Jista' il-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar sitt snin, mill-1998 'il hawn, l-ETC mingħand min xtrat il-biljetti ta' l-ajru li ntużaw għas-safar ta' l-uffiċjali tagħha?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-impjegati li hemm fid-drama unit? Jista' jispeċifika jekk dawn humiex full-timers jew konsulenti? Jista' jelenka min huma l-membri tal-bord tad-drama unit u jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (GALEA, LOUIS)
Id-Drama Unit hi sezzjoni fi ħdan id-Dipartiment tal-Kurrikulu tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Fi ħdan il-Unit hemm Uffiċjal Edukattiv li jmexxi l-Unit. Hemm ukoll Subject Co-ordinator u tmintax-il għalliem regolari. Fil-Unit jaħdmu wkoll instructor III, skrivan, postperson, li qed taħdem b'sigħat imnaqqsa u support worker li tagħmel xogħol ta' tindif.
Ma nafx għal liema Bord qed jirreferi l-Interpellant. L-għalliema li jaħdmu f'dan il-Unit huma kollha Regolari u ġew mill-iskejjel qabel ma bdew jaħdmu mad-Drama Unit. Dawn ma jaħdmux fuq bażi ta' kuntratt.
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-ETC fil-fatt xtratx biljetti ta' l-ajru minn aġenziji ta' l-ivvjaġġar privati, kemm swew dawn il-biljetti u f'liema dati nqatgħu? Liema kienet jew kienu l-aġenziji li ntużaw? Tista' din l-informazzjoni tingħata għal dawn l-aħħar sitt snin?
Response (GALEA, LOUIS)
Dwar l-aġenziji privati ta' l-ivvjaġar li intużaw nirreferi għat-tweġiba għal Mistoqsija 8856.
Dwar il-partijiet l-oħra tal-Mistoqsija kemm swew il-biljetti u fl-liema dati fuq firxa ta' sitt snin, naħseb li l-Onor. Membru japprezza d-diffikulta u l-ħin biex jinġabar dan it-tagħrif.
Tista' il-Ministru telenka liema huma l-iskemi kollha li toffri l-awtorita' tad-djar u d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali u tiddeskrivi fiex jikkonsistu? Tista' tgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet validi għal kull skema matul dawn l-aħħar ħames snin u kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew esegwiti/moqdija, skema skema u sena b'sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar l-iskemi eżistenti ta' l-Awtorita' tad-Djar hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma joffrix skemi.
Jista' il-Ministru jintervjeni sabiex tissolva problema li nħolqot fir-rotta 15 ta' Santa Luċija, fejn issa wara l-l0.00 a.m. ir-rotta 15 qed tiġi mdawwra għal 115 u b'hekk il-karozzi tal-linja minflok qed jitilqu minn Santa Luċija qed jitilqu minn Birżebbuga u sakemm jaslu Santa Luċija diġa' ikunu mimlijin, għad-detriment tar-residenti ta' Santa Luċija li ta' spiss qed jitħallew l-art? Jistgħu jittieħdu passi mill-aktar fis peress li qabel kien ikun hemm venda filgħodu f'Neighbourhood 2 li issa spiċċat, u għaldaqstant m'għadux ikun hemm karozzi vojta filgħodu meta f'dan il-ħin id-domanda għat-trasport pubbliku tkun kbira ħafna?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi mill-informazzjoni li qed tinġabar wara l-istħarriġ li sar fit-tieni ġimgħa tal-bidu ta’ l-operat ta’ dan is-servizz, ma kienx irriżulta illi ir-rotta 115 qed tkun mimlija wara l-10.00 ta’ filgħodu. Madankollu, l-Awtorita ser tagħmel stħarriġ ġdid rigward din ir-rotta.
Il-venda ta’ filgħodu f’ Neighbourhood 2 għadha qed tiġi operata sa l-10.00 ta’ filgħodu, għaldaqstant ikun hemm l-karozzi tal-linja neċessarji. Wieħed irid jinnota illi qabel ma ġie introdott is-servizz l-ġdid, l-venda xorta kienet topera jiġifieri sa l-10.00 ta’ filgħodu. Dan għaliex wara l-10.00 ta’ filgħodu ir-rotta kienet taħdem fuq bażi ċirkulari.
Bl-introduzzjoni tas-servizz l-ġdid l-passiġġier qed ikollu aċċess li jmur minn u lejn Birżebbuġia.
Peress li f'Avviż Legali 259 ta' Mejju li għadda hemm stipulati r-rati l-ġodda ta' tnaqqis mill-pensjoni ta' dawk l-anzjani rikoverati fi sptarijiet tal-gvern jew djar ta' l-anzjani, u peress li dawk l-anzjani li tpoġġew f'kategorija 2 ta' livell ta' trattament, jista' il-Ministru jivverifika/jeskludi jekk hux minnu li dawk l-anzjani rikoverati f'San Vincenz de Paule mhumiex se jiġu klassifikati f'din il-kategorija awtomatikament u irrispettivament mil-livel ta' kura li jkunu qegħdin jingħataw?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Iterpellant li r-residenti ta' San Vinċenz de Paul huma kollha kklassifikati bħala kategorija tat-tieni (2) livel.
Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li bħalissa m'hemmx dawl fil-partijiet komuni (kuriduri) ta' Block B, Flats Indipendenza, Triq Maria de Domenicis, Santa Luċija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li minn spezzjoni li saret fuq il-post irriżulta li d-dawl fil-partijiet komuni tal-blokk indikat inqata' għax ma tħallsux il-kontijiet u mhux għax hemm xi ħsarat fis-sistema.
Ta' Qali — Potato Grading Station - asbestos fl-arja
Question
Jista' il-Ministru jinvestiga jekk l-ammont ta' asbestos fl-arja fil-Potato Grading Station li ħiereġ mis-soqfa ta' l-asbestos li hemm fil-grading station stess, huwiex tant għoli li l-ħaddiema tal-plant health section ittieħdu l-pitkalija f'Ta' Qali bħala prekawzjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-ħaddiema ntbagħtu jaħdmu f' post alternattiv sakemm is-sitwazzjoni qed tkun eżaminata.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inġabru flus f'NI contributions, sena b'sena, mill-1/1/98 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ flus miġbura f’NI contributions mill-1 ta’ Jannar 1998 sa Awissu 2004 huwa kif indikat fit-tabella annessa.
(Tweġiba mogħtija: 13/10/2004PM)
(Seduta Numru: 172)
Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li fi ħdan l-ETC se jiġi vakat il-post ta' Senior Executive Human Resources u minfloku se jiġi kkreat post ta' Acting Human Resources Manager fl-istess dipartiment ta' l-ETC? Jekk dan huwa minnu, se ssir call for applications? X'rekwiżiti (esperjenza u kwalifiki) hemm maħsubin għal dan il-post?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ma hemm ebda ħsieb li jiġi kkreat post ta' Acting Human Resources Manager ffl-ETC.
Dipartiment tal-Psikjatrija — Part-time Social Worker
Question
Jista' il-Ministru jgħid għalfejn ġiet meħuda deċiżjoni mid-dipartiment tal-psikjatrija biex is-servizz ta' part-time social worker jiġi terminat u dawk it-tfal li kellhom appuntamenti pendenti għal dan is-servizz spiċċaw bla follow-up appointment?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-part-time social worker ġiet imwaqqfa biex is-servizz li kienet tagħti jibda jingħata minn social worker ieħor li huwa mpjegat full-time ta' l-Isptar Monte Carmeli.
Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-kuntratt li ffirmaw l-ex ħaddiema tat-Tarzna/Shipbuilding obbligawx ruħhom li jridu jew ma jridux ikollhom imorru jaħdmu ta' bilfors ma' entitajiet privati?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal dak li hemm miftiehem fil-ftehim bejn il-Gvern u l-GWU, u cioe,
"(f) Ix-Xogħol li jista' jkun identifikat ser ikun
(i) mal-gvern stess
(ii) ma' entitajiet tal-Gvern inklużi Kunsilli Lokali
(iii) ma' PPP eżistenti jew ġodda
(iv) mal-Privat fuq bażi volontarju jew wara konsultazzjoni effettiva mal-Unions."
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm twieldu trabi fil-gżejjer Maltin, sena b'sena, għal dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fir-Reġistru Pubbliku ma tinżammx statistika tat-tagħrif kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Din l-informazzjoni toħroġ mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika li ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi. Madanakollu dawn infurmawni li n-numru ta' "live births" fil-Gżejjer Maltin, sena b'sena, għal dawn l-aħħar għaxar snin kien kif ġej:-
Sena Numru
1994 4,826
1995 4,613
1996 4,944
1997 4,835
1998 4,488
1999 4,308
2000 4,255
2001 3,859
2002 3,805
2003 3,902
Uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika — Popolazzjoni
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tgħodd il-popolazzjoni fil-gżejjer Maltin u Għawdxin preżentement?
Jista' jingħata breakdown skond is-sessi u l-age groups (maqbudin għaxar snin għaxar snin mit-twelid sa l-eta' ta' 80 sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab fit-tabelli 3A u 3B. It-total tal-popolazzjoni jinkludi anke barranin li kienu qed jgħixu Malta sal-31 ta’ Diċembru 2003.
Dipartiment tat-taxxi interni — Ħlas ta' NI contributions
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm nies li qed iħallsu NI contributions bħalissa? Kemm hemm kategoriji differenti ta' NI? Kemm hemm nies f'kull kategorija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni li ħallsu l-kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali matul is-sena 2003 huwa dan:
Self-Employed 19,371
Impjegati 128,329
Għar-rigward ta’ kategoriji differenti, it-tagħrif jinstab fil-website tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni. Ninforma wkoll li d-Dipartiment ma jżommx record tan-nies li hemm f’kull kategorija.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-kera residenzjali ta' l-inkwilin li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ġiet riveduta u miżjuda minn Lm34 għal Lm51 fis-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi s-sussidju fuq il-kera tal-post indikat inħadem sewwa skond il-kuntratt iffirmat mill-inkwilin meta ngħata l-post.
Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-kuntratt li ffirmaw l-ex ħaddiema tat-Tarzna/Shipbuilding obbligawx ruħhom li jridu jew ma jridux ikollhom imorru jaħdmu ta' bilfors ma' entitajiet privati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex Triq il-Palazz u s-service road ta' biswit Vjal it-Torri, Gudja mhux se jiġu mogħtija t-tarmac bħal kumplament tat-toroq fl-area Tax-Xlejli? Jidhirlu li jkun aħjar li dan il-proġett li ilu mistenni ħafna snin jitlesta darba għal dejjem?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab informat illi kien sar ftehim bejn il-kunsill lokali tal-Gudja u l-Awtorita' dwar it-Trasport sabiex ikunu jistgħu jsiru diversi toroq fil-lokalita' li huma ta' priorita' għall-kunsill, sabiex dawn isiru mill-fondi tal-kunsill lokali bil-patt li l-ispejjeż jitħallsu lura mill-awtorita' f'perijodu ta tlett snin.
It-toroq stabbiliti mill-kunsill lokali tal-Gudja kienu Triq il-Barunessa, Triq ix-Xlejli, Trejqet H. Pigot, Triq iż-Żogħżija, Triq dorellu Triq il-Markiża.
Fir-rigward ta' toroq oħra fil-lokalita', dawn ikunu jistgħu jsiru aktar 'il quddiem skond il-bżonn.