Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #8949 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Operazzjonijiet kirurġiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew kanċellati jew trasferiti għal data oħra operazzjonijiet kirurġiċi fl-Isptar San Luqa mill-5 ta' Settembru 'l hawn? X'miżuri qed jieħu l-Ministru biex inaqqas il-waiting lists twal li qed jiżviluppaw ma' ħafna konsulenti kirurġiċi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qiegħda tinġabar. Tweġiba tingħata f'seduta oħra.

NGOs — Kumitat

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinformana jekk ġiex iffurmat il-kumitat li kellu jieħu ħsieb il-Vot 4070 dwar it-tqassim tal-flus lil Non-Governmental Organisations? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħidilna min huma l-persuni u x'inhi l-kariga tagħhom f'dan il-Kumitat? Kif fil-fatt tqassmu l-flus tal-Vot?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-"NGO Project Selection Committee" kien ġie rikostitwit fi Frar ta' din is-sena kif jidher hwan taħt: Chairman - Is-Sur Joseph Scicluna, Segretarju Permanenti Membri - Is-Sur Charles Degurara, Rappreżentant tal-Ministeru tal-Finanzi - Is-Sur Joe Camilleri, Chairman, Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' - Is-Sur Vincent Tonna, NGO Liaison Officer - Is-Sinjorina Agnes Galea Curmi, Social Worker - Is-Sinjorina Olivia Galea Seychell, Secretariat Officer Segretarja - Is-Sinjorina Theresa Mamo, Secretariat Officer Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat dwar kif għandhom jitqassmu l-fondi allokati għal din is-sena għall-NGOs għadhom kif ġew approvati u l-"NGO Liaison Office" bħalissa għaddej bil-proċess sabiex jinforma lill-NGOs dwar l-akkokazzjonijiet approvati. Għalhekk, f'dan l-istadju, ma nħossx li għandi nipprovdi l-informazzjoni mitluba dwar it-tqassim tal-fondi. 19.7.99

ETC — Persuni li sabu mpjieg

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm nies li hemm qiegħda u li għandhom 'il fuq minn 40 sena sabu mpjieg bl-għajnuna ta' l-ETC? F'liema settur sabu mpjieg? Kemm kienu ilhom qiegħda u x'kien il-livell ta' skola tagħhom? Tista' l-informazzjoni tingħata sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi Seduta oħra. 19.7.99
Leg 9 PQ #7727 Sitting 131 1999-07-06 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Applikazzjonijiet għal djar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem il-planning authority għal djar ta' l-anzjani ġodda? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem il-planning authority għal estensjonijiet ta' djar eżistenti? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem il-planning authority għall-immodernizzar ta' djar ta' l-anzjani antiki? X'inhi l-politika tal-gvern preżenti dwar djar ġodda ta' l-anzjani rigward min għandu jmexxihom, ċioe' jekk għandux ikun il-gvern jew il-privat? Meta xi kuntrattur privat imexxi djar ta' l-anzjani bħal dik taż-Żejtun, x'miżuri amministrattivi jieħu d-dipartiment biex jikkontrolla l-istandards tas-servizz provdut? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li jorbot il-kuntrattur privat li jmexxi d-dar ta' l-anzjani fiż-Żejtun?

Response (BORG, TONIO)

Rigward l-ewwel tlett partijiet tal-Mistoqsija ninsab infurmat li bħalissa l-Awtorita` ta' l-Ippjanar għandha quddiema żewġ applikazzjonijiet pendenti għal djar ġodda ta' l-anzjani, filwaqt li l-Bord ta' l-Appelli għandu quddiemu applikazzjoni għal dar ġdida għall-anzjani li hi pendenti għal deċiżjoni fuq talba ta' appell mill-applikant. Tweġiba għall-kumplament tal-Mistoqsija ingħatat f'Seduta 121.

Port Ħieles — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mit-taqsima tas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol fil-Freeport, matul dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jgħid x'kien l-eżitu ta' dawn l-ispezzjonijiet għal kull spezzjoni individwali? Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'kienu ir-rakkmandazzjonijiet tat-taqsima? X'passi ttieħdu biex ir-rakkmandazzjonijiet jiġu attwati mill-management? Dawn l-ispezzjonijiet isiru at random jew ġew investigati minn ilmenti tal-ħaddiema stess?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-Taqsima tas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol għamlet dawn in-numri ta' spezzjonijiet tul il-perjodu msemmi: 1995 : 5 spezzjonijiet 1996 : 6 spezzjonijiet 1997 : 4 spezzjonijiet 1998 : 3 spezzjonijiet 1999 : 2 spezzjonijiet Minħabba n-natura kunfidenzjali ta' parti mill-informazzjoni rikjesta, u mingħajr ma wieħed jidħol f'dettal dwar nuqqasijiet speċifiċi li ġew sollevati waqt l-ispezzjonijiet, jista' jingħad li l-problemi kienu jkkkonċernaw il-ħruġ u l-użu t'apparat personali protettiv. l-użu ta' apparat jew inġenji b'mod li jesponi ħaddiema għal periklu, l-ifformular ta' "traffic routes fil-Freeport", it-temperaturi f'ċertu taqsimiet tal-Freeport, l-assenjar ta' xogħol lill-ħaddiema li m'humiex "physically fit" biex jagħmluh, l-organiżżazzjoni tax-xogħol, l-irfiegħ, u problemi oħra relatati. F'kull każ, inkitbet ittra lill-"Management" bir-rakkomandazzjonijiet tal-Ispetturi, liema rakkomandazzjonijiet, sa fejn kien possibbli, ġew attwati mill-"Management". L-ispezzjonijiet saru kull meta kien hemm talbiet kif ukoll kull meta nħasset il- ħtieġa. 6.7.99

Internet

Question

Wara li ġie rrapportat li l-Viċi Prim Ministru qal li ħafna nies qed jgħaddu ħafna ħin fuq l-Internet u li l-Gvern għandu jagħmel xi ħaġa fuqha, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, jekk din ix-xi ħaġa hijiex se tkun xi taxxa ġdida/addizzjonali fuq l-użu ta' l-internet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-kwotazzjoni ma hijiex korretta. F'dak id-diskors saret enfasi fuq il-fatt li hawn min qiegħed iqatta' wisq ħin fuq l-internet u dan jista' jwassal għal "addiction". Dan il-fenominu soċjali għandu jiġi studjat. 5.7.99

CERA/IRA

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta huwa maħsub li l-liġijiet l-ġodda fuq iċ-CERA u l-IRA jiġu ppreżentati ġewwa l-Parlament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed isir xogħol fl-MCED fuq ir-reviżjoni taċ-Ċ E R A u l-Industrial Relations Act u għadni qed nistenna l-proposti konkreti mingħandhom fi żmien raġonevoli. 5.7.99

Housing Estates — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan ta' manutenzjoni meħtieġa fil-Housing Estates, u jgħidilna liema xogħol sar mill-5 ta' Settembru sal-lum u kemm huwa pprogrammat li jsir xogħol ta' manutenzjoni sa l-aħħar tas-sena? Jista' l-Ministru jgħid liema minn dawn il-kuntratti ta' manutenzjoni ngħataw b'tender? Min ħa t-tender u għal kemm kien jammonta t-tender? Jista' l-Ministru jgħidilna jekk it-tenders kenux ippubblikati fil-gazzetta tal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għalkemm inħoss li mhux prudenti li nippubblika d-dettalji ndividwali tal-każijiet kollha fejn saru jew huma approvati li jsiru xogħolijiet ta' manutenzjoni, nista' ninforma lil-Onor. Interpellant li minn Settembru ta' l-1998 sal-lum tlestew 1,478 xogħolijiet ta' tiswija mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar b'bini tal-Gvern f'diversi Housing Estates f'Malta. Ngħarrfu wkoll li huma approvati li jsiru 2,005 xogħolijiet (għalkemm dawn mhux kollha jitlestew sa' l-aħħar tas-sena). Sadanittant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kuntratti ta' xogħolijiet ta' tiswija li ngħataw mill-istess Dipartiment f'dan il-perjodu. Dawn il-kuntratti kollha ingħataw wara sejħa għall-offerti pubblikata fil-gazzetta tal-Gvern. 5.7.99

ETC — Persuni bla xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm nies li hemm qegħda u li għandhom 'il fuq minn 40 sena, sabu mpjieg bl-għajnuna ta' l-ETC? F'liema settur sabu mpjieg? Kemm kienu ilhom qegħda u x'kien il-livell ta' skola tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika l-perjodu taż-żmien li qed jirreferi għalih fil-Mistoqsija Parlamentari tiegħu. 5.7.99

Anzjani — Djar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inxtara għad-djar ta' l-anzjani b'sistema diretta b'kwotazzjoni, jew permezz ta' tenders mill-5 ta' Settembru 'l hawn? Tista' l-informazzjoni tiġi mifruda fuq bażi ta' kull dar? Jista'jgħid kemm swew u mingħand min inxtraw l-oġġetti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8498 qiegħda tinġabar. 5.7.99
Leg 9 PQ #7714 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5349, jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema dipartimenti daħlu jaħdmu il-475 persuna u f'liema grad daħlu jaħdmu? Kemm minnhom kienu jirreġistraw ma' l-ETC qabel ma ddaħħlu jaħdmu mal-gvern? Mill-interviewing board kollha fiċ-Ċivil, x'persentaġġ ta' dawn in-nies fuq dawn il-boards huma nisa?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

B'riferenza għall-aħħar parti tal-Mistoqsija Parlamentari numru 7714, ninsab infurmat illi bejn l-ewwel ta' Dicembru 1998, sa l-aħħar ta' Mejju 1999, il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku approvat 128 bord ta' għażla b'443 membru. Minn dawn, 68 kienu nisa - persentaġġ ta' 15 fil-mija.

Anzjani — Djar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-gvern preżenti dwar djar ġodda ta' l-anzjani rigward min għandu jmexxihom, ċioe' jekk għandux ikun il-gvern jew il-privat? Meta xi kuntrattur privat imexxi djar ta' l-anzjani bħal dik taż-Żejtun, x'miżuri amministrattivi jieħu d-dipartiment biex jikkontrolla l-istandards tas-servizz provdut? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li jorbot lill-kuntrattur privat li jmexxi d-dar ta' l-anzjani fiż-Żejtun?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-politika tal-Gvern rigward id-Djar ta' l-Anzjani hija li jinvolvi lill-privat fit-tmexxija ta' dawn id-Djar. Fid-Dar ta' l-anzjani taż-Żejtun, it-tmexxija ngħatat b'tender u sar kuntratt fejn hemm stipulat x'obbligi għandu l-kuntrattur privat lejn il-Gvern. Isir monitoring regolari tat-tmexxija ta' din id-dar u jsiru wkoll inspections dwar indafa, ikel u servizzi oħra pprovduti. Peress li il-kuntratt huwa ta' natura kummerċjali, ma jidhirlix li għandu jiġi pubblikat. 22.6.99

Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali — Koperattivi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il koperattiva hemm irreġistrati mad-dipartiment? Liema huma waħda waħda? Kemm iħaddmu nies kull waħda minnhom? X'għajnuna toffri l-KIP lil dawn il-koperattivi u kemm ilhom jiġu pprovduti dawn is-servizzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru qed tinġabar u tingħata Tweġiba f'xi Seduta oħra. 22.6.99

Djar — Social housing

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il skema ta' għajnuna għal social housing hawn? Liema huma dawn? Kemm ilhom li ġew in vigore? Kollha kemm huma għadhom qed jiġu mħaddmin bħalissa? Jekk fin-negattiv, kemm minnhom ġew sospiżi u għal liema raġuni? X'linja ta' politika għas-social housing qed jimxi biha bħalissa l-gvern preżenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. 22.6.99
Leg 9 PQ #7969 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pharmacy technicians

Question

Rigward il-kambjamenti li se jseħħu rigward il-kondizzjonijiet ta' l-importatur tal-mediċini (DH circ. 143/99) b'mod partikolari Item 2, jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-pożizzjoni tal-pharmacy technicians issa li se jiddaħħal spiżjar sabiex ikun responsabbli mill-aspetti tekniċi kollha ta' l-importazzjoni tal-mediċini? X'se tkun il-pożizzjoni tal-pharmacy technicians jekk u meta Malta ssir membru sħiħ tal-EU? X'se tkun il-pożizzjoni tal-pharmacy technicians impjegati minn kumpanniji privati żgħar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Iċ-ċirkulari tad-Dipartiment tas-Saħħa nru. 143/99 ma tikkonċernax il-pożizzjoni tal-'pharmacy technicians', fir-rigward ta` għaldaqstant il-pożizzjoni tagħhom mhux ser tinbidel minn dik preżenti. Ir-rwol ta` l-ispiżjar huwa ferm differenti minn dak ta` 'pharmacy technician'. L-ispiżjar ser ikun responsabbli minn materji li ma jaqawx taħt il-kompitenza tal-'pharmacy technician'.
Leg 9 PQ #7913 Sitting 126 1999-06-21 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Fondazzjoni għax-Xjenzi Mediċi — Offerti

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 7531, ġaladarba l-Ministru tas-Saħħa qiegħed jammetti illi l-Fondazzjoni għax-Xjenzi Mediċi ma' kelliex id-dritt li toħroġ l-offerta għall-provvista ta' l-ikel fl-isptarijiet tal-gvern, issa x'passi se jieħu l-Ministru sabiex żbalji simili ma' jerġgħux isiru? Min se jinżamm responsabbli għal dan l-iżball?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-problema li nqalgħet fuq il-ħruġ tal-offerta għall-provvista ta` l-ikel fl-isptarijiet tal-gvern ma nqalgħetx minħabba żball minn xi ħadd. Din inqalgħet minħabba l-mod mhux ċar li biħ wieħed jista 3 tal-Public Service (procurement) Regulations 1996. Il-pożizzjoni issa ġiet iċċarata. Nirreferi wkoll l-Onor. Interpellant għall-istqarrija għall-istampa li ħarġet il-Fondazzjoni għax-Xjenzi Mediċi nhar id-9 ta` Ġunju 1999.

Bormla — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienet l-istima oriġinali ta' kemm kienet se tiġi tiswa d-dar ta' l-anzjani f'Bormla u kemm fil-fatt se tiġi tiswa issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-istima oriġinali tad-dar ta' l-Anzjani f'Bormla kienet ta' bejn LM1 1/2 u Lm2 miljuni. L-istima preżenti ta' din id-dar hija ta' madwar Lm 2 1/2 miljuni. 21.06.99

Bormla — Dar ta' l-anzjani

Question

Rigward id-dar ta' l-anzjani ta' Bormla, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm se jiġi jiswa s-saqaf sliding li se jiġi nstallat? Jista' jgħid jekk inħariġx it-tender u jekk fil-fatt ingħatax it-tender? Jekk fl-affermattiv, lil min ingħata dan it-tender u a bażi ta' liema kriterji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-saqaf "sliding" li se jiġi nstallat fid-Dar ta' l-Anzjani f'Bormla inħareġ b'tender u dan qiegħed fl-istadju ta' "adjudication". L-istima ta' qabel it-tender kienet ta' madwar Lm45,000. 21.06.99

Households

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn households hawn Malta? Kemm minn dawn hemm koppji miżżewġin joqogħdu flimkien? Kemm hemm koppji separati jgħixu għal rashom u kemm minn dawn jitqiesu bħala single parent families? Kemm minn dawn is-single parent families huma mmexxijin minn irġiel u kemm minn nisa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Interpellant huwa ġentilment mitlub jagħmel il-Mistoqsija lill-Onor. Ministru responsabbli mill-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika peress li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali m'għandux l-informazzjoni mitluba. 21.06.99