Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #4821 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Finanzi

Indiċi tal-prezzijiet — Inspectors

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-job description il-ġdid ta' l-inspectors li qed joħorġu fil-ħwienet biex jissorveljaw ċaqiq fil-prezzijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #4822 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Finanzi

Indiċi tal-prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif il-politika hekk imsejħa ta' persważjoni se tipproteġi lill-konsumatur minn dawk li huma responsabbli għal għoti ta' ċerti prezzijiet bla rażan?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa l-Gudja, il-Marsa, Raħal Ġdid, Santa Luċija u Ħal Tarxien li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra. 1.2.99

Korporazzjonijiet/kumpanniji — National Insurance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm arretrati fin-National Insurance dovuti minn korporazzjonijiet u kumpanniji li fihom il-gvern għandu sehem? Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm arretrati dovuti minn kumpanniji privati u minn individwi privati self-employed? Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex jinġabru l-arretrati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Sa Diċembru ta' l-1997, kien hemm arretrati ta' kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali fl-ammont ta' Lm45,000 dovuti minn korporazzjonijiet u kumpaniji li fihom il-gvern għandu sehem. Dan l-ammont hu dovut kollu minn kumpaniji li huma fl-istadju ta' likwidazzjoni. Kien hemm ukoll ammont ta' madwar Lm6.0m dovuti minn kumpanija oħra. Fir-rigward ta' individwi privati li jaħdmu għal rashom, l-ammont dovut ma jistgħax jiġi stabbilit peress li l-kontribuzzjoni dovuta tiddependi minn dħul ta' l-individwu fis-sena. Għaldaqstant, jekk wieħed ma jkunx jaf kemm hu d-dħul, ma jistgħax jiġi kkalkolat l-ammont ta' kontribuzzjoni dovuta. Fir-rigward tas-sena 1998, kif jaf l-Onor. Interpellant l-Abbozz ta' liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, u li issa qiegħed fi stadju ta' kumitat, jgħid li r-responsabbilita' ta' ġbir u l-infurzar għal ħlas ta' kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali, ser tgħaddi fuq id-Dipartiment tat-Taxxi Nterni b'effett mill-1 ta' Jannar 1998. 25.1.99

Impjiegi — Tfal jaħdmu taħt is-16-il sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal taħt is-16-il sena li nqabdu jaħdmu fl-1998? X'tip ta' postijiet ta' xogħol inqabdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' tfal taħt is-16-il sena li nqabdu jaħdmu fl-1998 kien ta' 33. It-tipi ta' postijiet ta' xogħol huma kif ġejjin: BUILDING SITES 2 RESTAURANTS 4 SHOPS 7 STORE 1 CONFECTIONERIES 3 SUPERMARKETS 4 HOTELS 5 PUB 1 HAWKERS 2 PASTIZZERIA 2 QUARRIES 1 FACTORIES 1 25.1.99

Impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għall-impjieg matul Settembru, Ottubru, Novembru u Diċembru 1998 minn: (a) servizz pubbliku; (b) enti statutorji; (ċ) enti u kumpanniji li l-Gvern direttament jew indirettament, għandu mill-inqas nofs l-ishma tagħhom; u (d) is-settur privat? Jista' l-Ministru jindika d-dipartiment, enti jew kumpannija fil-każ ta': (a), (b) u (ċ) kif ukoll ix-xogħol mitlub f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. 25.1.99

ETC — Job placements

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru job placements mill-ETC matul Settembru, Ottubru, Novembru u Diċembru 1998? Kemm placements saru mill-Job Centre minn Ħal Far u minn Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' placements li saru mill-ETC matul ix-xhur ta' Settembru, Ottubru, Novembru u Diċembru 1998 kien ta' 97, 226, 208, 105 rispettivament. Dawn kienu maqsuma kif jidher hawn taħt: 1998 PARASTATALI PRIVAT Ħ Ħal-Far Job Centre Għawdex Job Centre (Malta) (Gozo) Settembru 22 38 35 2 - Ottubru 71 86 59 10 - Novembru 9 71 116 12 - Diċembru 2 43 52 6 2 25.1.99

ETC — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies jirreġistraw fl-ewwel ġimgħa ta' Jannar 1999 fl-ewwel, it-tieni u fit-tielet parti tar-reġistru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Iċ-ċifri għax-xahar ta' Jannar għadhom m'humiex pubblikati. Għalhekk ma tistax tingħata Tweġiba f'dan l-istadju. 25.1.99

ETC — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni li marru jirreġistraw matul ix-xhur ta' Settembru, Ottubru, Novembru u Diċembru? Kemm minn dawn il-persuni qed jirreġistraw għall-ewwel darba? Kemm minnhom kellhom, impjiegi qabel ma marru jirreġistraw f'dawn ix-xhur? F'liema kategorija ta' mpjiegi (skilled, unskilled, professional eċċ) applikaw dawk li marru jirreġistraw f'dawn l-aħħar tliet xhur? Fl-istess żmien skond l-ETC kemm kienu l-persuni li sabu mpjieg ġdid?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni li marru jirreġistraw għax-xogħol matul ix-xhur ta' Settembru, Ottubru, Novembru u Diċembru 1998 kien ta' l,234, 1,353, 1,212, 1,071 rispettivament. Minn dawn hemm: 366 li rreġistraw għall-ewwel darba f'Settembru 1998 498 li rreġistraw għall-ewwel darba f'Ottubru 1998 292 li rreġistraw għall-ewwel darba f'Novembru 1998 u 255 li rreġistraw għall-ewwel darba f'Diċembru 1998 Minn dawn ta' hawn fuq kien hemm 241 f'Settembru, 326 f'Ottubru, 214 f'Novembru u 212 f'Diċembru li kellhom impjieg qabel ma marru jirreġistraw. Qiegħed nehmez tabella li turi għal liema kategorija ta' mpjiegi applikaw dawk li marru jirreġistraw f'dawn l-aħħar tliet xhur. Skond l-ETC in-numru ta' 'Engagements' li rċeviet kienu ta' 2,340 f'Settembru, 5,486 f'Ottubru, 4,871 f'Novembru u 1,891 f'Diċembru 1998. Dawn il-figuri jinkludu wkoll persuni ġodda. 25.1.99
Leg 9 PQ #3481 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Car park

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex filwaqt li fis-CCF (Corradino Correctional Facility) għadu kif sar car park ġdid, ċerti impjegati li jaħdmu ġewwa l-ħabs, xorta waħda għadhom jipparkjaw fi Triq Valletta f'Raħal Ġdid, b'konsegwenza li r-residenti ta' din it-triq qed isibuha diffiċli biex isibu fejn jipparkjaw il-vetturi tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li meta xi mpjegati tal-Ħabs jipparkjaw il-karozzi tagħhom barra l-car park tal-Ħabs, dan ma jsirx b'kapriċċ iżda għax l-istess car park tkun mimlija. 18.01.99

Ministeru għall-Politika Soċjali — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni kollha li huma fis-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarju parlamentari li jaqa' taħtu? Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol ta' kull wieħed u f'liema impjieg kienu l-aħħar qabel ġew fis-segretarjat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 3451. 18.1.99

Pensjoni — Pensjoni tas-Servizzi

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni li gawdew mill-iskema tal-Pensjoni tas-Servizzi kif mogħtija mill-Gvern Laburista? Jista' jgħid x'kienet in-nefqa u kemm għad hemm persuni li għadhom ma gawdewx minn din l-iskema? Jista' jgħid ukoll meta se jitħallsu dawn il-każi li għad hemm pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lil Onor. Interpellant li minn total ta' madwar 18,000 pensjonant li jirċievu pensjoni tas-Servizz u li qed jirċievu pensjoni tas-Sigurta' Soċjali, 6,799 ibbenefikaw minn żieda fil-pensjoni tagħhom b'riżultat tal-miżuri li ġew fis-seħħ b'effett mill-4 ta' Ottubru, 1997. In-nefqa minħabba din il-miżura matul l-1997 kienet ta' Lm390,000. Iż-żieda fl-ispiża rikkorrenti matul l-1998 b'effett ta' dawn iż-żidiet hija ta' Lm1.56 miljun. Jiena nfurmat li t-taqsima tal-pensjonijiet spiċċat l-eżerċizzju kollu u l-ftit każi li għandhom pendenti huma dawk fejn l-informazzjoni meħtieġa dwar ir-rata oriġinali tal-pensjoni tas-Servizz ma ġietx ipprovduta mill-pensjonant. Għaldaqstant il-kalkolu tal-pensjoni ma tistax ssir. Kif din l-informazzjoni tiġi provduta, l-pensjoni tiġi riveduta u kull arretrati dovuti jitħallsu. In-numru ta' dawk il-pensjonanti li ma gawdewx minn żieda fil-pensjoni minħabba dawn il-miżuri huwa ta' madwar 11,201. 13.1.99
Leg 9 PQ #2398 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm ilhom jaħdmu mal-gvern? Kemm minnhom ġew ingaġġati matul dawn l-aħħar sentejn? X'tip ta' kuntratti għandhom u x'salary scale għandhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-uniku tip ta' konsulenti li jaħdmu fid-Diviżjoni tas-Saħħa b'kuntratt huma tobba barranin. Minn dawn hemm tlieta. L-informazzjoni mitluba dwarhom hija kif ġej: Data ta' Tip ta' Kuntratt Salarju l-Ingaġġ __________________________________________________ __________ 1. 30/08/84 Ta' sena, imbagħad LM7,391 fis-sena jiġġedded bla taxxa 2. 01/04/95 Ta' Sena Snin LM35,000 fis-sena bla taxxa. Is-salarju jiġi rivedut fis-sena 2001. 3. 01/03/97 Ta' tlett snin LM42,000 fis-sena, taxxabbli

Non-government Organisations — Tqassim ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jinforma jekk ġiex ifformat minnu l-kumitat li jieħu ħsieb il-Vot 4070 dwar it-tqassim tal-flus lil Non-government Organisations? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħidilna min huma l-persuni u x'inhi l-kariga tagħhom f'dan il-kumitat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bi ħsiebni naħtar mill-ġdid il-kumitat imsemmi mill-Onor. Membru mill-aktar fis fis-sena l-ġdida. 13.1.99

ETC — Żjarat mill-ispettorat

Question

Jista' l-Ministru jelenka kemm saru żjarat mill-ispettorat ta' l-ETC, sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minn dawn ġew solvuti u kemm minnhom għadhom sub judice? X'inhi l-preskrizzjoni ta' dawk il-każi li għadhom sub judice? Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li xi każi li għadhom sub judice jiġu xolti qabel ma tgħaddi l-preskrizzjoni minn fuqhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar ħames snin, in-numru ta' żjarat li saru mill-ispettorat tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ hu kif ġej: SENA TOTAL 1994 3,541 1995 4,272 1996 5,308 1997 5,252 1998 (sa Novembru) 6,336 ------ 24,709 Il-figura preċiża ta' kemm ġew solvuti każi ma tistax tingħata għaliex għad hemm 685 każ li għadhom ma tressqux il-qorti u 29 każ li ġew diferiti mill-Qorti waqt li hemm numru ta' każi li l-akkuża għad trid tiġi preparata. Il-preskrizzjoni hi ta' 6 snin. Peress li hemm ammont kbir ta' każi li għadhom pendenti u dawn imorru lura għal numru ta' snin, il-Korporazzjoni qed taħseb li l-każi kollha li seħħew qabel l-1 ta' Ġunju 1997 jiġu rtirati u b'hekk każi relattivament riċenti jistgħu jiġu trattati malajr u b'aktar effiċjenza. 13.1.99
Leg 9 PQ #2290 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Refurbishment

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 847, jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq il-gvern Laburista fuq refurbishment ta' l-Isptar San Luqa matul is-sentejn ta' gvern Laburista, sena b'sena, u kemm beħsiebu jalloka fondi l-Gvern Nazzjonalista?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Bejn Novembru 1996 u Awissu 1998 intefqu Lm943,229.59 fuq ir-Refurbishment tal-Isptar San Luqa. Għas-sena li ġejja ġew ivvutati Lm250,000.
Leg 9 PQ #2395 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Xiri ta' ophtalmic angiography machine

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inħariġx it-tender għal xiri ta' ophthalmic angiography machine u jekk fin-negattiv meta beħsiebu jagħmel dan, peress li hemm lista konsiderevoli ta' pazjenti li qed jistennew din l-investigazzjoni tant importanti għalihom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment qed jieħu l-passi neċessarji sabiex jinxtara apparat ġdid.
Leg 9 PQ #2397 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nurses jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa? Ta' liema kategorija huma? F'liema sptarijiet qed jaħdmu? Kemm hemm nisa u kemm hemm irġiel?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' Nurses li jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa jammonta 1156. Dawn in-nurses huma mqassmin kif jidher hawn taħt: Grad Irġiel Nisa ___________________________________________ Airport Health Office Enrolled Nurse 4 - Boffa Hospital Departmental Nursing Manager 1 - Deputy Nursing Officer 2 4 Enrolled Nurse 20 28 Manager Nursing Services 1 - Nursing Officer 4 4 Staff Nurse 3 8 Head Office Director Nursing Services - 1 Nursing Officer 1 - Health Infor. Systems Enrolled Nurse 1 1 Staff Nurse - 4 Health Policy & Planning Deputy Nursing Officer 1 - Institute of Health Care Enrolled Nurse 1 - Enrolled Nurse - 1 Nursing Officer - 3 Staff Nurse - 10 Mount Carmel Hospital Departmental Nursing Manager 3 - Deputy Nursing Officer 4 5 Enrolled Nurse 80 64 Manager Nursing Services 1 - Nursing Officer 10 7 Staff Nurse 8 19 Primary Health Care Manager Nursing Services 1 - Deputy Nursing Officer 1 5 Enrolled Nurse 16 59 Nursing Officer 5 4 Staff Nurse 5 39 Public Health Staff Nurse - 1 St. Luke's Hospital Departmental Nursing Manager 3 4 Deputy Nursing Officer 34 20 Enrolled Nurse 122 187 Manager Nursing Services 1 - Nursing Officer 33 17 Staff Nurse 85 205 Tal-Ferħa Enrolled Nurse 1 3 Nursing Officer 1 -
Leg 9 PQ #2400 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet fl-Isptarijiet San Luqa u Karen Grech, fl-operating theatres rispettivi tagħhom, sena b'sena, matul dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Operazzjonijiet li saru fl-Isptar San Luqa Operating Theatre huma:- Sena Surgical/Orthopaedic E & A Endoscopy __________________________________________________ ____ 1988 9921 515 720 1989 / / / 1990 7774 655 3588 1991 7001 565 3797 1992 7999 333 4469 1993 7754 493 4237 1994 7561 457 3783 __________________________________________________ ______ Operazzjonijiet li saru fl-Isptar Karin Grech Operating Theatre huma: Sena Gynae/Maternity ENT Ophthalmic Fairyland __________________________________________________ __________ 1988 3266 1731 1814 154 1989 / / / / 1990 3765 1634 1490 643 1991 3909 962 1513 628 1992 4878 1545 1457 701 1993 4738 1638 1646 673 1994 4283 1678 1536 692 __________________________________________________ ___________ Jidher li r-records ta' l-1989 ġew spustati, u għalhekk il-figuri ma jistgħux jingħataw għalissa. Dawn jiġu mogħtija appena jinstabu. Ninsab infurmat li fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Karin Grech saru 22,037 operazzjoni matul l-1995, 22,708 operazzjoni matul l-1996, 23,316 operazzjoni matul l-1997, u 16,502 operazzjoni minn Jannar sa Awissu ta' din is-sena.
Leg 9 PQ #2405 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Dipartiment ta' l-Out-patients

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew invistati nies fid-Dipartiment ta' l-Out-Patients ta' l-Isptar San Luqa sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' nies invistati fid-Dipartiment tal-Out Patients, tal-Isptar San Luqa f'dawn l-aħħar għaxar snin hu hekk: Sena Każi Ġodda Follow-ups ________________________________________________ 1988 87,704 254,493 1989 - - 1990 95,777 237,413 1991 85,811 227,233 1992 77,434 234,785 1993 78,393 240,156 1994 80,034 245,957 1995 80,708 234,103 1996 83,292 254,378 1997 75,493 244,958 1998 56,262 185,036 (sa l-aħħar ta' Settembru) __________________________________________________ Ir-records għas-sena 1989 għadhom qed jinġabru.