Jista' l-Ministru jikkordina ma' l-Enemalta sabiex jiżdiedu id-dwal speċjalment taħt il-Mini ta' Regional Road u dik ta' taħt ir-runway ta' l-ajruport internazzjonali ta' Malta, sabiex jiġu evitati diżgrazzji?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-każ taż-żewġ mini msemmija, l-korporazzjoni diġa` ipprogrammat il-manutenzjoni meħtieġa u hemm il-ħsieb li tali xogħol jibda fl-iqsar żmien possibbli.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-budget li jmissx hemmx il-ħsieb li jiġi allokat fond għal dawk in-nies li jsofru minn xi diżabilita' u li applikaw għal Home Help? Qabel din il-kategorija kienet tiġi moqdija mill-vot ta' l-anzjani.
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onor. Membru mhux korrett meta jgħid li 'qabel din il-kategorija kienet tiġi moqdija mill-vot ta' l-anzjani', għaliex jirriżulta li kien hemm diversi talbiet li ma ġewx moqdija fl-amministrazzjoni preċedenti u jirriżulta wkoll li kien hemm min kien qiegħed jirċievi dan is-servizz u twaqqaf b'mod irresponsabbli mill-Gvern preċedenti, tant li każ minnhom tressaq quddiem l-Ombudsman u ingħata r-raġun lill-familja konċernata. Jien nemmen u ser ninsisti li dan is-servizz jingħata skond il-bżonn u li talbiet minn persuni b'diżabilita' jingħataw l-importanza li jistħoqqilhom.
1.12.98
Jista' l-Ministru jelenka minn liema lokalitajiet kienu ġejjin dawk li ffrekwenta id-Detox Unit fl-Isptar San Luqa sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Domanda għandha tiġi ndirizzata lill-Ministru tal-Politika Soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn m'humiex qed isiru Ophthalmic angiograms fl-Isptar San Luqa u x'waiting list ta' pazjenti hemm li qegħdin jistennew din it-tip ta' investigazzjoni? Xi ħsieb hemm biex tiġi solvuta din is-sitwazzjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mill-bidu ta' Settembru ta' din is-sena is-servizz ta' Ophthalmic Fluorescein Angiography waqaf għax il-magna li ilha 'l fuq minn ħmistax-il sena nkisret. Ta' min jgħid li f'Marzu ta' l-1998 l-Ophthalmic Department irrakkomanda li l-magna tinbidel u tinxtara magna ġdida. Bħalissa hemm 32 pazjent fuq il-waiting list għal din l-investigazzjoni. L-engineering department ikkonfermaw illi l-magna ma tistax tissewwa għax hija obsolete u għalhekk id-Dipartiment tas-Saħħa sejjer jixtri magna ġdida mill-iktar fis possibli.
Issa li Malta inattivat l-applikazzjoni tagħha għall-isħubija fl-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' fondi li nistgħu nibbenefikaw minnhom għall-infrastruttura u bini ta' toroq?
F'liema timeframe qegħdin nistennew dawn il-fondi ġejjin? Fi żmien sitt xhur? Fi żmien sena? Fi żmien ħames snin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill- Onor. Interpellant għar-risposta ta` PQ 999.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx impjegati nies ġodda fl-aġenzija SWDP u jekk iva, f'liema grad ġew impjegati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 1237.
Barra l-imsemmija 'social workers', il-Programm Ħidma Soċjali (SWDP)_ fit-8 ta' Settembru kienet ingaġġat persuna fil-grad ta' 'Finance Officer' fuq bażi 'part-time' u għal perjodu definit ta' sena.
30.11.98
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numru 565, jista' l-Ministru jgħid: (1) min hu l-kuntrattur il-ġdid; u (2) jekk il-kuntrattur il-ġdid għandux l-istess kondizzjonijiet bħal dak ta' qablu u jekk le x'differenzi hemm?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Kuntrattur il-ġdid li qed jaħdem fid-Dar ta' l-anzjani tal-Furjana huwa PASS Dev. Ltd. Dan il-Kuntrattur għandu l-istess Kundizzjonijiet bħal dak ta' qablu.
30.11.98
Fin-negozjati li għaddejjin mal-konsorzja li huma interessati fil-Cottonera Waterfront Project, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkonsidra li jagħti art tal-gvern b'ċens għal numru ta' snin? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid x'timeframes qed jiġu ppjanati?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Id-diskussjonijiet fuq dan il-Proġett għadhom qegħdin isiru u informazzjoni tingħata meta jkun il-waqt.
Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk is-26 Casual Social Assistants li ġew trasferiti mix-xogħol fil-komunita' tax-xogħol fid-day centres/djar ta' l-anzjani, kienu ħadu trasfer diġa' wara l-elezzjni ta' l-1996?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-20 Assistenti Soċjali Każwali li dan l-aħħar reġgħu ngħataw ix-xogħol li kellhom fid-Day Centres u d-Djar ta' l-Anzjani sa qabel l-elezzjoni tal-1996, kollha kienu ġew trasferiti mill-Gvern Laburista wara l-elezzjoni tal-1996.
30.11.98
Jista' l-Ministru jgħid b'kemm żdied l-istaff complement tas-sezzjoni fid-dipartment li tipproċessa l-applikazzjonijiet u l-ħlas taċ-Children's Allowance meta l-Gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996 kien biddel is-sistema?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-istaff complement tas-Sezzjoni li tiproċessa l-applikazzjonijiet u l-ħlas taċ-'Children's Allowance' kien żdied b'disa' persuni meta l-Allowance saret suġġetta għat-test tal-meżżi u s-sistema tal-kompjuter ġiet ristrutturata mill-ġdid.
30.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm nies bi bżonnijiet speċjali applikaw għall-għajnuna mill-iSpecial Needs Unit ta' l-ETC minn mindu twaqqfet u kemm minn dawn effettivament ġew allokati xi xogħol? X'tip ta' xogħol ġew allokati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' nies li huma 'disabled' u li rreġistraw għax-xogħol ma l-ETC minn mindu twaqqfet l-iSpecial Needs Unit huwa kif ġej:
f'Diċembru 1993 288
f'Diċembru 1994 361
f'Diċembru 1995 240
f'Diċembru 1996 259
f'Diċembru 1997 289
minn dawn ġew impjegati:
1993 8
1994 53
1995 48
1996 64
1997 76
30.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li marru jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ, xahar b'xahar f'Awissu, Settembru u Ottubru 1998?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-mumru ta' persuni li rreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ fix-xahar ta' Awissu kien ta' 1,341, f'Settembru 1998 kien 1,234 u f'Ottubru 1998 kien ta' 1,353.
25.11.98
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' vetturi li għandu fil-ministeru, in-numru ta' reġistrazzjoni tagħhom, u min hu nkarigat minn kull waħda minn dawn il-vetturi fid-dikasteru tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' vetturi li bħalissa huma disponibbli fis-Segretarjat tal-Ministeru tiegħi huwa ħamsa (5). Id-dettalji mitluba huma kif jidhru hawn taħt:
MSW 002 - Honda Accord - Użata mill-Ministru
għal Politika Soċjali
GVN 043 - Ford Fiesta - Użata mis-Segretarju
Privat Designate tal-
Ministru
MSW 001 - Rover Sterling Użati minn membri tas-
MHS 026 - Holden Commodore - Segretarjat skond il-
KAO 98 - Opel Omega ħtieġa
25.11.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx ingaġġati social workers ġodda mad-dipartiment mis-6 ta' Settembru' il hawn? Jekk fl-affermattiv, kemm?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nikkonferma li fil-ġranet li ġejjin għandhom jiġu ngaġġati seba' (7) 'social workers' ġodda mall-Programm Ħidma Soċjali (SWDP).
Nirreferi wkoll lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li kont tajtu għall-Mistoqsija Nru. 1088.
25.11.98
Jista' l-Ministru jivverifika għalfejn mhux f'pożizzjoni li jgħid la kemm ġiet tiswa t-tiswija tas-saqaf tad-dar ta' l-anzjani tal-Furjana qabel Ottubru 1996 u lanqas kemm sewa t-trasferiment ta' l-anzjani f'hotels privati sakemm tlesta x-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għalkemm l-Onor. Interpellant fil-mistoqsija tiegħu uża l-frażi 'qabel Ottubru 1996' huwa jaf li dan ix-xogħol kien sar bejn l-1991/1992.
Id-Dipartiment mhux f'pożizzjoni li jgħid kemm sewa ix-xogħol tas-saqaf tad-Dar ta' l-Anzjani tal-Furjana peress li l-informazzjoni mitluba ma nstabitx fir-records tad-Dipartiment. Għall-istess raġuni ma tistax tingħata risposta dwar it-trasferiment ta' l-Anzjani fl-istess perjodu.
25.11.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Kura għall-Anzjani għandux il-ħsieb li jilqa' t-talba li kien għamel il-Kunsill ta' l-Imdina, cioe' sabiex tingħata Casa Notabile għall-użu ta' day care centre?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qegħdin jerġgħu jsiru taħdidiet mall-Kunsill Lokali ta' l-Imdina wara li l-Kunsill reċentement kiteb ittra li fiha hemm espressa x-xewqa li l-Kunsill jitħalla jagħmel użu minn Casino Notabile.
25.11.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk u meta beħsiebu jintroduċi servizz ta' breast cancer screening speċjalment fid-dawl ta' l-inċidenza qawwija ta' kanċer tas-sider hawn Malta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 9 u 803.
Jista' l-Ministru jgħid kemm irċeviet talbiet għal impjiegi l-ETC matul Awissu, Settembru u Ottubru 1998 u mil-liema settur ġew dawn it-talbiet? Jista' jgħid ukoll kemm ġew impjegati persuni li kienu qed jirreġistraw, bis-saħħa ta' dawn it-talbiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' talbiet u mil-liema settur ġew dawn it-talbiet f'Awissu, Settembru u Ottubru huma kif ġej:
SETTUR AWISSU SETTEMBRU OTTUBRU
1. Managers/Supervisors 2 4 8
2. Professionals 20 30 14
3. Technicians 33 21 35
4. Clerks 64 67 65
6. Farmers/Gardeners - 3 1
7. Crafts/Trades 75 114 89
8. M'Operators/Drivers 31 40 44
9. Elementary Trades 60 98 103
TOTAL 330 421 452
In-numru ta' reġistranti li ġew impjegati bis-saħħa ta' dawn it-talbiet sal-lum kien ta' 126.
24.11.98