Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-Ministeru biex jiġu rranġati mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Jista' l-Ministru jagħti rendikont itemized dwar l-flus li ntnefqu?
Response (REFALO, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 2649. Minn dakinhar 'il hawn ma ntefqu ebda spejjeż oħra għal dan il-għan.
Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Infiq ta' flus
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-Ministeru biex jiġu rranġati mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Jista' l-Ministru jagħti rendikont itemized dwar l-flus li ntnefqu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija Nru. 2648.
Dwar it-tieni parti tad-domanda ma nara l-ebda skop li jingħata r-rendikont itemized mitlub fit-tieni parti tal-mistoqsija.
Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Infiq ta' flus
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-Ministeru biex jiġu rranġati mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Jista' l-Ministru jagħti rendikont itemized dwar il-flus li ntnefqu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Biex jiġu rranġati l-uffiċini tal-Ministeru fil-Berġa ta' Aragona, bejn il-5 ta' Settembru 1998 u llum, intefqet is-somma ta' Lm5460.58c.
Sakemm ma ningħatax raġuni valida 'l għala qed jintalab, ma nara l-ebda skop li jingħata r-rendikont 'itemized' mitlub fit-tieni parti tal-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-Ministeru biex jiġu rranġati mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Jista' l-Ministru jagħti rendikont itemized dwar l-flus li ntnefqu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-ammont ta' flus minfuqa, bejn il-5 ta' Settembru, 1998, u t-23 ta' Frar, 1999, biex jiġu rranġati l-uffiċini fil-Ministeru ta' l-Intern huwa kif spjegat hawn
taħt :
Ministeru - Lm 448.00
Segretarjat Parlamentari - Lm16,011.00
Taqsima Amministrazzjoni - Lm 3,671.00
Ta' min jinnota li fil-bini tal-Ministeru f'Casa Leoni, Santa Venera, kellhom isiru xogħolijiet sabiex jiġi akkomodat s-Segretarjat Parlamentari, liema faċilitajiet ma kienux qabel eżistenti.
Sakemm ma ningħatax raġuni valida 'l għala qed jintalab, ma nara l-ebda skop li jingħata r-'rendikont itemized' mitlub fit-tieni parti tal-mistoqsija.
03.03.99
B'riferenza għal Villa De Fremeaux fi Triq Santa Katarina, fiż-Żejtun, billi kien hemm kawża l-qorti dwar dan il-bini li fiha kien anke imdaħħal il-Kunsill Lokali taż-Żejtun, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-kunsill ingħatax sodisfazzjoni ta' x'se jsir l-aktar wara l-ħsara li saret fil-faċċata?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Żejtun għadu qed
jistenna tweġiba mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar għall-
protesti li għamlu wara l-ħruġ għall-permessi għall-
iżvilupp fil-fond ta` Villa de Fremaux.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ħaddiema tal-Kalaxlokk qed jiġu msejħa sabiex jippreżentaw ruħhom għal medical test dan l-aħħar?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li wara talba tad-Direttur tax-Xogħol lill-kumpanija, xi ħaddiema tal-Kalaxlokk qed jintbagħtu l-Occupational Health and Safety Unit biex isirilhom eżami mediku skond l-Att numru VII ta' l-1994 għall-Promozzjoni tas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet li l-Petroleum Division tal-Korporazzjoni Enemalta tiġi ristrutturata jew forsi privatizzata fil-futur?
Response (BONNICI, JOSEF)
Għad ma hemm l-ebda pjan dwar ristrutturizazzjoni jew privatizazzjoni tal-Petroleum Division ta' l-Enemalta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jibbenefikaw single parent families u familji oħra li qed jirċievu ċ-children's allowance permezz taż-żewġ emendi li tressqu fil-budget li ġie ppreżentat tliet xhur ilu, li proprju jikkonċernaw single parent families kif ukoll tibdil fil-liġi taċ-children's allowance?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-istima mill-ġdid ta' kull sena biex jiġi stabilit id-dritt tal-Allowance tat-Tfal skond id-dħul dikjarat għas-sena 1998 hi mistennija li titlesta għal-ħabta ta' Lulju ta' din is-sena f'liema xahar jiġi dovut l-pagament li jmiss wara r-reviżjoni imsemmija.
Għaldaqstant l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ma tkunx tista' tinġabar f'dan l-istadju.
2.3.99
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Infiq ta' flus
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-Ministeru biex jiġu rranġati mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Jista' l-Ministru jagħti rendikont itemized dwar l-flus li ntnefqu?
Response (MARCO, GUIDO DE)
L-ammont totali li tħallas għal xogħolijiet li saru, jew għal xiri ta' provvisti u materjal li nkiseb bejn il-5 ta' Settembru 1998 sa l-aħħar ta' Frar 1999, biex jiġu rranġati u arredati aħjar l-uffiċini tal-Ministeru kien ta' Lm4,538.35.
Sakemm ma ningħatax raġuni valida 'l-għala qed tintalab din l-informazzjoni, ma nara l-ebda skop li jingħata r-rendikont itemized mitlub fit-tieni parti tal-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-Ministeru biex jiġu rranġati mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Jista' l-Ministru jagħti rendikont itemized dwar il-flus li ntnefqu?
Response (GALEA, LOUIS)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija numru 2652.
Dwar it-tieni parti, sakemm ma ningħatax raġuni valida 'l-għala qed jintalab, ma nara l-ebda skop li jingħata r-'rendikont itemized' mitlub fit-tieni parti tal-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn konsumaturi li nqatgħalhom id-dawl u l-ilma għax ma ħallsux il-kont, sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin u għall-perjodu mill-5 ta' Settembru sal-lum? Kemm minn dawn kienu individwi u kemm kienu kumpanniji?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn konsumaturi li nqatgħalhom is-servizz tat-telefon għax ma ħallsux il-kont? Kemm minn dawn kienu individwi u kemm kienu kumpanniji?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi konkreti se jittieħdu biex il-prezzijiet li għolew mingħajr ġustifikazzjoni jerġgħu għal dak li kienu qabel?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jekk jirriżulta li prezz ta' prodott għola mingħajr ġustifikazzjoni, il-bejjiegħ li jkun għolla l-prezz jiġi ordnat iraħħas il-prezz għal dak ġust. Jekk, wara li ssir 'follow-up inspection', jinstab li l-bejjiegħ baqa' jippersisti fl-abbuż, dan jiġi mħarrek skond il-liġi.
Jista' l-Ministru jgħidilna f'liema okkażjonijiet is-Segretarju Parlamentari għas-self employed uża l-politika ta' persważjoni biex jikkonvinċi xi importaturi jew bejjiegħa biex iraħħsu l-prezzijiet?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nassumi li meta l-Onorevoli Interpellant għamel il-mistoqsija kellu f'moħħu l-laqgħat li saru għal dawk li jaħdmu għal rashom dwar it-tħaddim tas-sistema tal-VAT u li fiha ħa sehem wieħed mis-Segretarji Parlamentari fil-Ministeru tiegħi.
Is-Segretarju Parlamentari ħa sehem f'dawn il-laqgħat li fihom ġie spjegat lil dawk li jaħdmu għal rashom dak kollu relatat mas-sistema tal-VAT inkluż roħs fil-prezzijiet fejn applikabbli.Eżempju ċar ta' dan kien ir-roħs li sar fil-prezz ta' ċertu mediċini.
Jista' l-Ministru jagħti l-job description ġdid ta' l-inspectors/instructors li qed joħorġu fil-ħwienet biex jissorveljaw ċaqliq fil-prezzijiet?
Response (BONNICI, JOSEF)
Għal dawn l-aħħar snin l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta kellu numru ta' skrivani li jimmonitorjaw il-prezzijiet fis-suq ta' prodotti li huma kkunsidrati bħala market leaders. Dawn l-iskrivani ma ngħataw l-ebda job description ġdid.
Jista' l-Ministru jispjega kif il-politika hekk imsejħa ta' persważjoni se tipproteġi lill-konsumatur minn dawk li huma responsabbli għall-għoti ta' ċerti prezzijiet bla rażan?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-mekkaniżmu li għandu l-Gvern għad-dispożizzjoni tiegħu biex jipproteġi l-konsumatur minn għoli bla ġustifikazzjoni tal-prezzijiet, huwa l-istess li kellha l-amministrazzjoni Laburista. Hija prerogattiva tal-Gvern preżenti li jkompli jeduka lil kulħadd f'dan il-qasam. Naħseb li t-tattika tal-persważjoni hija l-aħjar għodda f'dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inħarġux permessi għall-bini bil-proprjeta' magħrufa bħala Villa Da Fremeaux fi Triq Santa Katarina fiż-Żejtun? Jaf il-Ministru li minkejja li qatt ma kienu nħarġu permessi dejjem issokta x-xogħol ta' tkissir f'din il-proprjeta' storika ta' żmien il-Franċiżi, kemm fid-dar kif ukoll fil-ġiebja kbira u antika li hemm, li saħansitra ntradmet bil-ħamrija? Jista' l-Ministru jgħid jekk kien hemm stop order jew appell quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar huwiex lest li minbarra li jwaqqfu x-xogħol jobbliga li d-dar issir fl-istat li kienet qabel?
Jaf il-Ministru li l-ħsara li saret fil-faċċata u l-aċċess li hemm, huwa ta' periklu u fastidju f'dak li hu serq u abbuż kemm għar-residenti kif ukoll għal dawk li jkunu għaddejjin minn quddiem id-dar?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jaħseb biex ikun hemm skop ulterjuri għal din il-proprjeta' li tista' tkun ta' servizz akbar għal komunita'?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant, il-permess għal bini ta' garaxxijiet u appartamenti nħareġ fis-27 ta' Lulju, 1998. Eventwalment inħareġ Stop and Enforcement Notice u hemm appell pendenti quddiem il-Planning Appeals Board.
01.03.99
Jista' l-Ministru jgħidilna f'liema okkażjonijiet is-Segretarju Parlamentari għas-Self Employed uża l-politika ta' persważjoni biex jikkonvinċi xi importaturi jew bejjiegħa biex iraħħsu l-prezzijiet?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-prodotti li roħsu skond price list ta' supermarket ewlieni li qiegħdha għandu?
Response (DALLI, JOHN)
Ma naħsibx li għandi npoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra billi l-prezzijiet kienu, għadhom u jibqgħu fi stat ta` tibdil u nformazzjoni bħal din tista` tagħti lok għal misinterpretazjoni. Pero l-Onor Interpellant jista` jekk irid jara u jgħarbel id-dettalji tal-informazzjoni kollha fil-price list li qiegħed jirreferi għaliha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jibbenefikaw single parent families u familji oħra li qed jirċievu ċ-children's allowance permezz taż-żewġ emendi li tressqu fil-budget li ppreżenta tliet xhur ilu, li proprju jikkonċernaw single parent families kif ukoll tibdil fil-liġi taċ-children's allowance?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.