Heritage Malta — Manager Conservation - job description
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-job description tal-manager conservation fi ħdan Heritage Malta? Jista' jikkonferma li din il-job description ġiet mgħoddija lill-persuna li qed tokkopa din l-pożizzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-post ta’ manager conservation ma jeżistix. Jeżisti senior conservator. Kopja tal-job description, li ngħatat lill-uffiċjal responsabbli, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Heritage Malta – proċedura għal ħruġ ta’ transfers interni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta għandhiex proċedura ta’ kif jinħarġu t-transfers interni? Jekk fil-pożittiv, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra din il-proċedura? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid għaliex transfers jingħataw bla proċedura stabbilita? Jista’ wkoll jgħid għaliex is-CEO jew l-Acting HR Manager ġieli joħroġ sejħa għal transfer u ġieli t-transfer jaqbad u jingħata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ċaqlieq intern ta’ impjegati ma jistax jiġi meqjus kollu l-istess, iżda kull każ għalih skond iċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu. Madanakollu dan dejjem isir skond l-esiġenzi u fl-aħjar interess tal-Aġenzija, sa mit-twaqqif ta’ Heritage Malta fl-2003.
Heritage Malta – self ta’ oġġetti mill-kollezzjoni nazzjonali għar-riċerka
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk riċerkaturi privati għandhomx il-faċilità li jisselfu oġġetti li jiffurmaw parti mill-kollezzjoni nazzjonali ta’ Heritage Malta għar-riċerka tagħhom? Jekk fil-pożittiv, hemm xi proċedura stabbilita u fil-każ jinfurmana biha?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li riċerkaturi privati għandhom biss permess li jistudjaw oġġetti waqt li jkunu fil-mużew, wara li jkun sar appuntament mal-kuratur rispettiv. Madanakollu dan ma japplikax għal specimens tal-kollezzjoni tal-istorja naturali, fejn hija prassi internazzjonali li specimens jitħallew joħorġu mill-mużew għal studji partikolari, u wara jiġu rritornati. Dan isir minħabba li jeżistu iżjed minn eżemplar wieħed ta’ ċerti specimens, u ovjament wara li jkunu ttieħdu l-prekawzjonijiet kollha tal-każ.
Heritage Malta – portable toilets fejn l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-CEO ta' Heritage Malta ta l-permess li jitqiegħdu portable toilets fuq il-bankina eżatt ħdejn il-bieb prinċipali tal-Ipoġew ta' Ħal Saflieni? Ma jaħsibx il-Ministru li b'hekk, naqqas l-aċċessibilità fuq il-bankina pubblika għall-persuni li jagħmlu użu ta' din iż-żona?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa obbligu legali li l-ħaddiema li jkunu qed jaħdmu f’xi sit ikollhom faċilitajiet bażiċi bħal dawn. Fl-Ipoġew ma kienx possibbli li l-mobile toilets jitpoġġew ġewwa minħabba x-xogħol infrastrutturali maġġuri li għaddej bħalissa permezz tal-proġett ko-finanzjat mill-Fondi Norveġiżi. Għalhekk dawn kellhom temporanjament jitpoġġew barra fl-uniku post possibbli – fuq il-bankina. Dan sar bil-permess tal-Kunsill Lokali.
Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li minn dak iż-żmien ’l hawn, peress li ċertu xogħlijiet fl-Ipoġew tlestew, il-
mobile toilets
imsemmija ddaħħlu ġewwa u probabbilment mhux se jerġa jkun hemm ħtieġa li jerġgħu jinħarġu barra.
Apparti l-proġett tal-Gozo Museum, li huwa proġett imwelled mill-Ministeru għal Għawdex, jista' l-Ministru jgħid xi proġetti kapitali Heritage Malta bdiet minn Marzu 2013 s’issa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-progett tal-Gozo Museum ġie kkonċeput u mwelled minn Heritage Malta, u qed jiġi amministrat bil-kollaborazzjoni tal-MGOZ.
Ninsab infurmat li minn Marzu 2013 sa issa Heritage Malta (minbarra li kkonkludiet għadd ta’ proġetti oħra) bdiet dawn il-progetti. Qed nillimita ruħi għall-proġetti maġġuri biss:
· Riabilitazzjoni tal-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni
· Riabiltazzjoni tal-Palazz tal-Granmastru
· Mużew tal-Arti ġdid (MUZA)
· Restawr tal-bitħa interna u tal-Grand Salon tal-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija
· Restawr tal-btieħi u facċċati tal-Palazz tal-Inkwiżitur
· Restawr tal-faċċati u turretti tal-Mużew Marittimu
· Restawr u rikostruzzjoni tal-Mitħna ta’ Kola
· Restawr tal-btieħi tal-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali
Barra minn hekk, ta’ min ifakkar ukoll lill-Onor. Interpellant li fl-istess żmien Heritage Malta kkonkludiet proġetti oħrajn maġġuri, fosthom Forti Sant’ Anġlu, Forti Sant’ Iermu, il-Katakombi ta’ San Pawl, it-Tempji ta’ Ħal Tarxien, it-Tempji tal-Ġgantija, u il-Katakombi ta’ Bistra.
New York u Pariġi – xogħol ta’ Valentin de Boulogne – persuni
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-individwu/i li akkumpanjaw (jew li se jakkumpanjaw) ix-xogħol ta' Valentin de Boulogne fit-triqithom lejn New York u Pariġi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fil-vjaġġ minn Malta għal New York il-pittura msemmija ġiet akkumpanjata mill-kuratur anzjan tal-Mużew tal-Arti, filwaqt li fil-vjaġġ minn New York għal Pariġi se tkun akkumpanjata mill-konservatur prinċipali tal-pitturi.
Jista' l-Ministru jgħid meta Heritage Malta se toħroġ il-post ta' Chief Curator? Jista' jgħid jekk kandidati bil-livelli ta' MQF 8 hux se jingħataw preferenza?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kariga msemmija timtela’ meta jkun il-waqt opportun skond l-esigenzi tal-agenzija, bil-kwalifiċi meħtieġa għall-pożizzjoni msemmija.
Heritage Malta — Seniro Executive, Priciple Curator/Conservator - time off in lieu
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema ta' Heritage Malta li huma fil-grad ta' Senior Executive, Principle Curator/Conservator humiex intitolati għal time off in lieu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-pożizzjoni ta’ Senior Executive, Principle Curator/Conservator ma tinkludix overtime u għalhekk dawk l-uffiċjali f’dawn il-pożizzjonijiet mhumiex intotolati għal time off in lieu.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex kien hemm numru ta' ħaddiema ta' Heritage Malta li lanqas biss ġew informati fuq l-iskema ġdida għall-istudenti li ġiet imnedija f'Settembru? Jista' jgħid għaliex din l-inizjattiva pożittiva ma ġietx ikkomunikata b'mod professjonali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ma jirriżultax li kien hemm xi impjegati ta’ Heritage Malta li ma kienux jafu b’din l-inizjattiva, li ġiet ikkomunikata fuq il-mezzi kollha tax-xandir.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27811, jista' l-Ministru jispjega għaliex fl-2015, inħarġet direct order għal Provision of Turnstiles and Data Barcode Readers - Fort St Elmo għal kumpanija waħda filwaqt li fl-2016, inħarġet direct order oħra għall-Provision of Supply of Turnstiles for Various HM Sites lill-kumpanija oħra? Jista' jgħid għaliex għaż-żewġ direct orders, ingħata r-raġuni ta' Sole supplier - compatibility with ticketing software?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Heritage Malta Bighi Head Office – problemi sanitarji
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10392, jista' l-Ministru jgħid jekk din is-sena kif ukoll fl-2015, Heritage Malta għamlitx testijiet (għal fini ta' saħħa u sigurtà tal-ħaddiema) fuq is-sistema tal-ilma ġewwa l-bini tal-Head Office f'Bighi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fis-sentejn imsemmija saru t-testijiet meħtieġa. Ir-riżultati juru li l-ilma hu tajjeb u bla problemi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il proprjetà Heritage Malta għandha ġewwa l-Belt Valletta li taqa' taħt ir-responsabilità tagħha u kemm minnha mhux qed tintuża? Jista' jelenka s-siti li qed jintużaw u dawk li mhumiex jintużaw?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li Heritage Malta fil-Belt Valletta ghandha il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, il-parti ta’ fuq ta’ Forti Sant’ Iermu, l-Armerija u l-Istate Rooms fil-Palazz tal-Granmastru, u l-Knisja tal-Pilar. Il-proprjetajiet kollha jintużaw.
L-ex Mużew Nazzjonali tal-Arti jinsab magħluq.
Heritage Malta – proċedura għal ħruġ ta’ transfers interni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta għandhiex proċedura ta’ kif jinħarġu t-transfers interni? Jekk fil-pożittiv, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra din il-proċedura? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid għaliex transfers jingħataw bla proċedura stabbilita? Jista’ wkoll jgħid għaliex is-CEO jew l-Acting HR Manager ġieli joħroġ sejħa għal transfer u ġieli t-transfer jaqbad u jingħata?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Heritage Malta – self ta’ oġġetti mill-kollezzjoni nazzjonali għar-riċerka
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk riċerkaturi privati għandhomx il-faċilità li jisselfu oġġetti li jiffurmaw parti mill-kollezzjoni nazzjonali ta’ Heritage Malta għar-riċerka tagħhom? Jekk fil-pożittiv, hemm xi proċedura stabbilita u fil-każ jinfurmana biha?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Heritage Malta – portable toilets fejn l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-CEO ta' Heritage Malta ta l-permess li jitqiegħdu portable toilets fuq il-bankina eżatt ħdejn il-bieb prinċipali tal-Ipoġew ta' Ħal Saflieni? Ma jaħsibx il-Ministru li b'hekk, naqqas l-aċċessibilità fuq il-bankina pubblika għall-persuni li jagħmlu użu ta' din iż-żona?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Apparti l-proġett tal-Gozo Museum, li huwa proġett imwelled mill-Ministeru għal Għawdex, jista' l-Ministru jgħid xi proġetti kapitali Heritage Malta bdiet minn Marzu 2013 s’issa?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Heritage Malta – komunikazzjoni mal-Gvern Ċentrali
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ħafna mill-komunikazzjoni ta' bejn il-Gvern Ċentrali u Heritage Malta qed issir direttament mill-uffiċċju tal-PPS fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mhux mis-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali? Jista' jikkonferma li Heritage Malta għadha taħt ir-responsabilità ta' dan il-Ministeru?
Response (BONNICI, OWEN)
Nikkoreġi l-impressjoni żbaljata li għandu l-Onor. Interpellant u nikkonferma li Heritage Malta tagħmel parti sħiħa mill-MJCL.
Nieħu l-opportunità li nirringrazzja lill-Principal Permanent Secretary tal-appoġġ b'saħħtu li jagħti lil Heritage Malta.
New York u Pariġi – xogħol ta’ Valentin de Boulogne – persuni
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-individwu/i li akkumpanjaw (jew li se jakkumpanjaw) ix-xogħol ta' Valentin de Boulogne fit-triqithom lejn New York u Pariġi?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Heritage Malta — Dipartiment jew Sezzjoni - elenku ta' impjegati
Question
Jista' l-Ministru jagħti elenku ta' impjegati li għandhom parentela ma' xulxin u saħansitra jaħdmu fl-istess Dipartiment jew Sezzjoni f'Heritage Malta? Jista' jinforma l-gradi li jinsabu fihom kull parentela?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoggi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti elenku ta' impjegati li għandhom parentela ma' xulxin u jaħdmu ġo Heritage Malta imma f'Dipartiment jew Sezzjoni Differenti? Jista' jinforma l-gradi li jinsabu fihom kull parentela?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba hija s-segwenti:
Coordinator Exhibitions, Design & Upkeep
Senior Clerk Visitor Services
Executive Fort St Elmo
Skilled Tradesman Exhibitions, Design & Upkeep
Senior Executive Estate management
Senior Clerk Visitor Services
Head Curatorial
Manager Finance
Curator Gozo
Manager Visitor Services
Executive Human Resources
Skilled Tradesman Projects