Legislature:
Category:
Reset
Active:

ETC — Persuni ta' nazzjonalita' barranija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm employers ittellgħu l-Qorti mill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ minn Settembru sa Novembru, 1998 talli mpjegaw persuni ta' nazzjonalita' barranija? Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każi ta' din in-natura li ġew mgħoddija lill-pulizija iżda għadhom ma ttieħdux passi dwarhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma ttellax nies il-Qorti iżda il-kompitu tagħha hu li tirreferi l-każ lill-Pulizija u huma jipproċedu fil-Qorti Kriminali kontra dan l-abbuż. Matul ix-xhur ta' Settembru, Ottubru u Novembru 1998, kien hemm disa' (9) każi fejn uffiċjali tal-Korporazzjoni ntalbu jagħtu x-xhieda tagħhom f'każi ta' employers li ġew akkużati li mpjegaw persuni ta' nazzjonalita' barranija mingħajr il-permessi meħtieġa. Ġa ladarba l-Korporazzjoni tgħaddi lil barranin li nstabu jaħdmu mingħajr permess lill-pulizija hi ma zzomx aktar kont ta x'ġara jew ma ġarax. Uffiċjali tal-Korporazzjoni jitilgħu jgħatu x-xhieda tagħhom fil-Qorti tal-Maġistrati meta dawn jintalbu mill-pulizija kif spjegat hawn fuq. 14.12.98

ETC — Employers

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' employers li huma reġistrati mal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ f'Malta? Jista' jgħid kemm minnhom jinsabu fil-gżira ta' Għawdex? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn l-employers huma intrapriżi jew azjendi parastatali? Jista' jgħid kemm minn dawn iħaddmu bejn 1-4 persuni; 5-9 persuni; 10-49 persuna; 50-99 persuna; 100-199 persuna; 200-399 persuna; u minn 400 persuna 'il fuq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' employers reġistrati mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ fl-aħħar ta' Settembru 1998 f'Malta kien ta' 21,970 filwaqt li ta' Għawdex kien 1,840, Total ta' 23,810. Minn dawn hemm 130 intrapriżi jew azjendi parastatali. Minn dawn l-employers, (23,810) hemm 21,329 li jħaddmu bejn l-4 persuni; 1,199 li jħaddmu bejn 5-9 persuni; 1,028 li jħaddmu bejn 10-49 persuna; 135 li jħaddmu bejn 50-99 persuna; 73 li jħaddmu bejn 100-199 persuna; 27 li jħaddmu bejn 200-399 persuna; u 19 li jħaddmu 'l fuq minn 400 persuna. 14.12.98

Impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kellhom full u part-time job u kemm kellhom part-time job biss fix-xhur ta' Awissu, Settembru, Ottubru u Novembru, 1998? Jista' jagħti dawn il-figuri f'nisa u rġiel, u fil-każ tan-nisa jgħid kemm minnhom huma miżżewġa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' rġiel u nisa li kellhom full-time u part-time job u part-time job biss kien kif ġej: FULL-TIME U PART-TIME JOB Awissu 1998 Settembru 1998 Rġiel 11,881 11,906 Nisa (Single) 2,398 2,442 Nisa (Married) 1,341 1,332 Nisa Total 3,739 3,774 TOTAL GLOBALI 15,620 15,680 PART-TIME BISS Rġiel 5,581 5,580 Nisa (Single) 3,091 3,072 Nisa (Married) 5,380 5,412 Nisa Total 8,471 8,484 TOTAL GLOBALI 14,052 14,064 14.12.98

Pensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex isiru xi diskussjonijiet jew jekk hemmx xi kumitat jew xi ħaġa simili li qed tistudja l-iskema tal-pensjonijiet f'pajjiżna għas-snin li ġejjin, l-aktar dwar skema ġdida ta' pensjoni skond kif intqal minn kelliema Nazzjonalisti fl-aħħar xhur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skond kif ġie mħabbar fid-diskors tal-Budget, kmieni s-sena d-dieħla, il-Gvern beħsiebu jwaqqaf kummissjoni nazzjonali li preferibilment tkun magħmula minn membri mill-partiti kollha politiċi, korpi kostitwiti, rappreżentanti tal-pensjonanti, u rappreżentanti tal-assoċċjazzjoni tal-assikurazzjoni. L-għan ta' din il-kummissjoni jkun biex tiġi riveduta s-sistema tal-pensjoni u biex isiru rakkomandazzjonijiet għal liġi ġdida aktar sempliċi, ekwa u sostenibbli. 14.12.98

Sigurta' Soċjali — Benefiċċji soċjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' familji Għawdxin li jirċievu għajnuna soċjali, pensjoni ta' l-eta', pensjoni tal-wens, social assistance females, jew xi xorta ta' għajnuna oħra mhux kontributorja għas-sena 1996, 1997 u 1998? Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-familji huma b'żewġ ġenituri u kemm minnhom huma b'ġenitur wieħed?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' familji Għawdxin li jirċievu l-Għajnuna Soċjali, Pensjoni ta' l-Eta, Pensjoni tal-Wens, Għajnuna Soċjali għax-xebbiet, jew xi xorta ta' Għajnuna oħra mhux kontributorja għas-sena 1996, 1997 u 1998 huwa kif jidher fit-tabella aktar 'l isfel. GHAJNUNA/PENSJONI 1996 1997 1998 Għajnuna Soċjali 326 280 303 Pensjoni ta' l-Eta 884 877 863 Pensjoni għal Diżabilita' 191 183 188 Pensjoni tal-Wens 42 54 56 Għajnuna Soċjali (Xebbiet) 138 125 108 Għajnuna għal Mard 1522 1567 1613 Ma tinħassx il-ħtieġa li tinżamm statistika ta' kemm familji huma b'ġenitur wieħed, għaliex ir-rata ta' xi benefiċċji mhix maħduma fuq in-numru ta' genituri, imma fuq in-numru ta' persuni fil-familja. Fil-każ ta' Pensjoni ta' l-Eta, Pensjoni tal-Wens u l-Għajnuna Soċjali għax-xebbiet, il-benefiċċju jitħallas lil min jagħmel it-talba, irrispettivament jekk ikunx ġenitur jew le. 14.12.98

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li waqfu jirreġistraw għax-xogħol minn jeddhom f'Awissu, Settembru, Ottubru, Novembru u Diċembru, 1998? Kemm minnhom kienu nisa u rġiel f'Malta u Għawdex separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni li waqfu jirreġistraw għax-xogħol minn jeddhom f'Awissu, Settembru, Ottubru u Novembru 1998 hu kif jidher hawn taħt: XAHAR IRĠIEL NISA TOTAL Awissu 581 240 821 Settembru 557 266 823 Ottubru 656 272 928 Novembru 500 209 709 14.12.98
Leg 9 PQ #2460 Sitting 30 1998-12-11 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Ambjent

Santa Lucia — Wied ta' Garnaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitnaddaf u jissewwa l-ġibjun li jinsab fil-Wied ta' Garnaw f'Santa Luċia, li bħalissa jinstab fi stat ta' abbandun għad-detriment tal-bdiewa tal-madwar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #2461 Sitting 30 1998-12-11 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Finanzi

NGO — Fond konsolidat

Question

Jista' l-Ministru jelenka kif se jitqassam il-fond ta' Lm400,000 li se jitqassam mill-Fond Konsolidat lil bosta NGOs? Liema NGOs se jibbenefikaw? Għal-liema programm speċifiku? Kemm se jingħataw flus? Jista' l-Ministru jgħid jekk minn din is-somma hux se jibbenefikaw għaqdiet Għawdxin?

Response (DALLI, JOHN)

Kif spjegajt fir-risposta għall-Mistoqsija Numru 2055, Lm400,000 allokati taħt il-Vot Rikurrenti tal-Ministeru tal-Politika Soċjali għas-sena d-dieħla, jitqassmu lil diversi N.G.O.`s skond programmi speċifiċili huma jitwettqu matul is-sena.

Sptar San Vinċenz de Paule — Nursing officers/acting nursing officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Nursing Officers u Acting Nursing Officers jaħdmu bħalissa fl-Isptar San Vinċenz de Paule? Jista' l-Ministru jispeċifika b'liema shift suppost jaħdmu dawn l-impjegati, u jekk hemm xi varjazzjonijiet partikolari x'inhi r-raġuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' Nursing Officers li bħalissa qed jaħdmu ġo San Vinċenz de Paule huwa 34. Ir-Roster tan-Nursing Officers hija: DDODO għal dawk li jaħdmu 46 2/3 siegħa fil-ġimgħa; DCODO għal dawk li jaħdmu 40 siegħa fil-ġimgħa: Legend: D: 7a.m. - 7p.m. C: 7a.m. - 1.45p.m. O: Off Varjazzjonijiet hemm: għal dawk li jaħdmu bil-lejl biss u tnejn minħabba raġunijiet umanitarji/saħħa fiżika/mentali. 12.12.98

Sptar San Vinċenz de Paule — Nursing aides

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nursing aides jaħdmu fl-Isptar San Vinċenz de Paule? Jista' l-Ministru jispeċifika b'liema shift suppost jaħdmu dawn l-impjegati, u jekk hemm xi varjazzjonijiet partikolari, x'inhi r-raġuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Numru ta' (Casual) Nursing Aides li qed jaħdmu ġo San Vinċenz de Paule huwa 45. Ir-Roster li suppost jaħdmu (Casual) Nursing Aides hija: ABNRO għal ġimgħa xogħol ta' 40 siegħa. Legend: A: 7a.m. - 7p.m. B: 7a.m. - 6p.m. N: 7p.m. - 7a.m. O: Off Ma hemm ħadd minn dawn il-(Casual) Nursing Aides li qiegħed fuq roster barra dik tal-ABNRO. 12.12.98

Sptar San Vinċenz de Paule — Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali li qed jiżvolġu xogħol ta' natura amministrattiva bħalissa fl-Isptar San Vinċenz de Paule u jekk hemm aktar minn persuna waħda, x'inhuma r-responsabilitajiet rispettivi tagħhom? Xi kwalifiki għandhom dawn l-individwi, ċioe' għandhomx kwalifiki mediċi/paramediċi biss, u/jew kwalifiki li jirrigwardjaw il-management?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fir-Residenza ta' San Vinċenz hemm erba' uffiċjali li qed jiżvolġu xogħol ta' natura amministrattiva: Dawn huma: 1. Is-Supretendent Mediku li hija responsabbli għar-residenza kollha. Din għandha l-'Masters' fil-Public Health Medicine li jinkludi il-Health Services Management kif ukoll diversi boroż ta' studju kemm lokalment kif ukoll barra, fuq Health Services Management. 2. Lay Administrator li taħtu jaqgħu l-impjegati kollha minbarra t-tobba u n-nursing staff. Barra milli għandu snin twal ta' esperjenza fit-tmexxija ta' din ir-residenza għandu ċertifikat ta' Senior Hospital Management minn Birmingham University u kors ta' erba' ġimgħat ta' Hospital Management f'Kingston and Esher Hospital f' Londra. 3. Senior Principal Officer li kien ġie trasferit f'din ir-Residenza xi sentejn ilu qed jgħin lill-Lay Administrator. 4. Manager Nursing Services li għandu l-kwalifiki kollha neċessarji għal dan il-post. Huwa għandu l-BSc Nursing u ċertifikat ta' Senior Hospital Management minn Birmingham University. 12.12.98

Kumpanniji li jieħdu kuntratti mill-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri lest li jieħu l-gvern biex jikkontrolla kumpanniji li jieħdu kuntratti mill-gvern imbagħad jisfruttaw il-ħaddiema tagħhom billi jċaħħduhom mid-drittijiet li jgawdu ħaddiema oħra fuq il-post tax-xogħol? Ma jaqbilx il-Ministru li l-Gvern, u b'mod partikolari l-Ministru għall-Politika Soċjali, għandu jaċċerta ruħu li dinjita' tal-ħaddiem tkun rispettata f'kull ħin? Il-Gvern lest li jwaqqaf il-kuntratti ma' ditti (per eżempju d-ditta li tieħu ħsieb it-tindif fl-isptar) jekk jirriżulta li dawn id-ditti ma jipprovdux livell minimu ta' ħlas għall-ħaddiema tagħhom u drittijiet u benefiċċji oħra bħal sick leave, overtime pay, id-dritt li jissieħbu ma' trade union u drittijiet oħrajn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li diġa' tajt għal Mistoqsija Nru. 2010. 12.12.98

Ministeru tas-Sigurta Soċjali — Żjarat barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm delegazzjonijiet mid-dikasteru tiegħu li għamlu żjarat barra minn Malta mill-10 ta' Settembru sal-lum? Minn min kienu magħmula dawn id-delegazzjonijiet, x'kien l-iskop tad-delegazzjoni, kemm kienet l-ispiża, x'kien il-perjodu li għamlu msiefra u lil liema aġenzija/i sar il-ħlas?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru. 11.12.98
Leg 9 PQ #2455 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Formoli

Question

Jista' l-Ministru jgħid min jipprintja l-VAT form, jekk hux l-Istamperija tal-Gvern jew inkella xi stamperija privata? Jekk hija stamperija privata, liema hi? Fiż-żewġ eventwalitajiet kemm jiswa l-printing ta' dawn il-kotba ta' l-irċevuti tal-VAT?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li it-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.

Anzjani — Homehelp

Question

Jista' l-Ministru jelenka, sena b'sena, minn meta bdiet l-iskema tal-Homehelp għall-anzjani: (1) kemm nies applikaw għal din l-iskema; (2) kemm nies ingħataw dan is-servizz; (3) kemm kienu impjegati CSAs; (4) kemm swiet din l-iskema kull sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Rigward Mistoqsija Parlamentari Nru. 2456 l-informazzjoni qegħda tinġabar u tingħata aktar il-quddiem. 11.12.98
Leg 9 PQ #2457 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Finanzi

Benefiċċji Soċjali — Familji b'ġenitur wieħed

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2095, jista' l-Ministru jgħid kemm hawn familji b'ġenitur wieħed li jirċievu allowance u li jiddikjaraw li għandhom dħul ta' inqas minn Lm4,000? Kemm se tiswa l-miżura soċjali ġdida li se tolqot lil din il-kategorija?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru. 2282.

Djar — Housing units

Question

Jista' l-Ministru jelenka, sena b'sena mill-1988 sa l-1998, kemm il-gvern ipprovda housing units kull sena u kemm swew dawn il-units? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi n-nefqa kapitali tal-Housing Authority għall-bini ta' units ġodda (mhux maintenance) għas-sena 1999? Jista' jgħid ukoll kemm se jipprovdu housing units ġodda (esklużi requisitions); kemm minn dawn se jkunu għall-bejgħ u kemm se jkunu mikrija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni voluminuża mitluba mill-Onor. Membru fl-ewwel parti tal-Mistoqsija tiegħu kienet ingħatat fit-Tweġiba għal Mistoqsija W1443 waqt il-leġislatura preċedenti. Din it-Tweġiba kienet ingħatat għall-aħħar ta' Frar ta' din is-sena. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija tingħata Tweġiba f'xi Seduta oħra. 11.12.98

Anzjani — Djar ta' l-Anzjani - Furjana

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew trasferiti anzjani mid-dar ta' l-anzjani tal-Furjana? F'liema dar privata jew hotel ġew alloġġjati? X'inhuma r-rati bażiċi li qed jiġu mħallsa mid-dipartiment għal dawn l-anzjani? Hemm rati extra li jridu jitħallsu f'każ ta' użu ta' medical sundries disposable? Sabiex l-anzjani jintbagħtu f'dan il-post/postijiet, ġew maħruġa tenders?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta fuq l-istess suġġett li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2020. M'għandi xejn x'inżid ma din ir-risposta. 11.12.98
Leg 9 PQ #2394 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tas-CET — Pagamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu mħallsin l-accountants privati li kienu jiġu mqabbdin jinvestigaw kemm kumpanniji żgħar u kemm kumpanniji kbar mid-Dipartiment tas-CET? Huwa minnu li dawn il-pagamenti qed jiġu mnaqqsa minn din l-amministrazzjoni? Jekk fl-affermattiv, x'inhuma r-rati l-ġodda?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-awdituri privati li jitqabbdu mid-Dipartiment tas-CET sabiex jinvestigaw kumpaniji zgħar u kbar għall-fini ta` taxxa jitħallsu skond rati stabbiliti minn qabel u approvati mill-Ministeru tal-Finanzi kif jidher fit-tabella t`hawn isfel. Ma kien hemm ebda tnaqqis jew tibdil f`dawn ir-rati ta` ħlas mill-Amministrazzjoni preżenti għalkemm jista` jkun hemm xi drabi fejn awdituri minn jeddhom jitolbu ħlas inqas għal każijiet partikulari minħabba li dawn il-każijiet ikunu jinvolvu xogħol ferm inqas minn dak normali. Valur ta` bejgħ fis-Sena Rata ta` Ħlas (Lm) (Lm) Minn Sa 0 60,000 150 60,001 100,000 200 100,001 250,000 250 250,001 300,000 300 300,001 500,000 350 500,001 750,000 400 750,001 850,000 450 850,001 1,000,000 500 Aktar minn Lm1,000,000 Negozjabbli b`minimu ta` Lm500
Leg 9 PQ #2395 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Interim From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Xiri ta' ophtalmic angiography machine

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inħariġx it-tender għal xiri ta' ophthalmic angiography machine u jekk fin-negattiv meta beħsiebu jagħmel dan, peress li hemm lista konsiderevoli ta' pazjenti li qed jistennew din l-investigazzjoni tant importanti għalihom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qiegħda tinġabar. Tweġiba tingħata f'seduta oħra.