Jista' l-Ministru jgħid kemm qiegħed jiswa lill-Gvern anzjan li jgħix fid-djar ta' l-anzjani? Tista' din l-informazzjoni tiġi diviża fil-Cost: 1) variable cost; 2) fixed cost - average capital outlay per client?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Anzjan li jgħix f'Dar ta' l-Anzjani qiegħed jiswa lill-Gvern hekk:-
Dar tal-Furjana LM 9.94 Kuljum
Dar tal-Mtarfa LM 10.35 Kuljum
Dar tal-Mosta LM 6.26 Kuljum
Dar tal-Gżira LM 9.28 Kuljum
Dar tal-Imsida LM 8.35 Kuljum
"Average" tad-Djar kollha LM 8.58.
Dawn il-"costings" huma magħmula minn "recurrent costs" biss. Ma tinżammx statistika ta' "fixed costs" kif mitlub fil-mistoqsija.
21.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nies li bħalissa qed jirċievu xi tip ta' pensjoni b'mod globali? Kemm minn dawn jirċievu pensjoni kontributorja u kemm minnhom jirċievu pensjoni non-kontributorja? F'termini ta' flus, għal kemm jammontaw dawn il-pensjonijiet? X'persentaġġ tal-G.D.P. jikkontribwixxu dawn il-pensjonijiet issa u matul dawn l-aħħar tlett decades?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli li jipprovdu l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru.
B'mod partikolari l-informazzjoni mogħtija fit-tieni tabella tipprovdi numru ta' ndikazzjonijiet interessanti.
17.12.98
Jista' l-Ministru jgħid x'persentaġġ tal-GDP ikkontribwixxew is-social budgets, sena b'sena, għal dawn l-aħħar 20 sena? Kemm minn dawn il-persentaġġi kienu għall-pensjoni kontributorja u kemm ma kienux, ċioe' pensjonijiet non-kontributorji u skemi oħra bħal SKA's? X'persentaġġ minn dawn is-social budgets, sena b'sena, kien allokat għall-unemployment benefits?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru. Għalkemm il-preparazzjoni ta' din it-Tweġiba kienet tinvolvi eżerċizzju estensiv, ħassejt li dan kellu jsir anke għax din it-tip ta' riċerka u evalwazzjoni s'issa ma kinetx qed tingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Irrid niċċara li, għall-iskop ta' din it-Tweġiba:
(i) taħt id-definizzjoni ta' 'social budgets' qed tiġi nkluza biss in-nefqa fuq il-benefiċċji tas-Sigurta' Soċjali;
(ii) taħt id-definizzjoni ta' 'pensjoni kontributorja' qed jiġu nklużi t-tipi kollha ta' pensjonijiet kontributorji u mhux ir-'Retirement Pension' biss;
(iii) taħt id-definizzjoni 'pensjonijiet non-kontributorji u skemi oħra' qed jiġu nklużi l-benefiċċji non-kontributorji kollha tas-Siġurta' Soċjali, nkluż, per eżempju, l-assistenza soċjali.
Ta' min jinnota, b'mod partikolari, li:
(i) l-ammont minfuq f'pajjiżna matul dawn l-aħħar għoxrin sena fuq benefiċċji soċjali bħala persentaġġ tal-'Gross Domestic Product at market prices' kien wieħed kostanti (bejn l-10 u t-12%) ħlief fl-1979 (meta naqas) u fl-1983 - 1985 (meta żdied);
(ii) l-ammont imħallas għal benefiċċji tal-qgħad bħala persentaġġ tal-'Gross Domestic Product at market prices' naqas sostanzjalment fl-1987 meta tela' fil-Gvern il-Partit Nazzjonalista u baqa' kostanti b'żieda relattivament żgħira fl-1997.
17.12.98
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1389 jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra c-CV tal-part-time finance officer li ġie impjegat mal-SWDP?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-dokument (Curriculum Vitae) mitlub mill-Onor. Membru. Il-persuna kkonċernata hija mpjegata ma' l-SWDP fuq bażi part-time għal ħmistax-il siegħa fil-ġimgħa.
16.12.98
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitnaddaf u jissewwa l-ġibjun li jinsab fil-Wied ta' Garnaw, f'Santa Luċija li bħalissa jinsab fi stat ta' abbandun għad-detriment tal-bdiewa tal-madwar?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma biex isir ix-xogħol neċessarju.
Jista' issa l-Ministru jirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari numri 603, 950, 291 u 2267 li jikkonċernaw l-istess suġġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tipprovdi l-informazzjoni mitluba dwar il-membri tas-Segretarjat Parivat tiegħi li sa l-14 ta' Diċembru kienu ffirmaw il-kuntratt kif rikjest fil-proċeduri stabbiliti.
Il-kuntratt li ffirmaw dawn l-impjegati huwa wiehed 'pro forma' u kopja tiegħu tinsab fid-dokument dwar l-ingaġġ ta' mpjegati fis-Segretarjati Privati li kien tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
16.12.98
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari numri 604 u 2268 li jikkonċernaw l-istess suġġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 604 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
It-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2268 qed tingħata separatament.
16.12.98
Jista' l-Ministru jgħidilna jekk l-ordni li ta biex jiddaħħlu social workers addizjonali fl-SWDP ġietx esegwita?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-talba għar-reklutaġġ ta' aktar 'Social Workers' ma' l-SWDP kienet ilha li saret għal numru ta' xhur qabel il-bidla fl-Amministrazzjoni u din kienet baqgħet ma ntlaqgħetx. Din it-talba jien approvajtaha ftit wara l-bidla fl-Amministrazzjoni u nikkonferma li l-proċess ta' reklutaġġ twettaq.
16.12.98
Rigward ir-risposti parlamentari għall-mistoqsijiet parlamentari numri 773 u 1308, jista' l-Ministru jgħid jekk ordnax inkjesta dwar il-kawża għaliex informazzjoni daqshekk sensittiva m'hijiex available fis-sistema komputerizzata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onor. Interpellant imissu jaf li dan is-saqaf tad-Dar ta' l-Anzjani tal-Furjana sar ix-xogħol fuqu fl-1991/92. Dak iż-żmien id-Dipartiment għall-Anzjani ma kellux programm komputerizzat li jiġbor fih din l-informazzjoni. Għalhekk ma nħossx li hemm bżonn ta' l-ebda inkjesta.
16.12.98
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1091, jista' l-Ministru jgħid jekk kellux risposta mingħand l-imsieħba soċjali miġbura fil-MCED għal dak li jirrigwarda ċ-CERA u l-IRA? Jista' l-Ministru jgħarrafna jekk iltaqax ma' l-imsieħba soċjali biex jiddiskuti dawn il-liġijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In segwitu għar-risposta għad-Domanda Parlamentari 1091 nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant li jien informat li M.C.E.D. qedin jippreparaw biex jibgħatuli l-proposti konkreti tagħhom fi żmien raġonevoli.
16.12.98
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħinijiet uffiċjali tax-xogħol tal-plumbers u electricians li jaħdmu fl-Isptar San Vincenz de Paule? Kemm hemm ħaddiema li jagħmlu dan it-tip ta' xogħol? X'inhi l-medja ta' sejħiet għall-maintenance ta' kuljum, kemm għall-plumbers kif ukoll għall-electricians?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-Maintenance Section tar-Residenza ta' San Vinċenz hemm sebgħa plumbers u tmin electricians.
Dawn qed jaħdmu fuq shift ta' AOAO. Il-ħinijiet tax-xogħol huma mis-sebgħa ta' filgħodu sas-sebgħa ta' filgħaxija.
Il-medja tax-xogħol hija ta' tmintax il-sejħa kuljum għall-Plumbers u tnejn u għoxrin għall-electricians.
14.12.98
Jista' l-Ministru jelenka kemm saru żjarat mill-ispettorat ta' l-ETC, sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minn dawn ġew solvuti u kemm minnhom għadhom sub judice? X'inhi l-preskrizzjoni ta' dawk il-każi li għadhom sub judice? Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li xi każi li għadhom sub judice jiġu xolti qabel ma tgħaddi l-preskrizzjoni minn fuqhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba tingħata f'xi Seduta oħra.
14.12.98
Veru li n-nursing aide partikolari ngħata transfer minn San Vinċenz de Paule fejn ġie mibgħut jaħdem fil-laundry bħala supervisor? Veru li dan l-istess nursing aide għandu l-permess li minflok li juża l-punch clock bħal ħaddiema l-oħra fil-grad tiegħu, qed jitħalla jiffirma? Veru li n-nursing aide ieħor intbagħat jaħdem l-Isptar San Luqa bħala security guard, u jekk fl-affermattiv, taħt liema kriterji amministrattivi sar dan it-transfer?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mhux veru li Nursing Aide partikulari ngħata transfer għal ġol-Laundry. Li ġie transferred il-Laundry huwa Health Assistant li bħalu hemm diversi Health Assistants oħra li jaħdmu ġol-Laundry.
Mhux veru wkoll li dan qed jitħalla jiffirma. Dan qed jippanċja u l-Punch Card No. tiegħu huwa l,202.
Dak li ġie transferred għal mas-Security huwa Health Assistant u mhux Nursing Aide.
14.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti minn San Vinċenz de Paule mistednin għall-ikla ta' San Martin li għadha kif għaddiet ix-xahar l-ieħor? Kemm kien hemm membri ta' l-istaff preżenti għal din l-okkażjoni? Xi gradi kellhom dawn il-membri ta' l-istaff? X'inhuwa t-total ta' flus li ġew minfuqa fuq din l-attivita'? Kemm kien hemm privates privati mikrijin għall-istess attivita', u mil-liema garaxx kienu mikrijin? Kemm hemm patient transporters irreġistrati ma' l-istess Sptar San Vinċenz de Paule? Kemm dawk li huma proprjeta' tal-gvern u kemm dawk li huma mikrijin mingħand garaxxijiet privati? X'inhu l-ammont li suppost jonfoq l-entertainment section kull sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għall-Festa ta' San Martin li bħal snin oħra ġiet ċelebrata fil-ġonna tal-Buskett nhar il-11 ta' Novembru 1998, attendew b'kollox 210 anzjani li minnhom kien hemm 85 wheel chair cases. Biex jieħdu ħsieb u jgħinu lil dawn l-anzjani għal din l-okkażżjoni kienu nvoluti 26 staff.
Tlitt coaches bil-lifter, bus u żewġ vannijiet kollha ta' din ir-Residenza, intużaw biex iġorru l-anzjani u l-ikel.
Inkrew tlitt buses mingħand il-Paramount Garage u ġew imħallsa mill-Welfare Committee.
L-ispiża għal din l-okkażżjoni kienet ta' Lm319.
L-entertainment section m'għandiex vot speċifiku ta' kemm għandha tonfoq flus fis-sena.
14.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilita' li qed jirreġistraw għax-xogħol, kemm minnhom huma nisa u x'inhi l-eta' tagħhom? Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-persuni qed jirreġistraw bħala labourers?
Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-persuni qed jieħdu xi forma ta' benefiċċju tas-sigurta' soċjali u kemm qed jieħdu benefiċċju marbut mad-diżabilita' li huma jsofru?
Jista' imbagħad il-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilita' li qed igawdu minn xi benefiċċju amministrat mis-Segretarjat tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'? Jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni bin-numru ta' persuni għal kull benefiċċju separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Rigward Mistoqsija Parlamentari Nru. 2472, l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru qed tinġabar u għalhekk Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
14.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li tilfu x-xogħol xahar b'xahar, f'Settembru, Ottubru, Novembru u Diċembru, 1998 u x'kien ix-xogħol preċedenti ta' kull wieħed minnhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' nies li tilfu x-xogħol xahar b'xahar f'Settembru, Ottubru u Novembru 1998 u x-xogħol preċedenti tagħhom hu kif ġej:
SETTUR SETTEMBRU OTTUBRU NOVEMBRU
Tourism/Hotels/Catering 15 23 58
Manufacturing 41 45 38
Mechanical/Metal/Building 27 33 31
Woodwork 4 4 5
Retail/Wholesale 33 33 20
Others 54 45 34
TOTAL 174 183 186
14.12.98
Jista' l-Ministru jinforma jekk ġiex ifformat minnu l-kumitat li jieħu ħsieb il-Vot 4070 dwar it-tqassim tal-flus lil Non-government Organisations? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħidilna min huma l-persuni u x'inhi l-kariga tagħhom f'dan il-kumitat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Tweġiba tingħata f'Seduta oħra.
14.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm residenti jgħixu fid-dar tal-Furjana u kif kienu ġew imqassma fid-djar l-oħrajn wara li nbeda x-xogħol ta' rinovazzjoni fid-dar tal-Furjana?
Jista' l-Ministru jgħid fejn intbagħtu dan l-aħħar dawn ir-residenti? Dawn intbagħtu f'xi post immexxi mill-privat u f'dan il-każ, kemm qed iħallas il-gvern għal kull persuna kuljum?
Jista' l-Ministru jgħid jekk in-nefqa fuq it-tiswijiet u l-modernizzar fid-dar tal-Furjana hijiex se taqbeż is-somma stmata meta nbeda x-xogħol?
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li d-dar tal-Furjana titlesta biex dawn ir-residenti jkunu jistgħu jerġgħu jinġabru fiha kif jixtiequ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta fuq l-istess suġġett li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2020.
Rigward jekk in-nefqa fuq it-tiswijiet u modernizzar fid-dar tal-Furjana hijiex se taqbeż is-somma stmata meta nbeda x-xogħol, jien infurmat li, mill-informazzjoni miġbura s'issa, ma jidhirx li l-ispiża se taqbeż is-somma stmata.
Id-dar tal-Furjana għandha tkun lesta għal ħabta ta' Marzu, 1999.
14.12.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux konsulenti fid-dikasteru tiegħu, min huma, meta sarilhom il-kuntratt u x'salarju flimkien ma' allowances għandhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru.
14.12.98