Legislature:
Category:
Reset
Active:

ETC — Rapport

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta r-rapport dettaljat ta' kull xahar tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ minn Lulju sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti hekk imsejħa 'Internal Statistics' tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ għax-xhur ta' Lulju, Awissu u Settembru 1998. Nippresumi li dawn huma d-dokumenti li qed jitlob l-Onor. Membru. 24.11.98

ETC — Qtugħ mir-reġistru

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni li nqatgħu mir-reġistrar xahar b'xahar f'Awissu, Settembru u Ottubru 1998 u r-raġuni li għaliha nqatgħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni li nqatgħu mir-reġistrar xahar b'xahar f'Awissu, Settembru u Ottubru kien 13, 42 u 57 rispettivament. Ir-raġuni għaliex inqatgħu hi kif ġej: AWISSU SETTEMBRU OTTUBRU ------ --------- ------- M'accettawx impieg 3 1 15 M'attendewx taħriġ 5 12 1 Jirreġistraw u jaħdmu 5 13 38 M'attendewx għal intervista - 16 3 TOTAL 13 42 57 24.11.98

ETC — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet minn uffiċjali tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ xahar b'xahar f'Awissu, Settembru u Ottubru 1998?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-ispezzjonijiet li saru mill-uffiċjali tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ f'Awissu 1998, Settembru 1998 u Ottubru 1998 kienu 589; 242; 978 rispettivament. 24.11.98

ETC — Impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li nstabilhom xogħol mill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ xahar b'xahar f'Awissu, Settembru u Ottubru 1998? Jista' l-Ministru jgħid ukoll f'liema settur dawn il-ħaddiema ġodda ġew impjegati, jekk hux mas-settur pubbliku, settur privat eċċ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni li nstabilhom xogħol mill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ xahar b'xahar f'Awissu, Settembru u Ottubru u f'liema settur hu kif ġej: XAHAR SETTUR PRIVAT** SETTUR PUBBLIKU TOTAL _____ _____________ _______________ _____ Awissu 78 31 109 Settembru 72 20 92 Ottubru 154 71* 225 * Nota: Mill-71 persuna li jidhru li ġew impjegati fis-settur pubbliku matul ix-xahar t'Ottubru jirriżulta li: 19 (loaders/cleaners) bdew jaħdmu matul Ġunju u Lulju 6 (clerks) bdew jaħdmu matul Mejju, Ġunju u Lulju 16 (stewards/stewardesses) bdew jaħdmu matul Lulju u Awissu Feedback mill-Air Malta dwar dawn il-41 impiegi temporanji tas-Sajf waslet matul ix-xahar t'Ottubru. **Jinkludi Hal Far/Job Centre/Għawdes - Full/Part Time. 24.11.98

ETC — School leavers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm bdew jirreġistraw school leavers mal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ xahar b'xahar f'Awissu, Settembru u Ottubru, 1998?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' 'school leavers' li bdew jirreġistraw mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ xahar b'xahar f'Awissu, Settembru u Ottubru hu kif ġej: Awissu 113 Settembru 93 Ottubru 121 24.11.98

Health & Safety Unit — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm spezzjonijiet għamlet il-Health and Safety Unit fix-xhur ta' Awissu, Settembru u Ottubru 1998? X'kienet in-natura tal-periklu li ġie osservat fil-postijiet li ġew spezzjonati u kemm persuni jew azjendi ttellgħu l-Qorti, jekk kien il-każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' spezzjonijiet li saru minn Spetturi tas-Saħħa u Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol matul ix-xhur imsemmija huwa kif ġej: Awissu: 51 Settembru: 47 Ottubru: 46 Kif diġa kien spjegat fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 62, irriżulta lill-Ispetturi fil-maġġor parti assoluta tal-ispezzjonijiet li saru, li kienu jeżistu nuqqasijiet fil-ħarsien tas-saħħa u sigurta', liema nuqqasijiet l-'employers' kienu ordnati jirremedjaw. Minħabba n-numru kbir u minħabba d-diversita' ta' provedimenti leġiżlattivi li jeżistu, ma tinżammx statistika ta' liema minn dawn il-provvedimenti jkunu qed jinkisru. Peress li persuna li tirċievi ordni mingħand Spettur tingħata wkoll iċ-ċans u ż-żmien li tirrimedja s-sitwazzjoni qabel tiġi mħarrka, għad mhux magħruf in-numru ta' persuni li ser jittieħdu passi fil-Qorti kontrihom bħala riżultat ta' xi nuqqasijiet li ġew identifikati fl-azjendi tagħhom. 23.11.98

Dipartiment tax-Xogħol — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika dwar in-numru ta' spezzjonijiet li saru mid-Dipartiment tax-Xogħol xahar b'xahar f'Awissu, Settembru u Ottubru 1998 u x'kien ir-riżultat f'dawn il-każi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed nagħti tagħrif dwar l-ispezzjonijiet li saru mis-Sezzjoni tal-Inspectorate u Enforcement tad-Dipartiment tax-Xogħol. 1998 Spezzjonijiet Irregolaritajiet Claims Valur Tressqu maħruga Lm il-Qorti Awwissu 68 49 20 7,747 3 Settembru 116 65 29 14,030 9 Ottubru 72 39 30 28,367 6 23.11.98

Dipartiment tax-Xogħol — Pjanijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkompli jaħdem fuq dak li bdiet tagħmel l-amministrazzjoni Laburista wara li sar ir-rapport dwar il-qagħda tad-Dipartiment tax-Xogħol? Jekk le, jista' l-Ministru jagħti ħjiel dwar xi pjanijiet għandu biex jerġa' jagħti r-ruħ lil dan id-Dipartiment li għad għandu funzjonijiet siewja għaż-żmenijiet ta' llum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ir-rapport li qed jirreferi għaliħ l-Onor. Membru kien ġie ppreżentat lill-Amministrazzjoni preċedenti f'Lulju ta' l-1997 u, sa l-Elezzjoni ta' Settembru 1998, jiġifieri aktar minn sena wara, ma jidher li kien sar proprju xejn dwaru. Iva, din l-Amministrazzjoni temmen li d-Dipartiment tax-Xogħol hemm bżonn li jingħata r-ruħ u jiġi ri-organiżżat. Ċertament dak li għadu validu fir-rapport imsemmi mill-Onor. Membru jingħata konsiderazzjoni xierqa. 23.11.98

ETC — Reġistrar

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika tan-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq it-tieni u t-tielet parti tar-reġistru, separatament u kemm minnhom kienu nisa fix-xhur Awissu, Settembru u Ottubru 1998?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol, fuq it-tieni parti tar-reġistru, fix-xahar ta' Awissu 1998, kien ta' 475. Minn dawn 127 kienu nisa. Filwaqt li n-numru ta'persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq it-tielet parti tar-reġistru, fix-xahar ta' Awissu 1998, kien ta' 398. Minn dawn 82 kienu nisa. In-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol, fuq it-tieni parti tar-reġistru, fix-xahar ta' Settembru 1998, kien ta' 464. Minn dawn 126 kienu nisa. Filwaqt li n-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq it-tielet parti tar-reġistru, fix-xahar ta' Settembru 1998, kien ta' 440. Minn dawn 84 kienu nisa. L-aħħar figuri ppublikati huma ta' Settembru 1998. 23.11.98

ETC — Reġistrar

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-istatistika tal-persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel parti, u kemm minnhom kienu nisa fix-xhur Awissu, Settembru u Ottubru 1998?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fl-aħħar ta' Awissu 1998, in-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel parti, kien ta' 7,111. Minn dawn 1,106 kienu nisa. Fl-aħħar ta' Settembru 1998, in-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel parti kien ta' 7,184. Minn dawn l,053 kienu nisa. L-aħħar figuri ppublikati huma ta' Settembru 1998. 23.11.98

ETC — Gradwati u Professjonisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm gradwati u professjonisti jirreġistraw għax-xogħol fix-xhur ta' Awissu, Settembru u Ottubru 1998, u x'inhi l-professjoni tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni professjonisti li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fix-xhur ta' Awissu u Settembru 1998 kien hekk: Professjonisti Awissu Settembru 1998 1998 Accountants 5 6 Auditors 2 1 Chemists 2 3 Computer systems, designers and analysts 0 0 Computing professionals not classified 1 1 Economists 1 0 Engineer electronics & telecommunications 1 1 Engineer electrical 1 1 Engineer mechanical 3 4 Pharmacists 21 11 Philosophers, Historian & Political Sciences 1 1 Physiotherapists and related associates professionals 1 1 Psychologist associate professional 3 2 Psychologists 3 1 Radiographer 2 1 Secondary education teaching professionals 2 1 Social work associate professionals 6 4 Social work professionals 1 0 Sociologists, Anthropologists and others 1 2 TOTAL 57 41 23.11.98

Sigurta' Soċjali — Għajnuna soċjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni separati li qed jirċievu l-għajnuna soċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-kriterju għad-dritt ta' l-Għajnuna Soċjali hu marbut mal-mezzi, u n-numru ta' persuni fil-familja. L-istat ċivili ta' min jagħmel it-talba ma għandu ebda riflessjoni fl-eliġibilta' għal din l-Għajnuna. Jidher li sallum ma nħassitx il-ħtieġa li tinżamm statistika separata li turi jekk dawk li japplikaw għall-Għajnuna Soċjali humiex persuni separati. 18.11.98

Persuni romol — Tfal ta]t is-16-il sena

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni romol li għad għandhom ulied taħt is-16-il sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' romol li jirċievu Pensjoni għar-Romol taħt l-iskema kontributorja, u li għad għandhom tfal taħt is-sittax il-sena huwa ta' 598. 18.ll.98

Pensjoni — Pensjoni tas-Servizzi

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni li gawdew mill-iskema tal-Pensjoni tas-Servizzi kif mogħtija mill-Gvern Laburista? Jista' jgħid x'kienet in-nefqa u kemm għad hemm persuni li għadhom ma gawdewx minn din l-iskema? Jista' jgħid ukoll meta se jitħallsu dawn il-każi li għad hemm pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Rigward Mistoqsija Parlamentari Nru. 1096 l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru qed tinġabar u għalhekk Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra. 18.11.98

Social workers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li joħorġu applikazzjonijiet għal social workers? Hemm xi pjanijiet biex is-social workers li hemm fid-dikasteru tiegħu jingħataw korsijiet ta' refresher courses?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nieħu pjaċir ninforma lill-Onor. Membru li, wara t-taqtiegħ ta' qalb li kellha tgħaddi minnu l-Aġenzija 'Social Welfare Development Programme' minħabba r-riżorsi finanzjarji limitati li kien allokalha l-Gvern preċedenti għas-sena 1998 u wara li din il-problem ġiet rimedjata mill-Amministrazzjoni preżenti, diġa tajt l-awtorita' sabiex l-SWDP tkun tista' tingaġġa numru ta' 'Social Workers'. Huwa ppjanat ukoll li, fil-ġejjieni qarib, id-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja joħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili ta' postijiet ta' 'Social Worker'. 'Refresher courses' għas-'Social Workers' isiru fuq bażi regolari. 17.11.98

Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżommu milli jressaq il-Liġi li kien diġa' sar l-ewwel qari tagħha, jiġifieri Opportunitajiet Indaqs (persuni b'diżabilita') fil-Parlament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nassigura lill-Onor. Interpellant li dan il-Gvern mhux ser jagħmel bħal Gvern preċedenti u jaħli sentejn biex iġib din il-liġi quddiem il-Parlament. Bhalissa qed jitħejja dak kollox li hemm bżonn biex l-abbozz jitressaq qabel l-aħħar ta' din is-sena. 17.11.98

Liġijiet taċ-CERA/IRA

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol qiegħed isir sabiex jiġi ffinalizzat ix-xogħol ta' l-amministrazzjoni Laburista dwar l-emendi fil-liġijiet taċ-CERA u l-IRA? Jista' jagħti indikazzjoni ta' meta beħsiebu jressaq dawn iż-żewġ liġijiet għall-ewwel qari fil-Parlament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet dwar tibdil fil-Liġi dwar ir-relazzjonijiet industrijali u fiċ-Ċera, ilhom li bdew minn żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista ta' qabel l-1996. Kif kelli l-okkażjoni li ngħid pubblikament, dan il-Gvern hu determinat li jwassal dawn id-diskussjonijiet għal konklużjoni b'abbozz ta' Liġi li jitressaq għad-diskussjoni quddiem dan il-Parlament. Tlabt lill-imsieħba soċjali miġbura fl-MCED, biex jibgħatuli l-proposti konkreti tagħhom. 17.11.98

Għawdex — Sezzjoni tal-mard

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar is-sezzjoni tal-ħlasijiet tal-mard li qegħda titħaddem mid-Dipartiment f'Għawdex, u meta se tiġi up-to-date u dawk li jkunu biċ-ċertifikati ma jibqgħux tliet xhur jew aktar mingħajr ħlas?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li s-sezzjoni tad-Dipartiment tas-Siġurta' Soċjali li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Membru ġiet trasferita Għawdex bl-għaġġla ftit ġranet qabel l-aħħar Elezzjonijiet Ġenerali u qabel ma laħaq twettaq il-programm ta' taħriġ kollu li kien hemm maħsub għall-impjegati konċernati. B'danakollu, it-taħriġ ta' dawn l-impjegati qed jitkompla f'Għawdex stess. Ta' min isemmi wkoll li l-proċess li jwettqu dawn l-impjegati issa ġie kkomputeriżżat u għalhekk dawn l-impjegati jinħtieġu aktar taħriġ anke f'dan il-kuntest. Nittama li fi żmien qasir, is-sezzjoni tkun f'qagħda li tħallas il-benefiċċju fi żmien inqas minn dak li normalment kien maħtieġ bis-sistema manwali ta' qabel. 17.11.98