Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #2396 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Sptar San Luqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm swali fl-Isptar San Luqa b'kollox? Kemm minn dawn jaqgħu taħt ir-reparti tal-mediċina, pedjatrija, kirurġija u ġenikoloġija konsekuttivament? Kemm hemm sodod fl-ITU u dan l-ammont għalkemm jista' jiġi mkabbar f'każi ta' xi emerġenza kbira?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fl-Isptar San Luqa hemm 37 sala mqassmin hekk: 10 Mediċina 17 Kirurġija 3 Ostetricia 1 Ġinekoloġija 2 Pedjatrija - mediċina 1 Pedjatrija - kirurġija 1 Kura Intensiva - Kbar 1 Kura Intensiva - Trabi 1 Psikjatrija Fl-ITU hemm 13-il sodda u jista' wkoll jintuża l-kuridur bi 13-il sodda oħra.
Leg 9 PQ #2397 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Interim From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nurses jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa? Ta' liema kategorija huma? F'liema sptarijiet qed jaħdmu? Kemm hemm nisa u kemm hemm irġiel?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qiegħda tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #2399 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Coronary artery by-pass grafts

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru coronary artery bypass grafts, sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin, kemm dawk li saru lokalment kif ukoll dawk il-pazjenti li ġew imsiefra barra minn Malta? Kemm kellhom żmien dawn il-pazjenti, ta' liema sess kienu u kemm spiċċaw biex mietu b'kumplikazzjoni diretta jew relatata ma' l-istess operazzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Matul dawn l-aħħar għaxar snin, saru coronary artery bypass grafts kif ġej:- 1988 - 67 1989 - 61 1990 - 106 1991 - 129 1992 - 118 1993 - 164 1994 - 155 1995 - 16 1996 - - 1997 - - Dawn il-pazjenti kienu ta' l-etajiet kif ġej:- Eta' 1992 1993 1994 ____________________________________________ ___________ 20 - 30 1 - 2 31 - 40 2 1 - 41 - 50 11 20 12 51 - 60 30 47 38 61 u iżjed 74 96 103 ___________________________________________ _____________ Total 118 164 155
Leg 9 PQ #2269 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Ambjent

Għarix — Kumpless lil Perit Mintoff

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1012, jista' l-Ministru jirrispondi t-tieni parti tad-domanda u jgħid f'liema data sar il-ħlas?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ħlas sar b'cheque fit-30 ta' Ottubru 1998.
Leg 9 PQ #2282 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Finanzi

Single parent families

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se tiswa l-emenda rigward is-single parent families hekk kif imħabbra fil-Budget li għadu kif inqara?

Response (DALLI, JOHN)

Din il-miżura hija b`effett mill-1 ta` Jannar, 1999 u għalhekk id-Dipartiment tat-Taxxi Interni jkun jaf kemm familji ntlaqtu minnha meta jintbagħtu l-formoli tad-dħul relattivi. Id-database tad-dipartiment ma jindikax kemm familji jistgħu jintlaqtu minnha minħabba li informazzjoni dwar kemm it-taxpayers reġistrati miegħu ikollhom tfal dipendenti ma tinżammx.

Persuni b'diżabilita' — Home help

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-vot dedikat għal dawk in-nies li jsofru minn xi diżabilita' u japplikaw għall-home help?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-vot dedikat għal dawk in-nies li jsofru minn xi diżabilita' u japplikaw għall-'home help' jagħmel parti mill-vot totali ta' Lm895,000 taħt Item 4064 'Home Help/Care Services Scheme'. 7.12.98

Persuni b'diżabilita' — Home help

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies li jsofru minn xi diżabilita' u li applikaw għal home help u għadhom fuq il-waiting list preżentement?

Response (GONZI, LAWRENCE)

4 persuni li jsofru minn xi diżabilita' għadhom fuq il-'waiting list tal-'Home Help/Care Services Scheme. 7.12.98

Sptar San Luqa — Detox Unit - Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jelenka minn liema lokalitajiet kienu ġejjin dawk li ffrekwentaw id-Detox Unit fl-Isptar San Luqa, sena b'sena, matul dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Agenzija Sedqa li taħtha jaqha ċ-Ċentru tad-Detox twaqqfet fl-1994 u għaldaqstant l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tmur lura sas-sena 1994 u mhux qabel, kif mitlub. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni li turi l-lokalitajiet ta' persuni differenti li matul is-snin rispettivi bejn 1994 u 1997 ffrekwentaw iċ-Ċentru tad-Detox sena b'sena. 7.12.98

Persuni b'Diżabilita' — Hydro therapy home equipment

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li jimxi fuqhom id-dipartiment fir-rgiward ta' kif suppost jinħareġ is-sussidju għal xiri ta' hydrotherapy home equipment għal persuni b'diżabilita' miċ-Ċentru Ħidma Soċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li jagħti nformazzjoni dwar is-Servizz Għajnuniet Speċjali fi ħdan il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita', li jinkludi l-kriterji li fuqhom issir l-għażla minn fost l-applikanti għal dan is-servizz. Din l-informazzjoni tapplika għax-xiri ta' kull apparat assistiv, inkluz hydrotherapy home equipment. 7.12.98

Djar — Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jagħtina t-tagħrif dwar kull kuntratt ta': (a) bini ta' flats ġodda; (b) maintenance contracts? (1) Data ta' meta nbeda x-xogħol; (2) data ta' meta se jitlesta x-xogħol; (3) kemm diġa' tħallas il-kuntrattur; (4) kemm tlesta xogħol minn kull kuntratt partikolari; (5) min hu l-kuntrattur; (6) jekk ikun nbidel il-kuntrattur qabel ma l-kuntratt jkun tlesta jistgħu jingħataw id-dettalji ta' min ħa l-kuntratt u għaliex inbidel il-kuntrattur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u għalhekk Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra. 7.12.98
Leg 9 PQ #2265 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Ambjent

Sant'Antnin — Impjant ta' riċiklaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, kemm irċieva lmenti l-ministeru jew id-dipartiment dwar l-impjant tar-riċiklaġġ ta' Sant'Antnin jew mir-residenti jew mill-Kunsill lokali ta' Wied il-Għajn?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent għandu numru ta' nies li jżommuh infurmat fuq irwejjaħ li jkunu ġejjin mill-Impjant tal-kompostaġġ f'Sant'Antnin. Din is-sistema ta' monitoraġġ bdiet tiġi adottata f'Settembru ta' l-1994. Il-persentaġġ ta' ħin li fih inxtammet riħa tinten mill-impjant kien kif jidher hawn taħt: SENA PERSENTAĠĠ TAL-ĦIN LI FIH INXTAMMET RIHA TINTEN MILL-IMPJANT TAL-KOMPOSTAĠĠ F'SANT'ANTNIN ----------------------------------- ---------------------------- 1994 (Settembru 6 sa Diċembru) 1995 11 1996 9 1997 8.4 1998 (sa Ottubru) 7.5
Leg 9 PQ #2266 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Programmi fuq id-droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema dipartiment għandu r-responsabbilta' li jħejji programmi ta' edukazzjoni preventiva fuq id-drogi? Minn liema etajiet jibdew dawn il-programmi? Kemm-il lezzjoni f'sena jirċievu t-tfal li jkunu qegħdin isegwu programm? Liema huma l-iskejjel fejn qed jiġu segwiti dawn il-programmi preventivi?

Response (GALEA, LOUIS)

1. Informat li l-Programm Babes, imħejji minn Sedqa jsir fil-Year 3 tal-primarja u hu programm ta' edukazzjoni preventiva fuq id-drogi u alkoħol. Fl-iskejjel sekondarji, fil-Forms 1 u 2 jsir fil-P.S.E. u fil-Form 4, isir fil-Programm "Irrid Nagħżel it-Tajjeb". Il-Guidance Teachers u l-Counsellors jagħtu counselling kontinwa lil min ikollu problemi. 2. Dan il-proċess jibdew:- * Primarji - tmien snin; * Sekondarji - ħdax-il sena. 3. M'għandix informazzjoni. 4. Dawn il-programmi qed isiru fl-iskejjel kollha mill-primarji - sal-Post Sekondarji.

Ministeru għall-Politika Soċjali — Vetturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1113, jista' l-Ministru jgħidilna mingħand liema kumpannija huma mikrija il-karozzi, jista' l-Ministru jelenka għax-xahar ta' Ottubru: (i) in-numru ta' impressed drivers; (ii) in-numru ta' karozzi tal-kiri; (iii) min qiegħed juża dawn il-karozzi mikrija u x'inhu l-grad tagħhom; u (iv) mingħand liema kumpannija jew individwu huma mikrija l-karozzi? Tista' l-informazzjoni tiġi maqsuma dipartiment b'dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Ministru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tiġi miġbura u Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra. 7.12.98

Sigurta' Soċjali — Familji bi dħul ta' Lm10,000

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn familji li jiddikjaraw dħul ta' bejn Lm10,000 u Lm13,000 fis-sena u li fl-istess ħin għandhom ħamest itfal? Kemm se tiswa din il-miżura soċjali ġdida?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Numru 2031. 3.12.98

Benefiċċji soċjali — Familji b'ġenitur wieħed

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn familji b'ġenitur wieħed li jirċievu allowance u li jiddikjaraw li għandhom dħul ta' anqas minn Lm3,000 u kemm se jikkwalifikaw familji ġodda fl-istess kategorija, issa li c-ceiling tela' għal Lm4,000? Kemm se tiswa din il-miżura soċjali ġdida?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-istatistika ta' familji b'ġenitur wieħed li jirċievu xi allowance tat-tfal u li jiddikjaraw li għandhom dħul ta' anqas minn Lm3,000 hi kif ġej: Stat Ċivili tal- persuna li għamlet Dħul dikjarat bejn Dħul dikjarat bejn it-talba u qed Lm0 - Lm2604 Lm2605 - Lm3000 tirċievi l-Allowance ____________________ __________________ ___________________ De Facto Separated 425 18 Divorced 29 1 Legally Separated 959 68 Single 857 49 Widow/er 258 71 TOTAL 2528 207 Tajjeb jingħad li l-istatistika li jżomm id-Dipartiment hija dwar l-istat ċivili ta' l-applikant u mhux kif fil-fatt qed jgħix. Għaldaqstant jista' jkun li għalkemm hawn fuq persuna hija indikata bħala familja b'ġenitur wieħed, fil-fatt hija tkun qed tgħix ma' persuna oħra u ffurmat familja oħra u għalhekk t-test tal-meżżi għal skopijiet ta' l-Allowance tat-tfal ikun sar fuq id-Dħul tal-familja kollha. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija ta' l-Onor. Interpellant, billi l-miżura mħabbra fid-diskors tal-Budget titratta dwar tibdil fis-ceiling għal skopijiet ta' taxxa fuq id-Dħul, ikun tajjeb li l-mistoqsija tiġi ndirizzata lil Ministru tal-Finanzi. 3.12.98
Leg 9 PQ #1540 Sitting 19 1998-12-02 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Każi ta' legionella

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk kienx hemm xi każi ta' legionella li saritilhom din id-djanjosi dan l-aħħar? Kemm kien hemm każi? F'liema hotel kienu alloġġjati u ta' liema nazzjonalita' kienu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-bidu ta` Mejju ta` din is-sena sa llum kien hemm ħames każijiet ikkonfermati ta` legionnaires disease. Erbgħa minnhom kienu barranin: tnejn Ingliżi, wieħed Skoċċiż u waħda Awstriaka. Każ ieħor kien f'ċittadin Malti li x'aktarx is-sors huwa minn barra minn Malta. Infomazzjoni fuq il-lukandi hija kunfidenzjali iżda nista` ngħid illi l-barranin involuti kienu alloġġjati f'erba lukandi differenti.

Wied il-Għajn — Day centre

Question

Jista' l-Ministru jispeċifika taħt min suppost jaqgħu r-responsabilitajiet tad-dining room tad-Day Centre ta' Wied il-Għajn - tad-diriġenti tad-day centre jew tal-caterers? Rigward l-istess ċentru, jista' l-Ministru jgħid meta se tibda tintuża s-swimming pool diġa' fornuta? X'ammonti ta' care workers u residenti hemm f'dan iċ-ċentru ta' Wied il-Għajn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Meta nfetaħ iċ-Ċentru tat-Taħriġ ta' Wied il-Għajn, saru arrangamenti biex id-'dining room' taqa' taħt ir-responsabbilita' tal-'Catering Manager' li tieħu ħsieb il-kċina, waqt li d-'day centre' jaqa' taħt ir-responsabbilita' ta' l-'Acting Head' tad-'day centre'. Hemm ftehim ukoll li kull meta l-persuni b'diżabilita' jkollhom bżonn jagħmlu użu mid-'dining room', dawn jitħallew jużawha liberament. Qabel ma s-'swimming pool' tibda tintuża, din għandha bżonn li ssirilha tiswija minħabba xi konsenturi li għandha fil-qiegħ. M'hemmx dubbju li meta jkun il-waqt, is-'swimming pool' tiġi rranġata biex isservi l-bzonnijiet tal-persuni b'diżabilita' mhux biss taċ-Ċentru ta' Wied il-Għajn imma taċ-ċentri l-oħrajn. In-numru ta' persuni b'diżabilita li qed jattendu ċ-ċentru huwa 57 u dawn qed jieħdu ħsiebhom 12-il impjegat li l-gradi tagħhom huma dawn: 1 Acting Head taċ-Ċentru 1 Assistant Head 1 Care Worker 4 Assistant Care Worker 4 Casual Care Worker 1 Casual Social Assistant F'dan iċ-Ċentru hemm ukoll servizz ta' 'nurse'. 2.12.98
Leg 9 PQ #1663 Sitting 19 1998-12-02 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex għalliem partikolari li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament li qed jgħallem fil-Primarja ta'Raħal Ġdid qed jitlaq kmieni mill-klassi ripetutament?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mhux minnu li l-għalliem imsemmi jitlaq kmieni mill-iskola riputatament. L-unika darba li ħareġ kmieni kien meta ġie msejjaħ fuq xogħol mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #1857 Sitting 19 1998-12-02 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Salina — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsiru dwal fit-Triq tas-Salina biex jitnaqqas il-periklu li hemm speċjalment fil-liwja kerha li hemm u li ta' kull ġimgħa jsir inċident? Jekk l-Ministru jqies li l-ispiża hija kbira wisq, jista' l-Ministru jara hemmx possibbilta' li jsiru dwal bis-solar system?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-talba ta` l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma` talbiet oħra.