Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sigurta' Soċjali — NI

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inġabret national insurance sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin, kemm b'mod totali kif ukoll kif imqabbla bħala persentaġġ tal-GDP? Matul dawn is-snin imsemmija, kemm hu kkalkolat li kien hemm NI contributions li fil-fatt ma nġabrux? X'beħsiebu jagħmel id-dipartiment biex inaqqas din il-ħela ta' introjtu li hawn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra. 21.06.99
Leg 9 PQ #7965 Sitting 126 1999-06-21 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Total knee replacements

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru total knee replacements, xahar b'xahar, mill-5 ta' Settembru, 1998 s'issa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li minn Settembru 1998 sa l-aħħar ta' replacement fl-isptar San Luqa. In-numru ta fit-tabella t`hawn taħt. --------------------------------- Xahar-se na Numru ta 1998 13 Ott. 1998 21* Nov. 1998 12 Dic. 1998 12 Jan. 1999 9 Fra. 1999 - Mar. 1999 - Apr. 1999 14* --------------------------------- Nota* Waħda minn dawn it-TKR`s saret bħala proċeduta bilaterali. Matul l-aħħar gimgħat ta` u matul Frar-Marzu ma sarux operazzjonijiet minħabba nuqqas ta` ta
Leg 9 PQ #7821 Sitting 125 1999-06-17 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti b'ċertifikati akkademiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellhom ċertifikati akkademiċi fis-suġġetti ta' livell ordinarju maqsuma fi grupp (eż. 10% tat-tfal kellhom 4 "O" levels, 15% tat-tfal kellhom 6 "O" levels etc, etc) dawk it-tfal li spiċċaw mill-iskejjel rispettivi tagħhom ta' 16-il sena, sena b'sena għal dawn l-aħħar 5 snin? Matul dawn l-aħħar 20 sena, x'persentaġġ ta' tfal komplew għal edukazzjoni terzjarja kif maħruġa mill-istatistiċi edukattivi li jiġu ppubblikati kull sena? Tista' din l-informazzjoni tingħata sena b'sena u kemm minnhom kienu subien/bniet?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

KIP — Laqgħat

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru laqgħat bejnu u bejn il-KIP mill-5 ta' Settembru 'l hawn? X'kienu l-punti u s-suġġerimenti li saru, u xi żviluppi kien hemm? Meta jmiss li jerġgħu jsiru laqgħat oħra? Ladarba l-Ministru stqarr li din il-koperattiva hija amateur u mhux professjonali, x'miżuri se jittieħdu sabiex il-gvern jirrimedja din is-sitwazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Bord tal-Koperattivi u l-uffiċjali tiegħu kellhom diversi laqgħat mal-Koperattiva ta' l-Indafa Pubblika b'mod partikulari ma' l-awdituri u ma' l-uffiċjali tal-Kumitat tat-Tmexxija. F'dawn il-laqgħat ġew diskussi fid-dettal is-sitwazzjoni kemm maniġerjali kif ukoll finanzjarja tal-Koperattiva. Il-Bord offra diversi pariri bi l-għan li jitjieb l-operat tal-Koperattiva u titkattar l-effiċjenza, fost oħrajn:- (a) li jsir kontroll fuq l-ispejjeż; (b) li jsir 'management accounts' fuq bażi regolari; (c) li jsir sforz biex l-attitudni in-ġenerali tinbidel u jidħol sens aqwa ta' dixxiplina; (d) li jitwaqqaf Bord ta' Sorveljanza; u (e) li jiddaħħlu 'quality standards' sabiex is-servizz jiġi mtejjeb u miżmum. Il-Bord tal-Koperattivi talab ukoll sabiex l-awdituri tal-Koperattiva jagħmlu proġezzjonijiet dwar l-andament finanzjarju tal-Koperattiva. Minn naħa tiegħu, il-Bord kien lest li jiffinanzja parti mill-ispejjeż ta' dan il-proċess. Sfortunatament iżda, ir-reazzjoni tal-Koperattiva għall-inizjattivi tal-Bord tal-Koperattivi mhux dejjem kienet waħda pożittiva u sodisfaċenti. Ta' min isemmi wkoll, li rappreżentant tal-Bord tal-Koperattivi kien involut wkoll fin-negozjati li kienu qed isiru sabiex il-problema ta' din il-koperattiva tiġi solvuta kemm fl-interess tal-membri tal-koperattiva, tal-klijenti kif ukoll tas-soċjeta' in-ġenerali. 15.6.99
Leg 9 PQ #7718 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Rave parties

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi għar-rave parties xahar b'xahar mill-5 ta' Settembru 'l hawn? X'inhi d-definizzjoni ta' rave parties? Discos oħra għandhom bżonn l-istess permessi? Kemm ġew imħarka stabbilimenti/organizzaturi din l-aħħar sena għax baqgħu miftuħin aktar milli kienu liċenzjati li jibqgħu miftuħin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li mill-5 ta' Settembru 1998, sat-8 ta' Ġunju 1999, inħareġ permess wieħed għall-rave party, għalkemm inżammu tnejn oħra illi l-permess tagħhom kien ħareġ qabel il-5 ta' Settembru 1998. Skond ma jien infurmat ma teżistix definizzjoni legali ta' rave party. Skond l-artikolu 201 tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija ma jistgħux jingħataw spettakoli jew ballijiet pubbliċi, jew spettakoli jew ballijiet li għalihom id-dħul hu bi ħlas, mingħajr liċenzja tal-Pulizija. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi ttieħdu passi kontra 15-il persuna talli damu wara l-ħin stipulat skond il-liċenzja.

Ministeru għall-Politika Soċjali — Rapporti

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn Settembru 1998 sa Mejju 1999: 1) kemm-il rapport ġie kkummissjonat mill-Ministeru; 2) f'liema oqsma; 3) min tqabbad iħejji dawn ir-rapporti f'kull każ; 4) kemm tħallsu dawk li ħejjew ir-rapport; 5) kemm hemm rapporti li ġew mitmuma; u 6) x'passi ttieħdu dwar kull rapport li ġie mitmum u mressaq lill-Ministeru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant trid tinġabar u għalhekk Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra. 5.6.99
Leg 9 PQ #7727 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Interim From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Applikazzjonijiet għal djar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem il-planning authority għal djar ta' l-anzjani ġodda? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem il-planning authority għal estensjonijiet ta' djar eżistenti? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem il-planning authority għall-immodernizzar ta' djar ta' l-anzjani antiki? X'inhi l-politika tal-gvern preżenti dwar djar ġodda ta' l-anzjani rigward min għandu jmexxihom, ċioe' jekk għandux ikun il-gvern jew il-privat? Meta xi kuntrattur privat imexxi djar ta' l-anzjani bħal dik taż-Żejtun, x'miżuri amministrattivi jieħu d-dipartiment biex jikkontrolla l-istandards tas-servizz provdut? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li jorbot il-kuntrattur privat li jmexxi d-dar ta' l-anzjani fiż-Żejtun?

Response (BORG, TONIO)

Rigward l-ewwel tlett partijiet tal-Mistoqsija it-Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra. Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-kumplament tal-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #7754 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Tneħħija ta' birth marks/tattoos

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx sistema ta' trattament ta' tneħħija ta' birth marks, tattoos, etc. permezz tal-makna tal-laser? Jekk fl-affermattiv, x'inhi l-proċedura li pazjent irid jiġi riferut fl-Isptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-apparat tal-laser għall-kura ta' birthmarks u lesjonijiet vaskulari tal-ġilda li qed jiġi nstallat fl-Isptar San Luqa mhuwiex adattat għat-tneħħija ta' tattoos. Il-kura tal-pazjenti bil-laser ser tkun koordinata mid-Dipartiment tad-Dermatoloġija fl-Isptar Boffa. M'hemm l-ebda ħsieb li tingħata kura b'xejn għal tneħħija ta' tattoos bil-laser.

Sptar Monte Carmeli — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'policy kurrenti qed jaddotta l-Gvern preżenti sabiex xi pazjenti ta' l-Isptar Monte Carmeli jiġu megħjuna sabiex jiġu allokati: 1) post fejn joqogħdu; u 2) post fejn jaħdmu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru qed tinġabar u tingħata Tweġiba f'xi Seduta oħra. 15.6.99

Port Ħieles — Safety equipment

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'miżuri se jieħu l-Ministeru u l-Health and Safety Promotion Department fid-dawl ta' l-ilmenti tal-ħaddiema li m'humiex provduti b'health and safety equipment adegwati fil-Freeport peress li f'rapport li deher f'ġurnali lokali, ħaddiema li jaħdmu fuq lashing ilmentaw li m'għandhomx strutturi adegwati u li minħabba f'hekk qed jipperikolaw ħajjithom ta' kuljum? Fl-istess rapport jingħad li lanqas m'għandhom affarijiet bażiċi bħal ingwanti speċjali, safety ladders, safety nets, eċċ. Fid-dawl ta' dawn in-nuqqasijiet serji f'korpi parastatali fejn il-gvern għandu kontroll, ma jidhirlux l-Ministru li f'każijiet bħal dawn qed jingħata eżempju ħażin lis-setturi privati ta' l-industrija Maltija? Meta beħsiebu l-gvern jilleġisla u jinforza liġijiet ġodda li tassew jipproteġu lill-ħaddiema tagħna minn traskuraġni u abbuż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi Spetturi mit-Taqsima tas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol għamlu kemm 'il spezzjoni u għamlu diversi rapporti lill-Management tal-Freeport Terminal tul dawn l-aħħar snin, u li fihom kienu sollevati nuqqasijiet li jirrigwardaw is-saħħa u s-sigurta' fuq ix-xogħol. Saru wkoll laqgħat ta' diskussjoni dwar uħud minn dawn il-problemi li, apparti l-Management kienu nvoluti wkoll il-Unions. Għalkemm ġie reġistrat progress, wieħed ma jistax realistikament jistenna li ser jinstabu soluzzjonijiet immedjati għal problemi li ilhom jeżistu diversi snin. Ninsab ukoll infurmat illi l-problemi fil-post imsemmi u li jikkonċernaw in-nuqqas ta' ħarsien tas-saħħa u s-sigurta' m'humiex dejjem dovuti għal xi nuqqas ta' min iħaddem iżda huma kaġunati wkoll minn nuqqas ta' ko-operazzjoni minn-naħa tal-ħaddiema li ta' spiss jonqsu li jikkoperaw mal-Management f'miżuri ntiżi biex jipproteġulhom is-saħħa u s-sigurta' tagħhom stess. Rigward it-tieni parti tad-domanda, nixtieq inseraħ moħħ l-Onor. Interpellant illi l-proċess ta' riforma fil-qasam leġislattiv diġa beda. Qed jitħejja Abbozz ta' Liġi biex jissostitwixxi l-Att Numru VII tal-1994, u li fost affarijiet oħra jaħseb biex jitwaqqaf Awtorita' għall-Ħarsien tas-Saħħa u Sigurta'. Huwa maħsub illi dan l-abbozz jinħareġ f'forma ta' White Paper. Qed ikunu mħejjija wkoll diversi abbozzi ta' regolamenti li huma ispirati minn uħud mid-Direttivi tal-Unjoni Ewropea. Ovvjament dawn il-miżuri leġislattivi waħedhom mhumiex biżżejjed biex jiżguraw l-ogħla livell ta' saħħa u sigurta' fil-postijiet tax-xogħol, għaliex jeħtieġ ukoll li jkun hemm żvilupp f'dawk l-oqsma organiżżativi relatati. Id-Dipartiment tax-Xogħol diġa' ħaseb biex jiżdied in-numru ta' Spetturi tas-Saħħa u s-Sigurta' li ser jingħataw ukoll iċ-ċans li jiksbu d-Diploma fis-Saħħa u s-Sigurta'. 14.6.99
Leg 9 PQ #7712 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni li mietu b'overdose ta' droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu nies b'drug overdose f'dawn l-aħħar għoxrin sena, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li mietu b'overdose permezz ta' droga ta' abbuż huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #7713 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Abbużi mid-droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu pulizija li kienu jabbużaw mid-droga, sena b'sena, matul dawn l-aħħar ħames snin? Meta individwi japplikaw sabiex jidħlu fil-korp tal-pulizija, dawn jiġu screened għad-droga? Kemm-il darba jiġu ripetuti dawn it-testijiet matul il-karriera tal-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar ħames snin kien hemm żewġ kuntistabbli li nqabdu jabbużaw mid-droga. Parti mill-proċedura ta` reklutaġġ fil-Korp tal-Pulizija tinkludi screening għad-droga. Ninsab infurmat ukoll li minn din is-sena, ser jibda jsir random screening fuq il-membri tal-Korp dwar teħid tad-droga.
Leg 9 PQ #7714 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Interim From: KARL CHIRCOP To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5349, jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema dipartimenti daħlu jaħdmu il-475 persuna u f'liema grad daħlu jaħdmu? Kemm minnhom kienu jirreġistraw ma' l-ETC qabel ma ddaħħlu jaħdmu mal-gvern? Mill-interviewing board kollha fiċ-Ċivil, x'persentaġġ ta' dawn in-nies fuq dawn il-boards huma nisa?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra żewġ tabelli li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant. Ninsab infurmat li f'dan l-Uffiċċju ma jinżammux dettalji dwar jekk min jidħol fl-impieg mal-Gvern ikunx qabel qiegħed jirreġistra ma l-ETC jew le. Għal dak li jirrigwarda interviewing boards, dawn jinbidlu għal kull post li jimtela permezz ta' għażla, u din ilha l-prassi għal snin twal. Għalhekk mhux possibli jingħataw figuri tal-boards kollha kif mitlub. Tajt struzzjonijiet, iżda, biex tinġabar informazzjoni dwar il-boards li nħatru dawn l-aħħar sitt xhur. Din l-informazzjoni qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.

Jet skies

Question

Jista' l-Ministru jgħarrafna jekk il-jet skies barra li għandhom bżonn liċenzja għandhomx bżonn ikollhom insurance cover? Jekk fl-affermattiv, x'tip ta' insurance cover qed jesiġi d-dipartiment? Fid-dawl tat-traġedja li għadha kif seħħet fl-ibħra tagħna, x'miżuri addizjonali se jittieħdu biex jiġu evitati inċidenti simili?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li skond L.N. 19 ta` l-1985 `Regolamenti ta` l-1985 dwar Speedboats u skijar fuq il-Baħar`, min juża `speedboat (jet ski)` irid ikun assigurat kontra r-riskji ta` terzi persuni. L-Artiklu 4 ta` dawn ir-regolamenti jgħidu: 1. Kif jidher mill-paragrafu li ġej ta` dawn ir-regolamenti, l-ebda persuna ma tista` ssuq, iġġiegħel jew tħalli lil xi persuna oħra ssuq `speedboat` sakemm dawk il-persuni ma` jkunux koperti bil-polza tas-sigurta` li jkopri terzi persuni. 2. Sabiex tkun skond il-ħtiġijiet ta` dan ir-regolament, il-polza ta` assigurazzjoni għandha tkun polza li tassigura lil dik il-persuna jew numru ta` persuni, kif ikun speċifikat fil-polza, kontra kull inċident li jikkawża mewt jew korriment ta` persuna jew persuni, liema inċidenti jiġu kkawżati mill-użu ta` l-`ispeedboat` Għal dan il-għan, skond ir-regolamenti, l-Awtorita` Marittima tesiġi li dawn l-opri tal-baħar għandhom ikollhom `insurance cover`.
Leg 9 PQ #7716 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'persentaġġ ta' tfal jispiċċaw l-iskola tagħhom ta' 16-il sena, mingħajr ma jottjenu ebda kwalifiki? Tista' r-risposta titqassam bejn skejjel privati u skejjel tal-Gvern? Matul dawn l-aħħar 20 sena, x'persentaġġġ ta' tfal komplew għal edukazzjoni terzjarja? Tista' din l-informazzjoni tingħata sena b'sena u kemm minnhom kienu subien/bniet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kif inhi mqegħda l-mistoqsija mhux faċli tifhem u tidentika preċiż xi jfisser "mingħajr ma jottjenu ebda kwalifiki". Kull tip ta' skola taħseb għall-kwalifiki differenti, kemm akkademiċi, soċjali jew personali. Jekk fit-tieni parti tal-mistoqsija l-Onor. Interpellant qed jifhem kemm għaddew studenti għall-Universita`, din l-informazzjoni tista` toħroġ mill-istatistiċi edukattivi li jiġu ppublikati kull sena.
Leg 9 PQ #6685 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Tal-Qroqq — Sptar ġdid

Question

Rigward l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq, jista' l-Ministru jgħid: 1) kemm huwa ppjanat li se jkun in-numru ta' sodod f'dan l-isptar? 2) rigward il-każ li kien imsemmi fil-media li ma kienx ippjanat li jkun hemm scrub room u anaesthetic room ma' ġenb l-operating theatre: a) jista' l-Ministru jgħid min kien responsabbli għal dan l-iżball jew negliġenza; b) kemm se jiswa lill-gvern Malti biex jirrimedja dan l-iżball; c) jista' l-gvern Malti jiġi kompensat għal dawn id-danni minn min hu responsabbli?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Għall-ewwel parti tad-domanda nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għal-mistoqsija numru 6294 u 6662. Rigward il-każ imsemmi fil-Media nixtieq ngħidlu li min ħareġ b'din il-ħmerija jfisser li mhux kapaċi jiddistingwi bejn concept design u pre-construction design. Dan ghaliex huwa fl-istadju tal pre-construction design, li jkun ħafna aktar iddetaljat, li Anaesthetic Room u l'Scrub Room ikun identifikati fuq il-pjanti.
Leg 9 PQ #6686 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Raħal Ġdid — Ċentru tas-Saħħa

Question

Rigward il-poliklinika ta' Raħal Ġdid, jista' l-Ministru jgħid: 1) kemm-il grupp ta' tobba hemm qed jaħdmu bħalissa f'din il-poliklinika? Kemm hemm tobba f'kull grupp? 2) kemm suppost ikun hemm tobba fil-poliklinika waqt in-night shift? 3) x'tip ta' servizzi paramediċi qed jitħaddmu minn ġo din il-poliklinika?

Response (DEGUARA, LOUIS)

1. It-tobba fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal il-Ġdid jaħdmu f'ħames gruppi. 2. Bhalissa hemm grupp wieħed b'ħames tobba u erba gruppi ta erba tobba. Hemm wkoll żewġ tobba part-timers li jaħdmu regolari bil-lejl mit-8.00pm sa l-4a.m. (ma tnejn mill-gruppi li huma b'erba tobba). Hemm tabiba oħra li ma taħdimx siegħat diversi matul il-ġurnata. 3. Il-full complement ta' tobba waqt in-night shift huwa ta' sitt tobba. Bhalissa ikun hemm tobba skond il-gruppi kif inhuma fil-present. 4. Is-servizzi paramediċi li jitħaddmu minn ġo dan iċ-centru tas-Sahha huwa: servizzi ta' radjografija, servizz ta' podoloġija, servizz ta' fiżjoterapija, servizz ta' dental hygiene, servizz ta' speech therapy, servizz ta' tilqim, servizz ta' nurses (24 siegħa kuljum), servizz ta' elettrokardjografija, servizz ta' farmaċija.

Santa Venera — Ċentru Ħidma Soċjali

Question

Rigward iċ-Ċentru Ħidma Soċjali f'Santa Venera, jista' l-Ministru jgħid jekk fir-reception hemmx security guard stazzjonat? Jekk fin-negattiv, jista' l-Ministru jara li dan isir peress illi jekk u meta jinqala' xi inkwiet il-persuni li jaħdmu hemmhekk mhumiex kapaċi jilqgħu għal din il-forma ta' gwaj?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ir-risposta għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija fin-negattiv. Dwar it-tieni parti, jien għandi parir li s'issa ma jinħassx il-bżonn li jkun hemm 'security guard'. 10.5.99
Leg 9 PQ #6691 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — DFA 16/98

Question

B'riferenza għall-applikazzjoni ta' post ta' assistent kap ta' skola (skejjel primarji) permezz tas-sejħa għall-applikazzjoni nru DFA 16/98, jista' l-Prim Ministru jgħid: 1) x'kienu l-kriterji oriġinali approvati mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku għal dawn l-interviews? 2) x'kienu l-kriterji adottati unilaterlament mill-bord ta' l-għażla? 3) kienx hemm raġunijiet oħra barra mill-bdil, fil-kriterji l-għala l-eżerċizzju tas-selezzjoni ġie annullat?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ġejt infurmat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, b'dan li ġej: Il-kriterji li ġew approvati mill-Kummissjoni, fuq ir-rakkomandazzjoni tad-Direttur Ġenerali ta' l-Edukazzjoni kienu dawn: Suitability for post 60 Personality 40 Addi tional Qualifications 20 Relevant Work Experience 40 Professional Commitment 40 200 Pass Mark 100 Bħall ma tagħmel f'kull każ, il-Kummissjoni ppubblikat dawn il-kriterji fin-Notice Board ta' l-Ufficcju tagħha fl-1 ta' Lulju 1998, ie: qabel saru l-interviews. Il-Kummissjoni hi tal-fehma li ġaladarba dan il-proċess ta' l-għażla ġie annullat, m'għandhiex tingħata aktar informazzjoni dwar dan il-proċess.
Leg 9 PQ #6705 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Raħal Ġdid — Poliklinika - Oftalmologu

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-appuntamenti għall-visits għand l-oftalmologu li jara n-nies fil-Poliklinika ta' Raħal Ġdid qed ikunu fit-tul ħafna, eżempju, Settembru li ġej għal diversi każi? L-oftalmologu li hemm qiegħed jaħdem fuq bażi full-time jew part-time? Din l-istess persuna trid tlaħħaq ma' dmirijiet oħra fl-Isptar San Luqa? Kemm ġew invistati nies xahar b'xahar matul dawn l-aħħar disa' xhur?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-appuntamenti għall-vista għand l-Oftalmogu fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal il-Ġdid twalu iżjed milli wiehed jixtieq u anke sa Settembru minħabba żewġ raġunijiet primarji. L-ewwel raġuni kienet illi fil-bidu ta' Frar irreżenja Optometrist fid-Dipartiment u minħabba illi ma kienx possibli li jiġi provdut sostitut, is-sessions fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal il-Ġdid kellhom jiġu mnaqqsa sabiex ikun hemm distribuzzjoni ugwali fiċ-Ċentri tas-Saħħa kollha. It-tieni kawża kienet illi l-Oftalmologu li kienet tattendi il-klinika ta' Raħal il-Ġdid dan l-aħħar mardet serjament u mistennija tirritorna lura għax-xogħol fil-bidu ta' Ġunju. Ma kienx possibli li jinstab sostitut iehor għal dan il-perjodu, l-anqas mid-Dipartiment ta' l-Oftalmoloġija ta' l-Isptar San Luqa. L-Oftalmologu illi taħdem fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta'Raħal il-Ġdid hija impjegata full time iżda taqdi dmirijiet kemm fiċ-Centru tas-Saħħa kif wkoll fl-isptar San Luqa. In-nies li ġew invistati xahar b'xahar matul dawn l-aħħar disa xhur kienu. Xahar Visti Awwissu 98 158 Settembru 98 71 Ottubru 98 292 Novembru 98 314 Diċembru 98 261 Jannar 99 319 Frar 99 110 Marzu 99 76 April 99 30