura specifika tieghu.
Heritage Malta – Bighi – Head Office – reperti storiċi
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26029 peress li hemm reperti tal-metall ta’ żmien it-Tieni Gwerra Dinijija li qegħdin jissaddu, jista’ l-Ministru jassigura li dawn ir-reperti tal-metall jiġu mogħtija l-attenzjoni tant mistħoqqha minn Heritage Malta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-oggetti li qed issir riferenza għalihom jifilħu sew għall-elementi.
Ma jfissirx li Heritage Malta mhux se tkun qed tagħti attenzjoni għal dawn ir-reperti, iżda l-Onor Interpellant jifhem li hemm prijoritajiet f’dan is-settur.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26028, jista' l-Ministru jgħid għaliex Heritage Malta m’għandhiex il-ħsieb li l-kariga ta' Manager DSL, li tant hija importanti għal Heritage Malta ma timteliex? Jista' jgħid minn min qed jitmexxa dan il-Unit u xi kwalifiki għandu/għandha li huma relatati ma’ dan is-suġġett? Jista' jgħid x'miżuri qiegħda tieħu Heritage Malta sabiex dan il-unit jissaħħaħ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li d-dipartiment imsemmi qed jimexxa direttament mis-CEO u qed jiġi pprovdut b’attenzjoni partikolari sabiex ikun jista’ joffri s-servizz essenzjali ħalli l-aġenzija taqdi l-funzjonijiet tagħha.
Heritage Malta – Triq Melita – exhibition spaces għal skopijiet kummerċjali
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26027, jista' l-Ministru jgħid għaliex f'Diċembru 2015, il-wirja taċ-ċeramika li kien hemm f'dan il-post kienet iktar għamla ta' ħanut, fejn lanqas irċevuti fiskali ma nħarrġu meta sar il-bejgħ?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26027: fil-post imsemmi saret wirja minn terzi persuni bil-kundizzjonijiet tas-soltu kif sar kemm il-darba fl-istess spazju u f’mużewijiet oħra ta’ Heritage Malta.
Ħal Saflieni – Ipoġew – xogħlijiet minn Heritage Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' xogħol sar minn Heritage Malta ġewwa l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni minn mindu ngħalaq s'issa? Jista' jagħti indikazzjoni ta' meta l-Ipoġew se jerġa’ jinfetaħ għall-pubbliku?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li s'issa ġie żarmat ħafna mill-apparat antik li se jinbidel, intrama scaffolding protettiv, u għaddej xogħol preparatorju ta’ servizzi għall-apparat il-ġdid. Huwa ppjanat li l-Ipoġew jerġa' jinfetaħ għall-pubbliku lejn nofs is-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta’ membri fi ħdan Heritage Malta fl-aħħar ta' Ġunju 2015 u fl-aħħar ta' Ġunju 2016? Jista' jgħid kemm-il Heritage Malta Membership ġiet imqassma b'xejn minn Marzu tal-2013 s’issa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li sa Gunju 2015 kien hemm 502 membru ma’ Heritage Malta. Dawn zdiedu ghal 821 sa Gunju 2016. Minn Marzu 2015 sa issa tqassmu 749 shubija minghajr hlas (2013 - 124; 2014 - 169; 2015 - 217; 2016 - 239).
Heritage Malta — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Heritage Malta preżentement? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandhom kull wieħed minnhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-Bord ta’ Heritage Malta hu compost kif gej:
Dr Joseph M. Buttigieg, Chairman,
Anthony Scicluna, Vici Chairman,
Membri: Prof. JoAnn Cassar, Anthony Degiovanni, Peter Muscat, Prof. Anthony Zammit, Dr Gerald Montanaro Gauci, Anthony Preca
Ic-Chairman ghandu remunerazzjoni annwali ta’ €16,306.64, il-Vici Chairman remunerazzjoni annwali ta’ €10,923.68, filwaqt li l-membri ghandhom remunerazzjoni annwali ta’ €2,329.36. Ic-Chairman jibbenefika wkoll minn servizz ta’ mobile u karozza li tintuza ghal xoghol relatat ma’ Heritage Malta.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25665, jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-eċċezzjonijiet li għandha Heritage Malta fir-rigward tal-iskema tad-dħul ta’ gruppi b’€1 għal kull persuna?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li din l-iskema ma tapplikax għall-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni u f’każijiet fejn Heritage Malta għandha obbligi kuntrattwali (eż. Ħaġar Qim u l-Palazz tal-Granmastru), fejn il-prezz jiżdied bi ftit (ez. €2 ir-ras) sabiex ikopri dawn l-ispejjeż.
Ix-Xagħra Għawdex – Heritage Malta – sit taċ-Ċirku tal-Ġebel
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet ta' Heritage Malta għas-sit taċ-Ċirku tal-Ġebel (Xagħra Stone Circle) fix-Xagħra Għawdex?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li bħalissa qed isiru għadd ta’ studji tekniċi li se jindikaw x’deċiżjonijiet għandhom jittieħdu sabiex is-sit imsemmi jiġi ppriservat bl-aħjar mod.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-Ipoġew ta’ Santa Luċija jgħaddi taħt ir-responsabiltà ta' Heritage Malta? Jekk fin-negattiv, x’inhu l-pjan tal-Gvern fir-rigward ta' dan is-sit?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fl-immedjat mhemmx ħsieb li l-fdalijiet tal-Ipoġew ta’ Santa Luċija jgħaddi taħt ir-responsabilità ta’ Heritage Malta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb sabiex f'Għawdex jitwaqqaf mużew ta' arti moderna u kontemporanja ta' livell nazzjonali? Jekk fl-affermattiv, jista’ jipprovdi iktar informazzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-proġett tal-Gozo Museum għall-ewwel darba se jkun jinkludi fih l-element artistiku - xi ħaġa li dejjem kienet nieqsa fil-mużewijiet f’Għawdex.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25643, jista’ l-Ministru jikkonferma li, għall-kuntrarju tar-risposta li ta, Heritage Malta kienet żammet mill-inqas żewġ siti magħluqa fosthom is-Science Museum?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 25643. Ninsab infurmat li l-mużewijiet kollha infetħu regolarment.
Heritage Malta u l-Università ta’ Malta – memorandum of understanding
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24583, jista’ l-Ministru jgħid għaliex dan il-Memorandum of Understanding iffirmat bejn Heritage Malta u l-Università ta’ Malta jeskludi oqsma importanti bħal riċerka fuq l-udjenza (viżitaturi), riċerka fuq l-interpretazzjoni tal-kollezzjoni nazzjonali, riċerka fuq Community Curatorship, kif ukoll materji ta' importanza oħra fosthom ir-riżorsi umani marbuta mas-settur tal-wirt kulturali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ma huwiex eskluż li iktar ’il quddiem jistgħu jinfetħu diskussjonijiet fuq is-suġġetti msemmija kif ukoll oħrajn.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26536, jista’ l-Ministru jgħid meta Heritage Malta ħa tibda x-xogħol fuq il-Mużew Industrijali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li x-xogħol fuq Mużew Industrijali beda peress li Heritage Malta tieħu kull opportunità possibbli sakemm jifilħu l-kapaċitajiet tagħha sabiex tiġbor apparat u makkinarju ieħor għal meta jkun hemm l-opportunità li tiġi żviluppata binja għal dan l-iskop.
Nies li żaru siti storiċi u mużewijiet ta’ Heritage Malta – flus iġġenerati
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24576, jista’ l-Ministru jgħid kemm Heritage Malta ġġenerat flus mill-bejgħ tal-ħwienet tagħha f'dawn l-okkażżjonijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-bejgħ mill-ħwienet fiż-żewġ open days imsemmija, jiġifieri fil-31 ta’ Jannar u 28 ta’ Marzu kien jammonta għal €2,070 u €1,281 rispettivament.
Heritage Malta u l-Università ta’ Malta – memorandum of understanding
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24583, jista’ l-Ministru jgħid kif s’issa, il-fondi allokati għall-MUZA, il-Mużew t'Għawdex kif ukoll għall-proġett tal-Palazz tal-Gran Mastru ġew utilizzati? Jista' jgħid jekk kienx hemm direct orders abbinati ma’ dawn il-proġetti u jekk fl-affermattiv, ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawn ix-xogħlijiet, li tinkludi l-isem tal-Kuntratturi/Suppliers u l-ammont ta' fondi li ntefqu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-fondi rigward il-Gozo Museum huma amministrati direttament mill-Ministeru ghal Ghawdex. Rigward il-progett tal-Palazz tal-Granmastru, kull ma ntefaq sa issa kien €4708 sabiex sar is-CBA tal-progett minn Allied Ltd. Dan sar wara sejha pubblika. Ghall-progett tal-MUZA intefqu l-ammonti ghal xoghlijiet kif spjegat hawn taht:
Vote 5795 - Muzew Nazzjonali tal-Arti - MUZA
Year
Supplier
Description
Paid to date
Notes
DTR
Architectural services
€ 201,960
contract awarded after a design contest
Casapinta Design Group Ltd
Exhibition Setup
€ 510
award based on 3-quotes
Sarah Medlam
Consultancy services
€ 2,009
appointed as a foreign expert on Jury for Design Contest
Zaffarese Signs & Display Ltd
Exhibition Panels (Auberge d'Italie)
€ 1,298
award based on 3-quotes
Allied Consultants Ltd
Cost Benefit Analysis
€ 4,708
awarded after the issuance of an RFQ
Logix Creative
Branding
€ 5,310
awarded after the issuance of an RFQ
2015
AX Holdings
Restoration - Merchant Street Façade
€ 141,441
contract awarded after tender
Logix
Naqsam il-Muza (Match funded)
€ 1,180
awarded after the issuance of an RFQ - variation due to increase in scope as part of a V18 match-funder project
TERRACORE
Non-invasive testing
€ 2,393
award based on 3-quotes
2016
Daniel Bernard
3D Walkthrough
€ 1,660
award based on artistic merits
Mużew Marittimu fil-Birgu – xogħol ta’ restawr tal-faċċati u t-turretti
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol tar-restawr tal-faċċati u t-turretti, u titjib estensiv fil-faċilitajiet tas-sala tal-Mużew Marittimu fil-Birgu? Jista' jgħid jekk Heritage Malta għandhiex ħsieb li ttejjeb ir-Reception Area ta' dan il-Mużew?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li x-xoghol fuq il-faccata tal-genb u t-turretti ghaddej b’ritmu tajjeb u mistenni jispicca fl-ewwel nofs tas-sena d-diehla. It-titjib fis-sala wkoll ghaddej b’ritmu tajjeb u qed isiru preparamenti sabiex tigi sottomessa applikazzjoni lill-PA rigward ir-reception.
Heritage Malta – informazzjoni mill-environmental monitoring stations
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta għandhiex ħsieb li l-informazzjoni miġbura mill-Environmental Monitoring Station ta' ġewwa t-tempji tkunx available online? Jista' jgħid jekk hemmx ħsieb li l-Environmental Monitoring Stations jiġu stallati fit-Tempji ta' Skorba u ta' Ħaġrat kif ukoll f'Kordin III?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li kull meta gew stallati environment monitoring stations dan gara bhala parti minn progett ikbar u ghal skop specifiku sabiex jigu infurmati decizjonijiet partikolari ghal dak is-sit. Fil-prezent ma hemm l-ebda htiega li jigu stallati stazzjonijiet simili fit-tempji msemmija, u l-anqas li dawn ikunu accessibbli online.
Jista’ l-Ministru jgħid Heritage Malta x’miżura qed tieħu fir-rigward tas-sigurtà ġewwa s-siti miftuħa tagħha? Jista’ jgħid x'budget hemm għal din is-sena li huwa ddedikat speċifikament għal sistemi kontra l-vandaliżmu ġewwa s-siti tal-istess Aġenzija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li s-siti ta’ Heritage Malta b’mod generali ghandhom prezenza 24 siegha kuljum ta’ ufficjali tas-sigurta u/jew watchmen, filwaqt li f’dawk l-izjed importanti hemm ukoll cameras tas-sigurtà. L-ispiza totali f’sigurtà ghal din is-sena hija stmata li se tammonta ghal madwar €2 miljun, simili għal snin precedenti.
Heritage Malta – screens u projectors fil-Mużew tal-Gwerra
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li ta' spiss qed ikun hemm ħsara f'numru ta' screens u projectors ġewwa l-Mużew tal-Gwerra? Jista’ jgħid jekk Heritage Malta għandhiex pjan ta' kontinġenza jekk xi wieħed minn dawn l-apparat jieqaf jaħdem?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li huwa normali li jkun hemm ħsarat f’apparat teknoloġiku f’mużew li jagħmel ċerta emfasi fuq prezentazzjonijiet awdjovizivi. Ghaldaqstant Heritage Malta xtrat numru ta’ bozoz u partijiet ohra li ma ghandhomx hajja twila sabiex tkun tista’ tintervjeni malajr kemm jista’ jkun f’kaz ta’ hsarat bhal dawn.