Legislature:
Category:
Reset
Active:

Anzjani — Karta anzjan

Question

Jista' il-Ministru jelenka kemm-il tip ta' karta anzjan differenti jeżistu u fl-istess waqt jgħid x'tip ta' vantaġġi/benefiċċji jeżistu ma kull waħda?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jeżistu żewġ tipi ta' Kartanzjan. Dawn huma Kartanzjan 60+ u Kartanzjan 75+. Il-benefiċċji fuq il-Kartanzjan 60+ huma roħs fuq it-trasport pubbliku, skontijiet fuq il-vapur t'Għawdex, roħs fuq il-biljetti ta' Tradefair u roħs fuq it-telefon (karta roża). Il-Kartanzjan 75+ qegħdha għal persuni li għalqu l-75 sena, għandhom l-istess konċessjonijiet u jiġu ppreferuti fil-queues fl-isptar u kliniċi tas-saħħa.

Sigurta' Soċjali — Pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid: 1) kemm hemm nies li qed jirċievu l-pensjoni ta' l-eta (old age pension) bħalissa; 2) kemm hemm nies li qed iħallsu l-NI bħalissa; 3) in-numru ta' tfal li twieldu f'dawn il-gżejjer kull sena, għal dawn l-aħħar għaxar snin; 4) x'kienet il-mortality rate għal dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena; 4) x'inhu l-ammont ta' NI miġbura sena b'sena, għal dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li n-numru ta' persuni li kienu qed jirċievu pensjoni ta' l-eta' mhux kontributorja (old age pension) f'Ġunju 2004, kien ta' 3,822. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija fir-rigward tas-snin mill-1994 sal-1997. B'seħħ mill-1 ta' Jannar 1998, ir-responsabbilta' għall-ġbir tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali għaddiet taħt il-Kummissarju tat-Taxxi Interni. Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-partijiet l-oħra tal-Mistoqsija lill-Ministri konċernati.

Sistema ta' welfare/pensjonijiet

Question

Jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapport dwar il-pensjonijiet/sistema tal-welfare li saru diversi riferenzi dwaru fil-media din il-ġimgħa, ikkummissjonat lill-World Bank mill-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma nħossx li dan ir-rapport għandu jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra għalissa, meta għadu qed jiġi diskuss bejn is-sħab soċjali.

Sistema tal-Welfare — Rapport dwar il-pensjonijiet

Question

Tista' il-Ministru bħala chairmanta' l-MCESD tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport dwar il-pensjonijiet / sistema tal-welfare li saru diversi referenzi dwaru fil-media din il-ġimgħa, ikkumisjonat lill-World Bank mill-Gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien miniex iċ-Chairperson tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, liema Kunsill jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Prim Ministru. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru.

Sptar Sir Paul Boffa — Shortage ta' garża sterile

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk hux veru li hemm shortage ta' garża sterile fl-ispiżerija u d-dipartiment tad-dermatoloġija fl-isptar Sir Paul Boffa bħalissa peress li preskrizzjoni nru A 766833 ma ġietx imsarrfa u l-pazjenti li jbati minn Hansen's disease ġie mogħti riċevuta to collect form minflokha? Jista' jara li l-oġġett daqshekk bażiku ma jiġiex out of stock mill-ispiżeriji tal-gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Clinic tal-'Hansen's Disease' fil-21 ta' April, il-garża kienet 'out of stock' fl-ispiżerija ta' l-Isptar Sir Paul Boffa. Fit-30 ta' April ġejna fornuti bil-garża mill-ġdid.

Sigurta' Soċjali — għajnuna soċjali

Question

Tista' il-Ministru tinformana jekk id-dipartiment tas-sigurta' soċjali hux qed ikun konformi ma' l-Artikolu 30(11) ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (KAP 318), meta jġiegħel mara separata tfittex lil żewġha għall-manteniment inkella tinqatalha l-għajnuna soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minbarra l-provedimenti ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali li għamel referenza għalihom, l-Att jipprovdi wkoll li persuna ma tistax iċċaħħad lilha nfisha minn mezzi ta' għixien, jew dħul ieħor biex tikkwalifika jew tieħu rata għola ta' Għajnuna Soċjali. A bażi ta' dawn l-aħħar provedimenti msemmija d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jesiġi li, f'każ ta' separazzjoni, l-persuna li tagħmel talba għall-Għajnuna Soċjali tieħu l-passi meħtieġa biex tirċievi l-manteniment dovut skond il-liġi.

Sigurta' Soċjali — Għajnuna soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħidilna jekk hux ġust meta d-dipartiment iwaqqaf l-għajnuna soċjali lil tfal li ommhom ma tistax tieħu passi legali kontra l-missier naturali tat-tali tfal li uffiċjalment (jiġifieri fir-reġistru pubbliku) il-missier ikun imniżżel bħala mhux magħruf? U f'dawn il-każi, kontra min legalment, tista' tieħu passi l-istess omm, biex tottjeni l-manteniment? Barra minn hekk, dawn il-każi ma jaqgħux taħt l-artiklu 30(11) ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (KAP 318)?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Biex jiġi stabbilit l-ammont ta' Għajnuna Soċjali dovut lil mara li jkollha tarbija, id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali hu fid-dover jieħu in konsiderazzjoni xi manteniment dovut minn missier it-tarbija. L-Onor. Interpellant jifhem li jkun hemm każijiet fejn, minkejja li l-paternita' tkun magħrufa, iċ-ċertifikat tat-twelid tat-tarbija jkun juri mod ieħor. Dan ma jfissirx li d-Dipartiment ma jħallasx Għajnuna Soċjali f'kull każ fejn iċ-ċertifikat tat-twelid ikun juri li l-missier mhux magħruf, iżda d-Direttur għandu l-obbligu li jinvestiga biex ikun sodisfatt li fil-fatt il-paternita' ma tkunx magħrufa u allura ma jkunx hemm xi manteniment dovut.

Sptar Sir Paul Boffa — Minoxidil 5% Lotion

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux veru li l-Minoxidil 5% Lotion huwa out of stock mill-ispiżerija ta' l-isptar Sir Paul Boffa peress li hemm pazjenti li ilu ma jingħatalhom saħansitra minn Diċembru 2003?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-mediċina Minoxidil 5% Lotion issa tinsab fl-ispiżerija ta' l-isptar Boffa.
Leg 10 PQ #5536 Sitting 127 2004-05-10 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Palazz tal-President — Tisjir fil-Kuridur quddiem l-Uffiċċju tal-Prim Ministru

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 4678 u ċioe' jgħid għaliex għadu ma ħax passi sabiex ma jsirx tisjir fil-kuridur tal-palazz tal-Parlament quddiem l-uffiċċju tal-Prim Ministru, liema intervent ta' tisjir qed jikkawża ħsarat lill-patrimonju tal-palazz partikolarment il-pittura u l-induratura?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li dan il-każ qiegħed jiġi investigat.

Awtorita' tad-djar — Bini ta' maisonettes

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika fejn qed jinbnew il-maisonettes mill-awtorita' tad-djar u meta hemm il-ħsieb li jitlestew u jinħarġu l-offerti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ tad-Djar qed tibni maisonettes fl-Imtarfa, Mosta, Pembroke u Żurrieq. Dawn mistennija jkunu lesti bejn Marzu 2004 u April 2005. Ta’ min jgħid li dawn il-maisonettes ma jinħarġux bl-offerta iżda bil-kondizzjonijiet applikabbli skond l-avviż relattiv li jiġi ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern.

Palazz tal-President — Tisjir fil-kuridur quddiem l-uffiċċju tal-prim ministru

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex għadu ma ħax passi sabiex ma jsirx tisjir fil-kuridur tal-palazz tal-Parlament quddiem l-uffiċċju tal-prim ministru, liema intervent ta' tisjir qed jikkawża ħsarat lill-patrimonju tal-palazz partikolarment il-pittura u l-induratura?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, u it-tweġiba tingħata iktar il-quddiem.

Santa Luċija — Servizz ta' drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex is-servizz ta' drenaġġ għadu ma ngħatax lil numru kbir ta' intrapriżi żgħar u mdaqqsin li jinsabu f'Tarxien Road, Gudja/Santa Luċija u Triq il-Qoton, Santa Luċija (fejn il-Guttenberg Press)? Jaf li hemm intrapriża li timpjega diġa' 75 ħaddiema u dalwaqt se tikber iktar biex timpjega 100 ħaddiem u li dawn il-kumpannija qed ikollhom iħallsu flejjes kbar biex jeħilsu mill-waste tagħhom? Fid-dawl tal-kampanja li qed issir minn naħa tal-Gvern biex jitnaqqas il-burokraija għal dawn it-tip ta' intrapriżi, jista' il-Ministru jinformana meta se jingħata s-servizz ta' drenaġġ lil dawn l-intrapriżi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-estensjoni tad-drenaġġ f'din l-area għalissa mhix fil-lista ta' prijoritajiet tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma. Naturalment, din mhix kwestjoni ta' burokrazija iżda ta' allokazzjoni ta' riżorsi finanzjarji li hemm biex isir dan it-tip ta' xogħol.

Malta Shipbuilding — Xogħol ta' bagi tal-Blue water

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru sigħat ta' overtime fuq ix-xogħol ta' bagi tal-Blue water mit-8 ta' Novembru, 2003 sal-lum? Xi profitt se tagħmel il-Malta Shipbuilding fuq l-imsemmi proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Id-dettalji tal-overtime maħdum fuq proġett partikulari u l-profitti ma jistgħux jingħataw għal raġunijiet kummerċjali.
Leg 10 PQ #4105 Sitting 98 2004-02-02 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

ETC — Chief executive officers

Question

Jista' il-Ministru jgħid b'mod separat kemm-il darba siefru fuq xogħol tal-ETC iċ-chief executive officer u d-deputy chief executive officer, kemm qattgħu ġranet imsiefrin u kemm irċevew subsistence allowance matul kull safra, bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2001, l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2002 u l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2003?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 10 PQ #3844 Sitting 91 2004-01-26 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Mediċini

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-Aredia (biphosphonate injection) hux qegħda tingħata b'xejn fl-isptar San Luqa llum il-ġurnata? Jekk fl-affermattiv jista' il-Ministru jgħid x'inhuma dawk il-kundizzjonijiet mediċi li jagħmlu pazjent jew pazjenta eliġibbli għaliha, u jekk hemmx xi klassijiet ta' pazjenti li huma preklużi milli jirċievu dan it-tip ta' trattament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li Disodium pamidronate (Aredia) qegħda tingħata b'xejn mid-Dipartiment tas-Saħħa għal dawk il-pazjenti li jsofru minn Paget's Disease, pazjenti li għandhom kanċer mifrux fl-għadam, pazjenti li qed isofru minn hypercalcaemia (malignant jew non-malignant), kif ukoll pazjenti li għandhom osteoporosis li hija dovuta għal xi marda li taqa' fil-lista ta' Schedule V jew mit-trattament tagħha. Pazjenti li għandhom idiopathic osteoporosis ma humiex eliġibbli għal din il-mediċina.

Santa Luċija — Inorganic waste separation unit

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk hemmx applikazzjoni quddiem il-MEPA li tirrigwardja l-iżvilupp ta' inorganic waste separation unit fil-limiti ta' Santa Luċija? Jekk fl-affermattiv f'liema stadju waslet din l-applikazzjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar irċeviet applikazzjoni numru PA 6268/03, li tirrigwarda żvilupp ta’ Inorganic Waste Separation Unit (To construct inorganic waste separation unit and to sanction soil removal and boundary wall height), imma fil-limiti tal-Gudja, mhux fil-limiti ta Santa Lucia kif hemm fil-mistoqsija. Il-Kunsill Lokali ta' Sta Lucia ġie kkonsultat ukoll. L-applikazzjoni għaddejja minn fażi ta' konsultazzjoni esterna.
Leg 10 PQ #3846 Sitting 91 2004-01-26 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Learning Centre — Design and Technology - Administrators

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm nies bħala administrators fil-learning centre tad-Design and Technology li hemm in-Naxxar? Jista' il-Ministru jispeċifika eżattament x'inhu x-xogħol li qiegħed isir minn dawn in-nies?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kap li qed imexxi id-Design and Technology Learning Centre huwa wieħed biss u dan huwa l-Education Officer ta' dan is-suġġett.

PBS — Pubblikazzjoni ta' stqarrijiet mill-partiti politiċi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3334 dwar stqarrijiet pubblikati mill-PBS maħruġa mill-PN u mill-MLP separatament, jista' il-Ministru jwieġeb għall-perijodu mill-elezzjoni 2003 'il hawn?

Response (GATT, AUSTIN)

Fil-perjodu ta' bejn l-14 ta' April, 2003, u t-30 ta' Novembru, 2003, fl-Aħbarijiet taċ-Ċentru tal-Aħbarijiet ixxandru total ta' 141 stqarrija taz-żewġ partiti politiċi msemmija. Dawn kienu mqassmin kif ġej - Partit Nazzjonalista 15 Partit Laburista 126
Leg 10 PQ #3392 Sitting 76 2003-12-10 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

ETC — Training executives

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandha training executives impjegati magħha l-ETC? Min huma? Xi kwalifiki għandhom separatament? X'inhuma r-responsabbiltajiet tagħhom? X'inhi l-iskala li tikkorrispondi mac-civil tas-salarji tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Fid-Diviżjoni tat-Taħriġ, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ timpjega 3 Senior Executives u 11 il-Executive. Il-kwalifiki li għandhom kif ukoll ir-responsabbilitajiet tagħhom qed jidhru hawn taħt: Il-kwalifiki ta’ 3 Senior Executives ivvarjaw minn Master Degree (MSc) Training and HRM, Diploma in Adult Education, Diploma in Personnel Management u Certificate in Training and Development. Ir-responsabbilitajiet ta dawn jinkludu: § L-amministrazzjoni ta’ apprendistati § Regulation 13 & 14 tal-Business Promotion Act § Trade testing ta’ apprendisti u kif ukoll ta’ dawk li jixtieq li l-ħiliet tagħhom jiġu rikkonoxxuti (Certificate of Competence). § Traineeship Scheme § INT Scheme (Ibda Negozju Tieg[ek) § Small Business Management Programmes § One Day Computer Courses. § L-amministrazzjoni ta’ trade u non-trade (office related) short courses § NIFTE (Night Institute for Further Technical Education). Is- salarju ta’ Senior Executives ivvarja bejn Lm 7,107 u Lm 7,507. Fl-istess diviżjoni, il-Korporazzjoni timpjega 11 Executive. Il-kwalifiki tal-5 training executives li qegħdin impjegati fis-sezzjoni ta’ apprendistat jinkludu fost oħrajn, Diploma in Management Studies, 1st Degree BA Youth and Community Studies, Diploma in Training & Development, Diploma in Sales Management and Marketing, Certificate in Training Practice, Diploma in Business Management/Administration, Journeyman’s Certificate, City and Guilds u Motor Vehicle Technician Part 3. Ir-responsabbilitajiet ta' dawn jinkludu: § L-amministrazzjoni ta’ Regulation 13 & 14 tal-Business Promotion Act § Monitoring ta’ dawk li qegħdin fl-iskema ta’ ETPS § Monitoring, placements u trade testing ta’ apprendisti. Il-Korporazzjoni timpjega 4 training executives fis-sezzjoni ta’ short courses, il-kwalifiki ta’ dawn jinkludu 1st Degree Theology & Human Studies, Diploma in Management Studies, Diploma in Industrial Electronics, Diploma in Public Administration, Journeyman’s Certificate u ċertifikati oħra. Ir-responsabbilitajiet ta’ dawn jinkludu: § L-organizzazzjoni ta’ programmi fis-snajja u oħrajn relatati ma’ xogħol klerikali, programmi f’ħiliet bażiċi, literacy, Information Technology (Computer), programmi fl-oqsma tal-caring u oħrajn. § L-organizzazzjoni ta’ programmi ta’ NIFTE (Night Institute for Further Technical Education) li jinkludu ħiliet tekniċi kif ukoll maniġerjali. Barra dawn il-Korporazzjoni timpjega 2 training executives li għandhom kwalifiki simili ta’ dawk imsemmija. Ir-responsabbilitajiet ta’ dawn inkludu fost oħrajn: § L-amministrazzjoni ta’ iskema ta’ INT (Ibda Negozju Tieg[ek) § L-amministrazzjoni ta’ Traineeship Schemes § L-organizzazzjoni ta’ programmi ta’ taħriġ dwar Small Business Management u kif ukoll responsabbli mill-organizzazzjoni ta’ One Day Computer Courses. Is-salarju ta’ Executives impjegati mall-Korporazzjoni ivvarja bejn Lm5,611 u Lm6,595.
Leg 10 PQ #3393 Sitting 76 2003-12-10 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

TAS/ESTS — Studenti fuq skemi ta' apprendistat

Question

Jista' il-Ministru jghid kemm hemm studenti li qegħdin fuq skemi ta' apprendistat fit-TAS u l-ESTS separatament? Kemm minn dawn gew megħjuna jinstabilhom sponsor mill-ETC stess u kemm minnhom ma nstabilhomx sponsorship? Kemm minn dawk li ma nstabilhomx sponsorship irnexxielhom isibuh waħedhom, u dawk li ma sabux sponsorship gew rifjutati li joqogħdu għall-kors?

Response (GALEA, LOUIS)

Sa l-aħħar ta’ Novembru ta’ l-2003 kien hemm 862 apprendist fl-iskema ta’ TAS u 867 apprendist fl-iskema ta’ l-ESTS. L-apprendisti mhux kollha jkunu eleġibbli għall-placement fl-istess żmien. Minn dawk in-numru ta’ apprendisti li preżentament huma eleġibbli għall-placement (sa’ l-aħar ta’ Novembru t-total ta’ dawn kien 934), 54 apprendist għad ma nstabilhomx placement. Il-placement huwa primarjament responsabbilita’ tal-Korporazzjoni izda li minn naħa tagħha ma sib l-ebda oġġezzjoni li l-apprendisti jieħdu din l-inizjattiva huma minn jeddhom. Għaldaqstant f’dawn iċ-ċirkostanzi ma tistax tgħid kemm jew min huma dawk l-apprendisti li sabu sponsorship weħidhom. Wieħed irrid jinnota li preżentament in-numru ta’ persuni li jistgħu jipparteċipaw f’dawn l-iskemi mhux marbut ma’ numru ta’ postijiet ta’ taħriġ/xogħol li huma disponibbli fis-suq tax-xogħol.